<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑18/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0018</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:549">EU:C:2016:549</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160713">13.7.2016</DATE> — KAWŻA C‑18/15</P><P>BRISAL U KBC FINANCE IRELAND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni tal-interessi miġbura</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑18/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (qorti amministrattiva suprema, il‑Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20141029">29 ta’ Ottubru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150119">19 ta’ Jannar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Brisal – Auto Estradas do Litoral SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">KBC Finance Ireland</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fazenda Pública,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, F. Biltgen (Relatur), A. Borg Barthet, E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160113">13 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Brisal – Auto Estradas do Litoral SA u KBC Finance Ireland, minn J. Lampreia, R. Seabra Moura u F. Antas, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u J. Martins da Silva kif ukoll minn M. Rebelo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.‑C. Halleux u N. Zimmer kif ukoll minn M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Thorning u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u P. Guerra e Andrade, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Brisal – Auto Estradas do Litoral SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Brisal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), stabbilita fil-Portugall, kif ukoll KBC Finance Ireland (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>KBC<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbiliment bankarju li għandu s-sede tiegħu fl-Irlanda, u l-Fazenda Pública (teżor pubbliku, il‑Portugall), rigward il-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>IRC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar id-dħul ta’ interessi miġbura minn KBC u l-ġbir f’ras il-għajn ta’ din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas (kodiċi tat-taxxa dwar id-dħul ta’ persuni ġuridiċi), approvat mid-Decreto-Lei n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 442-B/88 (Digriet‑Liġi Nru 442-B/88), tat-<DATE ISO="19881130">30 ta’ Novembru 1988</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT> I, série I‑A, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 277, tat-<DATE ISO="19881130">30 ta’ Novembru 1988</DATE>), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mid-Decreto-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT>211/2005 (Digriet‑Liġi Nru 211/2005), tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT> I, série I‑A, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 234, tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>CIRC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), il-persuni ġuridiċi u l-entitajiet l-oħra li ma għandhomx is-sede jew it-tmexxija effettiva tagħhom fit-territorju Portugiż huma suġġetti għall-IRC unikament f’dak li jikkonċerna d-dħul miksub f’dan it-territorju. Fost id-dħul ikkonċernat hemm, skont l-Artikolu 4(3)(c) tal-CIRC, l-interessi mħallsa minn debituri li jirrisjedu, li għandhom is-sede jew it-tmexxija effettiva tagħhom fit-territorju Portugiż, jew li l-pagament tagħhom jitħallas minn stabbiliment stabbli stabbilit f’dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ ftehim intiż għall-ħelsien minn taxxa doppja, tali dħul, skont l-Artikolu 80(2)(c) tal-CIRC, bħala prinċipju huwa ntaxxat bir-rata ta’ 20% u l-bażi taxxabbli hija kkostitwita minn dħul gross miksub fil-Portugall. L‑IRC, skont l-Artikolu 88(1)(c), l-Artikolu 88(3)(b) kif ukoll l-Artikolu 88(5) tal-CIRC, titnaqqas minn ras il-għajn u din it-taxxa hija ta’ natura definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-dħul minn interessi miġbura mill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti huwa, skont l-Artikolu 80(1) tal-CIRC, impost bir-rata ta’ 25 %. Madankollu, il-bażi taxxabbli hija kkostitwita biss mill-ammont nett tal-interessi miġbura. Minbarra dan, skont l-Artikolu 90(1)(a) tal-CIRC, l‑IRC ma titnaqqasx minn ras il-għajn, f’dak li jikkonċerna dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ftehim dwar it-taxxa doppja bejn ir-Repubblika Portugiża u l‑Irlanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L‑Artikolu 11 tal-Convenção entre a República Portuguesa e a Irlanda para Evitar a Dupla Tributação e Prevenir a Evasão Fiscal em Matéria de Impostos sobre o Rendimento (ftehim bejn ir-Repubblika Portugiża u l-Irlanda intiż għall-ħelsien minn taxxa doppja u għall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali fil-qasam ta’ taxxa fuq