European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3181

5.6.2025

SOTTOKUMITAT I DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA

LISTA TAD-DEĊIŻJONIJIET NAZZJONALI SKONT L-ARTIKOLI 45 U 47 TAR-REGOLAMENT (UE) 2018/848

(C/2025/3181)

Għall-attenzjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

1.   

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (32018R0848) ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2022 tal-4 ta’ Frar 2022.

2.   

Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2022, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/848: “Meta l-Unjoni tkun irrikonoxxiet pajjiż terz skont din id-dispożizzjoni, hija għandha tinnotifika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA. L-Istati tal-EFTA għandhom fi żmien 30 jum minn meta jirċievu n-notifika jieħdu deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-pajjiż terz u l-kundizzjonijiet tal-prodott speċifikati fin-notifika tal-Unjoni. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiġi infurmat b’dawn id-deċiżjonijiet u għandu jippubblika perjodikament lista tad-deċiżjonijiet fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

3.   

L-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA li l-Unjoni rrikonoxxiet liċ-Ċilì, lill-Iżvizzera u lir-Renju Unit rispettivament bħala li għandhom sistema ta’ produzzjoni li tissodisfa l-istess objettivi u prinċipji billi tapplika regoli li jiżguraw l-istess livell ta’ assigurazzjoni ta’ konformità bħal dawk tal-Unjoni:

—

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 4) (daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018). N.B.: Iċ-Ċilì ġie miżjud fl-Anness III tar-Regolament 1235/2008 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/949 (ĠU L 167, 4.7.2018, p. 3).

—

L-Anness 9 ta’ Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132) (li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002) kif emendat sussegwentement mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 136, 30.5.2009, p. 2) u d-Deċiżjoni Nru 2/2015 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tad-19 ta’ Novembru 2015 dwar l-emenda tal-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 323, 9.12.2015, p. 29).

—

L-Anness 14 ta’ Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10) (applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021 u mdaħħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021)

4.   

Fis-27 ta’ Settembru 2024, l-Istati taż-ŻEE-EFTA nnotifikaw lis-Segretarjat tal-EFTA bid-deċiżjonijiet nazzjonali tagħhom.

5.   

Abbażi tan-notifiki mill-Istati taż-ŻEE-EFTA, is-Segretarjat tal-EFTA għamel lista tad-deċiżjonijiet nazzjonali.

6.   

Din il-lista għandha tittieħed nota tagħha mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fil-laqgħa tiegħu li jmiss.

7.   

Il-lista għandha tiġi ppubblikata fis-suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ladarba l-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkun ħa nota tagħha.


ANNESS I

Lista tad-deċiżjonijiet nazzjonali skont l-Artikoli 45 u 47 tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-Produzzjoni Organika

L-Iżlanda

Titolu

Referenza nazzjonali

REGLUGERÐ um lífræna framleiðslu og merkingu lífrænt ræktaðra vara.

https://island.is/reglugerdir/nr/0205-2023

In-Norveġja

Titolu

Referenza nazzjonali

Forskrift om økologisk produksjon og merking av økologiske landbruksprodukter, akvakulturprodukter, næringsmidler og fôr m.m. (økologiforskriften) – FOR-2022-06-11-1171

Forskrift om økologisk produksjon og merking av økologiske landbruksprodukter, akvakulturprodukter, næringsmidler og fôr m.m. (økologiforskriften)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3181/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)