Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0015 - 0017
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 li jemenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 [1]. (2) 9 atti legali rigward materji ta' kontroll għandhom jiżdiedu mal-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu ikun emendat kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjonijiet 2000/301/KE [2], 2000/345/KE [3], 2000/350/KE [4], 2000/371/KE [5], 2000/372/KE [6], 2000/374/KE [7], 2000/382/KE [8], u 2000/431/KE [9] u r-Regolament (KE) Nru 1606/2000 [10] fil-lingwa Norveġiża, li għandhom ikunu ippublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu oriġinali. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Novembru 2001, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [11]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 6. [2] ĠU L 97, tad-19.4.2000, p. 16. [3] ĠU L 121, tat-23.5.2000, p. 9. [4] ĠU L 124, tal-25.5.2000, p. 58. [5] ĠU L 134, tas-7.6.2000, p. 34. [6] ĠU L 134, tas-7.6.2000, p. 35. [7] ĠU L 135, tat-8.6.2000, p. 27. [8] ĠU L 139, ta' l-10.6.2000, p. 41. [9] ĠU L 170, tal-11.7.2000, p. 15. [10] ĠU L 185, tal-25.7.2000, p. 16. [11] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-parti 1.2 ta' Kapitolu I ta' l-Aness I għall-Ftehim għandha tkun emendata kif speċifikat hawn taħt. 1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 71 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2629/97): "- 32000 R 1606: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1606/2000 tal-24 ta' Lulju 2000 (ĠU L 185, tal-25.7.2000, p. 16)." 2. Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 78 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/272/KE): ", kif emendat minn: - 32000 D 0374: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/374/KE tal-5 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 135, tat-8.6.2000, p. 27)." 3. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 86 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/653/KE): "- 32000 D 0345: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/345/KE tat-22 ta' Mejju 2000 (ĠU L 121, tat-23.5.2000, p. 9), - 32000 D 0371: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/371/KE tas-6 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 134, tas-7.6.2000, p. 34), - 32000 D 0372: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/372/KE tas-6 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 134, tas-7.6.2000, p. 35)." 4. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 90 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/766/KE): "- 32000 D 0431: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/431/KE tas-7 ta' Lulju 2000 (ĠU L 170, tal-11.7.2000, p. 15)." 5. It-test tal-punt 99 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/788/KE) għandu jinbidel ma' dawn li ġejjin: "- 32000 D 0301: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/301/KE tat-18 ta' April 2000 li tirrevoka miżuri protettivi rigward il-kontaminazzjoni permezz tad-diossidji ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-majjal u mat-tajr intenzjonati għall-konsum mill-bnedmin u mill-annimali (ĠU L 97, tad-19.4.2000, p. 16)." 6. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 100 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/789/KE): "- 32000 D 0382: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/382/KE tat-8 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 139, ta' l-10.6.2000, p. 41)." 7. Il-punt li ġej għandu jiżdied wara punt 102 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/149/KE): "103. 32000 D 0350: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/350/KE tat-2 ta' Mejju 2000 dwar is-sorveljanza epidemoloġika tal-mard ta' l-ilsien fil-Greċja u dwar ċerti miżuri biex jipprevenu t-tixrid ta' dan il-mard (ĠU L 124, tal-25.5.2000, p. 58)." 8. It-test tal-punt 64 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/534/KE) għandu jitneħħa. --------------------------------------------------