id-dħul), konkluż f’Dublin fl-<DATE ISO="19930601">1 ta’ Ġunju 1993</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT> I, série I‑A, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 144, tal-<DATE ISO="19940624">24 ta’ Ġunju 1994</DATE>, p. 3310), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA>L‑interessi miġbura fi Stat kontraenti u mħallsa lil resident ta’ Stat kontraenti ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dan l-Istat l-ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2 –</NO.PARAG><ALINEA>Għalhekk, dawn l-interessi jistgħu wkoll jiġu ntaxxati fl-Istat kontraenti minn fejn joriġinaw u skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat, iżda jekk il-persuna li tirċievi dawn l-interessi hija l-benefiċjarja effettiva tagħhom, it-taxxa hekk stabbilita ma għandhiex taqbeż il‑15 % tal-ammont gross ta’ dawn l-interessi.</ALINEA><ALINEA>L‑awtoritajiet kompetenti tal-Istati kontraenti ser jistabbilixxu, permezz ta’ ftehim komuni, il-mod kif jiġi applikat dan il-limitu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040930">30 ta’ Settembru 2004</DATE>, Brisal ikkonkludiet kuntratt ta’ finanzjament estern, imsejjaħ <HT TYPE="ITALIC">Loan, Bond and Guarantee Facilities</HT>, għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">262726055</FT>, intiż sabiex jiggarantixxi l-iżvilupp tal-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt kuntratt ta’ konċessjoni li kien sar preċedentement mal-Istat Portugiż. Dan il-kuntratt ta’ finanzjament estern ġie konkluż ma’ konsorzju ta’ banek fejn uħud minnhom biss kienu residenti fit-territorju Portugiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20050329">29 ta’ Marzu 2005</DATE>, dan il-konsorzju ġie estiż għal istituzzjonijiet oħra, fosthom KBC, permezz ta’ trasferiment ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-parti tal-kuntratt dwar KBC, Bristal naqqset minn ras il-għajn u ħallset lill-Istat Portugiż, bħala IRC, ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">59386</FT>. Dan l-ammont kien ikkalkolat skont interessi dovuti lil KBC bejn ix-xahar ta’ Settembru 2005 u x-xahar ta’ Settembru 2007, li kienu jammontaw għal <FT TYPE="DECIMAL">350806.07</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070928">28 ta’ Settembru 2007</DATE>, Brisal u KBC ippreżentaw appell amministrattiv kontra din it-taxxa quddiem iċ-ċentru tat-taxxi kompetenti, minħabba li din it-taxxa kienet tmur kontra l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li dan l-appell amministrattiv ġie miċħud, Brisal u KBC ippreżentaw rikors quddiem it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Sintra (qorti amministrattiva u fiskali ta’ Sintra, il‑Portugall), li wkoll ġie miċħud. Din il-qorti kkunsidrat li kien jirriżulta mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Truck Center</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:762">EU:C:2008:762</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-fatt għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi differenza fit-trattament bejn il-kumpanniji residenti u l-kumpanniji mhux residenti fir-rigward tal-obbligu ta’ tnaqqis minn ras il-għajn tat-taxxa dwar id-dħul ma jikkostitwixxix, waħdu, ksur tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li dawn iż-żewġ kategoriji ta kumpanniji ma kinux jinsabu f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli. Minbarra dan, din il-qorti żiedet li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ċaħdet rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-Repubblika Portugiża, rikors li kien ibbażat fuq l-istess raġunijiet bħal dawk invokati minn Brisal u KBC fil-kuntest tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell ippreżentat quddiem is-Supremo Tribunal Administrativo (qorti amministrattiva suprema, il‑Portugall), Brisal u KBC isostnu li l-interessi miksuba fil-Portugall mill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn b’rata finali ta’ 20 %, jew b’rata iktar baxxa f’każ ta’ applikazzjoni ta’ ftehim intiż għall-ħelsien minn taxxa doppja, rata li tolqot id-dħul gross, filwaqt li l-interessi miksuba mill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti, li ma humiex suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn, huma intaxxati fuq il-valur nett tagħhom bir-rata ta’ 25 %. L-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti huma għalhekk suġġetti għal piż fiskali ikbar minn dak li l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti huma suġġetti għalih, li jmur kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital, previsti rispettivament fl-Artikoli 56 u 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Is-Supremo Tribunal Administrativo (qorti amministrattiva suprema) tirrileva li l-kawża prinċipali tikkonċerna l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li l-effetti restrittivi fuq il-moviment liberu tal-kapital kif ukoll fuq il-libertà tal-pagamenti huma biss il-konsegwenza diretta u naturali ta’ eventwali restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Għalhekk għandu jiġi eżaminat biss jekk l-Artikolu 80(2)(c) tas-CIRC huwiex konformi mal-Artikolu 56 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari fis-sentenzi tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gerritse</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑234/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:340">EU:C:2003:340</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>FKP Scorpio Konzertproduktionen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑290/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:630">EU:C:2006:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Centro Equestre da Lezíria Grande</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑345/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:96">EU:C:2007:96</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-fehma ta’ din il-qorti, kien hemm lok li jsir riferiment mhux għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Truck Center</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:762">EU:C:2008:762</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża, iżda pjuttost għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gerritse</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑234/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:340">EU:C:2003:340</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Madankollu, minkejja li l-loġika li hija l-bażi ta’ din l-aħħar sentenza tista’ titqies li tippreżenta xebh ma’ dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tatx deċiżjoni espliċita dwar l-intaxxar tal-pagamenti transkonfinali ta’ interessi li jimplikaw istituzzjonijiet finanzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Tibqa’ għalhekk miftuħa l-kwistjoni jekk l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti jinsabux f’sitwazzjoni paragunabbli u jekk l-intaxxar ikkonċernat għandux jieħu inkunsiderazzjoni, kemm għall-ewwel minn dawn l-istituzzjonijiet kif ukoll għall-oħrajn, l-ispejjeż ta’ finanzjament tas-self mogħti u l-ispejjeż direttament marbuta mal-attività ekonomika eżerċitata kif ukoll, fl-affermattiv, liema hija d-differenza li tippermetti li jiġi konkluż li l-istituzzjonijiet mhux residenti jinsabu, bħala fatt, f’sitwazzjoni sfavorevoli meta pparagunati mal-istituzzjonijiet residenti. Din il-problematika lanqas ma kienet ġiet deċiża fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑105/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:345">EU:C:2010:345</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supremo Tribunal Administrativo (qorti amministrattiva suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali interna li tipprovdi li istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fit-territorju Portugiż jiġu ssuġġettati għat-taxxa fuq id-dħul ta’ interessi li jirriżultaw f’dan it-territorju u intaxxati f’ras il-għajn b’rata definittiva ta’ 20 % (jew b’rata inqas fil-każ ta’ ftehim għal ħelsien minn taxxa doppja), rata applikabbli fuq id-dħul gross, mingħajr il-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività finanzjarja eżerċitata, filwaqt li l-interessi li jirriżultaw mill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti huma inkorporati fid-dħul globali taxxabbli, fejn isir it-tnaqqis tal-ispejjeż assoċjati mal-attività eżerċitata fil-mument tal-kalkolu tal-profitt għall-finijiet tal-issuġġettar [għall-IRC], fejn b’hekk, ir-rata ġenerali ta’ 25 % tapplika għad-dħul ta’ interessi nett?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Din l-oppożizzjoni teżisti wkoll meta ssir il-konstatazzjoni li l-bażi taxxabbli tal-istituzzjonijiet finanzjarji residenti tibqa’ jew tista’ tibqa’ suġġetta, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ finanzjament assoċjati mad-dħul ta’ interessi jew mat-tnaqqis tal-ispejjeż b’relazzjoni ekonomika diretta ma’ dan id-dħul, għal bażi taxxabbli ogħla minn dak li huwa intaxxat f’ras il-għajn mill-istituzzjonijiet mhux residenti u li jkollu effett fuq id-dħul gross?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ispejjeż ta’ finanzjament assoċjati mas-self mogħti jew mal-ispejjeż li jippreżentaw rabta ekonomika diretta mad-dħul ta’ interessi li jirriżultaw, jistgħu jiġu kkonfermati permezz tad-data pprovduta mill-EURIBOR (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Euro Interbank Offered Rate<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>) u mil-LIBOR (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>London Interbank Offered Rate<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>) – entitajiet li jirrappreżentaw ir-rati ta’ interess medji mitluba fil-finanzjamenti interbankarji li għalihom jirrikorru l-banek sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fir-rigward taċ-ċirkustanza li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew qabel l-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat FUE, l-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju għandha titqies li tirrigwarda l-Artikolu 49 KE u mhux l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, minn naħa, jekk l-Artikolu 49 KE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tintaxxa l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti, permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn, fuq id-dħul minn interessi miksuba ġewwa l-pajjiż mingħajr possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż professjonali, filwaqt li l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti ma humiex suġġetti għal tali taxxa f’ras il-għajn u jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività finanzjarja eżerċitata, u, min-naħa l-oħra, kif dawn l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, hemm lok, l-ewwel nett, li jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 49 KE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li taxxa f’ras il-għajn tiġi applikata għar-remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti, filwaqt li r-remunerazzjoni mħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti ma hijiex suġġetta għal tali taxxa. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit jekk iċ-ċirkustanza li tal-ewwel, bid-differenza minn tat-tieni, ma jistgħux inaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività finanzjarja inkwistjoni tikkostitwixxix restrizzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u, fl-affermattiv, jekk tali restrizzjoni tistax tiġi ġġustifikata. Fl-aħħar nett, għandu jiġi ppreċiżat jekk rati ta’ interessi medji, bħal dawk li hemm riferiment għalihom fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu spejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività finanzjarja inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel minn dawn l-aspetti, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tikkunsidra hija stess li d-differenza ta’ trattament inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tirriżultax tant mill-applikazzjoni ta’ żewġ tekniki ta’ ntaxxar differenti iżda mir-rifjut li lill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tingħata l-possibbiltà li jnaqqsu l-ispejjeż professjonali filwaqt li l‑istituzzjonijiet finanzjarji residenti għandhom tali possibbiltà. Minbarra dan, il-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludi ebda element ieħor relatat ma’ dan l-ewwel aspett tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed li jitfakkar, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 22 tal-konklużjonijiet tagħha, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-applikazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi mhux residenti tat-taxxa f’ras il-għajn bħala teknika ta’ tassazzjoni, filwaqt li l-fornituri residenti ma humiex suġġetti għal tali taxxa f’ras il-għajn, filwaqt li tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, bħal, pereżempju, in-neċessità li tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>FKP Scorpio Konzertproduktionen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:630">EU:C:2006:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑498/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont din proċedura ta’ tnaqqis f’ras il-għajn tat-taxxa tiġi applikata għar-remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fl-Istat Membru li fih jiġu<?PAGE NO="6"?> pprovduti s-servizzi, filwaqt li r-remunerazzjoni mħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti ta’ dan l-Istat Membru ma hijiex suġġetta għal tali taxxa f’ras il-għajn, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni lill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tat-taxxa f’ras il-għajn tiġi ġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tieni aspett tat-talba għal deċiżjoni preliminari, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż professjonali li għandhom rabta diretta mal-attività eżerċitata, li l-fornituri residenti u l-fornituri mhux residenti jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gerritse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:340">EU:C:2003:340</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Conijn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:445">EU:C:2006:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Centro Equestre da Lezíria Grande</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:96">EU:C:2007:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il‑Qorti tal-Ġustizzja tiddeduċi minn dan li l-Artikolu 49 KE jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li, bħala regola ġenerali, tieħu inkunsiderazzjoni, matul l-intaxxar ta’ persuni mhux residenti, id-dħul gross mingħajr tnaqqis tal-ispejjeż professjonali, filwaqt li r-residenti jiġu ntaxxati fuq id-dħul nett tagħhom wara tnaqqis ta’ dawn l-ispejjeż (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030612">12 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gerritse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:340">EU:C:2003:340</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>FKP Scorpio Konzertproduktionen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:630">EU:C:2006:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Centro Equestre da Lezíria Grande</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:96">EU:C:2007:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, u fir-rigward tal-argument, invokat b’mod partikolari mir-Repubblika Portugiża, li l-provvisti ta’ servizzi mwettqa mill-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom, fir-rigward tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi msemmi fl-Artikolu 49 KE, bħala prinċipju jiġu ttrattati b’mod differenti minn provvisti ta’ servizzi mogħtija f’oqsma ta’ attività oħra, peress li jkun impossibbli li tiġi stabbilita kwalunkwe rabta karatteristika bejn l-ispejjeż sostnuti u d-dħul ta’ interessi miksuba, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti tistax tiġi trasposta fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi ppreċiżat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma stabbilixxietx distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ provvisti ta’ servizzi. Minbarra dan, l-Artikolu 49 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 50 KE, ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kategoriji kollha ta’ provvisti ta’ servizzi elenkati f’din l-aħħar dispożizzjoni. Huwa biss l-Artikolu 51(2) KE li jipprovdi li l-libertà li jipprovdu servizzi ta’ banek li huma marbuta ma’ movimenti ta’ kapital għandha titwettaq b’armonija mal-libertà tal-moviment tal-kapital. Issa, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu tal-kapital ma jinkludu ebda element ta’ natura li jikkorrobora l-argument li s-servizzi tal-banek għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti minn provvisti ta’ servizzi oħra minħabba l-fatt li jkun impossibbli li tiġi stabbilita kwalunkwe rabta karatteristika bejn l-ispejjeż sostnuti u d-dħul ta’ interessi miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji ma jistgħux, fir-rigward tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi msemmi fl-Artikolu 49 KE, bħala prinċipju jiġu ttrattati b’mod differenti minn provvisti ta’ servizzi mogħtija f’oqsma ta’ attività oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont din l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti huma ntaxxati fuq id-dħul ta’ interessi miksuba ġewwa l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma jingħataw il-possibbiltà li jnaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività inkwistjoni, filwaqt li tali possibbiltà hija rikonoxxuta lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li bħala prinċipju hija projbita, skont l-Artikolu 49 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tista’ tiġi aċċettata jekk din tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. F’każ bħal dan, ikun meħtieġ ukoll li l-applikazzjoni ta’ din<?PAGE NO="7"?> ir-restrizzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex u li din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑498/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk restrizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax validament tiġi ġġustifikata mir-raġunijiet invokati f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ġustifikazzjoni mressqa quddiem il-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq l-applikazzjoni lill‑istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti ta’ rata ta’ taxxa iktar favorevoli minn dik applikata għall-istituzzjonijiet finanzjarji residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li trattament fiskali sfavorevoli li jmur kontra libertà fundamentali ma jistax jitqies li huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni minħabba l-eżistenza eventwali ta’ vantaġġi oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Dijkman u Dijkman-Lavaleije</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑233/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:397">EU:C:2010:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑498/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Isegwi li restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi ġġustifikata miċ-ċirkustanza li l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti huma suġġetti għal rata ta’ taxxa inqas għolja minn dik tal-istituzzjonijiet finanzjarji residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika Portugiża sostniet li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija ġġustifikata kemm mir-rekwiżit li jinżamm it-tqassim ekwilibrat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, mir-rieda ta’ ħelsien mit-tnaqqis doppju tal-ispejjeż professjonali inkwistjoni u min-neċessità li tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tat-tqassim ekwilibrat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ċertament irrikonoxxiet li ż-żamma tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri tikkostitwixxi għan leġittimu u li, fl-assenza ta’ miżuri ta’ unifikazzjoni jew ta’ armonizzazzjoni adottati mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jiddefinixxu, permezz ta’ ftehim jew unilateralment, il-kriterji għat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni tagħhom, sabiex tiġi eliminata t-taxxa doppja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Verder LabTec</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑657/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:331">EU:C:2015:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, meta l-Istati Membru jagħmlu użu minn din il-libertà u jistabbilixxu, fil-kuntest ta’ ftehimiet bilaterali intiżi għall-ħelsien minn taxxa doppja, il-fatturi ta’ rabta għall-finijiet tat-tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali, dawn huma marbuta li josservaw il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mid-dritt primarju tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bukovansky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:766">EU:C:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 59 sa 62 tal-konklużjonijiet tagħha, f’dan il-każ ma jeżisti ebda element ta’ natura li jispjega kif it-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni jeħtieġ li l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti għandhom, f’dak li jikkonċerna t-tnaqqis tal-ispejjeż professjonali direttament marbuta mad-dħul taxxabbli tagħhom f’dan l-Istat Membru, jiġu ttrattati inqas favorevolment mill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, it-tieni nett, ir-rieda ta’ prevenzjoni tat-tnaqqis doppju tal-ispejjeż professjonali, li tista’ tintrabat mal-ġlieda kontra l-frodi fiskali, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, billi llimitat ruħha sabiex tevoka, mingħajr preċiżjoni oħra, l-eżistenza eventwali ta’ riskju li l-ispejjeż inkwistjoni jistgħu jitnaqqsu t-tieni darba fl-Istat ta’ residenza tal-fornitur tas-servizzi, mingħajr ma ġie stabbilit kif l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KE, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta’ Diċembru 1977</DATE>, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta<?PAGE NO="8"?> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/106/KE tas-<DATE ISO="20041116">16 ta’ Novembru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="333M" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2004">ĠU L 333M, p. 266</REF.DOC.OJ>) fis-seħħ fil-mument tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma kinitx ippermettiet li jiġi evitat dan ir-riskju, ir-Repubblika Portugiża ma tagħmilx lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-pożizzjoni li tevalwa l-portata ta’ dan l-argument (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150224">24 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Grünewald</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:109">EU:C:2015:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tan-neċessità li tiġi ggarantita l-effettività tal-irkupru tat-taxxa, hemm lok li jitfakkar li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali għan jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>FKP Scorpio Konzertproduktionen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:630">EU:C:2006:630</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑498/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-applikazzjoni ta’ din ir-restrizzjoni wkoll għandha tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex u li hija ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑498/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:635">EU:C:2012:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ restrizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li din ma hijiex neċessarja sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-irkupru tal-IRC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punti 70 sa 72 tal-konklużjonijiet tagħha, għandu l-ewwel nett jiġi sostnut li l-argument, imressaq mir-Repubblika Portugiża, li l-għoti lill-persuni parzjalment suġġetti għat-taxxa tal-possibbiltà li jnaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-provvisti mwettqa fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru joħloq piż amministrattiv għall-awtoritajiet fiskali nazzjonali, japplika wkoll, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-persuni kompletament suġġetti għat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-piż amministrattiv supplimentari li eventwalment jaqa’ fuq id-destinatarju tas-servizz meta dan tal-aħħar għandu jipproċedi għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż professjonali li l-fornitur jitlob it-tnaqqis tagħhom jeżisti biss f’sistema li tipprevedi li dan it-tnaqqis għandu jseħħ qabel ma t-taxxa f’ras il-għajn tiġi applikata u jista’ għalhekk jiġi evitat meta l-fornitur huwa awtorizzat sabiex isostni d-dritt għal tnaqqis tiegħu direttament mal-amministrazzjoni u ladarba l-IRC titnaqqas. F’każ simili, id-dritt għal tnaqqis iseħħ bir-rimbors ta’ parti mit-taxxa mnaqqsa f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa l-fornitur ta’ servizzi li għandu jiddeċiedi jekk iqisx opportun li jinvesti riżorsi fl-istabbiliment u fit-traduzzjoni ta’ dokumenti intiżi sabiex juru r-realtà u l-ammont effettiv tal-ispejjeż professjonali li tagħhom huwa jitlob it-tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet aspett tat-talba għal deċiżjoni preliminari, jiġifieri l-mod kif għandhom jiġu stabbiliti l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mad-dħul ta’ interessi bbażati fuq kuntratt ta’ self finanzjarju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru li jagħti lir-residenti l-possibbiltà li jnaqqsu tali spejjeż ma jistax, bħala prinċipju, jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-istess spejjeż għall-persuni mhux residenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Centro Equestre da Lezíria Grande</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:96">EU:C:2007:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Isegwi li, f’dak li jikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż, il-persuni mhux residenti bħala prinċipju għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħar-residenti u għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-istess natura bħal dawk li dawn tal-aħħar huma awtorizzati li jnaqqsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bi spejjeż professjonali marbuta direttament mad-dħul miġbur fl-Istat Membru fejn l-attività hija eżerċitata, għandhom jinftiehmu l-ispejjeż li jirriżultaw minn din l-attività u, għalhekk, huma neċessarji għall-eżerċizzju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150224">24 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Grünewald</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:109">EU:C:2015:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri, l-għoti ta’ self finanzjarju, hemm lok li jiġi kkonstatat li t-twettiq ta’ tali provvista jagħti neċessarjament lok għal spejjeż professjonali bħal pereżempju, spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż għal akkomodazzjoni f’lukandi kif ukoll ta’ konsulenza legali jew fiskali, fejn huwa relattivament faċli li tiġi stabbilita kemm ir-rabta diretta mas-self inkwistjoni kif ukoll li jiġi pprovat l-ammont effettiv. Peress li l-persuni parzjalment suġġetti għat-taxxa għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess trattament bħall-persuni kompletament suġġetti għat-taxxa, huma għandhom jingħataw, f’dak li jikkonċerna dawn l-ispejjeż, l-istess possibbiltajiet ta’ tnaqqis, filwaqt li jkunu suġġetti għall-istess rekwiżiti f’dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, l-oneru tal-prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-eżerċizzju ta’ din l-attività joħloq ukoll spejjeż ta’ finanzjament li bħala prinċipju għandhom jitqiesu li huma neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività, iżda jista’ jirriżulta iktar diffiċli li tiġi stabbilita r-rabta diretta tagħhom ma’ self finanzjarju partikolari jew l-ammont effettiv. L-istess osservazzjoni tapplika, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tagħha, f’dak li jikkonċerna l-parti tal-ispejjeż ġenerali tal-istituzzjoni finanzjarja li tista’ titqies li hija neċessarja għall-għoti ta’ self finanzjarju partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, iċ-ċirkustanza biss li din il-prova hija iktar diffiċli sabiex tiġi prodotta ma tistax tawtorizza Stat Membru li jirrifjuta, b’mod assolut, lill-persuni mhux residenti, persuni parzjalment suġġetti għat-taxxa, tnaqqis li huwa jagħti lir-residenti, persuni għal kollox suġġetti għat-taxxa, peress li ma jistax jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li persuna mhux residenti tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti li jippermettu lill-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru ta’ tassazzjoni li jivverifikaw, b’mod ċar u preċiż, ir-realtà u n-natura tal-ispejjeż professjonali li t-tnaqqis tagħhom huwa mitlub (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Persche</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑318/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:33">EU:C:2009:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, xejn ma jipprekludi lill-awtoritajiet fiskali kkonċernati li jeħtieġu mill-persuna mhux residenti l-provi li huma jqisu neċessarji sabiex jiġi evalwat jekk il-kundizzjonijiet għal tnaqqis ta’ spejjeż previsti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni humiex issodisfatti u, bħala konsegwenza, jekk hemmx lok jew le li jingħata t-tnaqqis mitlub (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Persche</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑318/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:33">EU:C:2009:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Gvern Portugiż ma pprovda ebda indikazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet li jistgħu jipprekludu li l-awtoritajiet fiskali nazzjonali jieħdu inkunsiderazzjoni provi prodotti mill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju, li hija adita bit-tilwima fil-kawża prinċipali, u li għandha tieħu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tistabbilixxi, fil-kuntest ta’ din it-tilwima, minn naħa, liema huma, fost l-ispejjeż iddikjarati minn KBC, dawk li jistgħu jitqiesu li huma spejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività finanzjarja inkwistjoni, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u, min-naħa l-oħra, liema hija l-parti mill-ispejjeż ġenerali li tista’ titqies li hija direttament marbuta ma’ din l-attività (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Centro Equestre da Lezíria Grande</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:96">EU:C:2007:96</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tawtorizza lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti li japplikaw, għall-kalkolu tal-ispejjeż ta’ finanzjament sostnuti, rati ta’ interessi bħal dawk imsemmija mill-qorti tar-rinviju fit-tielet domanda preliminari tagħha, din il-qorti ma tistax, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tieħu inkunsiderazzjoni dawn ir-rati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn jikkostitwixxu biss rati medji pprattikati fil-kuntest ta’ finanzjamenti interbankarji u ma jikkorrispondux mal-ispejjeż ta’ finanzjament effettivament sostnuti. Minbarra dan, hekk kif jirriżulta mill-fajl ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, is-self inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kienx esklużivament iffinanzjat minn fondi mislufa mill-kumpannija omm ta’ KBC u minn banek oħra, iżda kien iffinanzjat ukoll permezz ta’ fondi ddepożitati mill-klijenti ta’ KBC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposti għad-domandi preliminari magħmula għandhom ikunu li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-Artikolu 49 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li skont din proċedura ta’ tnaqqis f’ras il-għajn tat-taxxa tiġi applikata għar-remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tal-Istat Membru li fih jiġu pprovduti s-servizzi, filwaqt li r-remunerazzjoni mħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti ta’ dan l-Istat Membru ma hijiex suġġetta għal tali taxxa, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni lill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tat-taxxa f’ras il-għajn tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex;</P></ITEM><ITEM><P>l‑Artikolu 49 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, bħala regola ġenerali, tintaxxa l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fuq id-dħul ta’ interessi miksub ġewwa l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tagħtihom il-possibbiltà li jnaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività inkwistjoni, filwaqt li tali possibbiltà hija rikonoxxuta lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti;</P></ITEM><ITEM><P>hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, abbażi tad-dritt nazzjonali tagħha, liema huma l-ispejjeż professjonali li jistgħu jitqiesu li huma direttament marbuta mal-attività inkwistjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 49 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li skont din proċedura ta’ tnaqqis f’ras il-għajn tat-taxxa tiġi applikata għar-remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tal-Istat Membru li fih jiġu pprovduti s-servizzi, filwaqt li r-remunerazzjoni mħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti ta’ dan l-Istat Membru ma hijiex suġġetta għal tali taxxa, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni lill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tat-taxxa f’ras il-għajn tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex;</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 49 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, bħala regola ġenerali, tintaxxa l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fuq id-dħul ta’ interessi miksub ġewwa l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tagħtihom il-possibbiltà li jnaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività inkwistjoni, filwaqt li tali possibbiltà hija rikonoxxuta lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti;</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, abbażi tad-dritt nazzjonali tagħha, liema huma l-ispejjeż professjonali li jistgħu jitqiesu li huma direttament marbuta mal-attività inkwistjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>