|
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 124/2018
tas-6 ta’ Lulju 2018
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/186]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/136 tal-25 ta' Jannar 2018 li tinnomina laboratorju ta' referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE f'dak li jirrigwarda l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda vexxikulari tal-ħnieżer (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/136 tħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/767/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE) fil-Parti 3.1:
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 47 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2013) fil-Parti 3.2:
|
|
3. |
It-test tal-punt 35 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/767/UE) fil-Parti 3.2 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019. |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/136 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(2) ĠU L 337, 11.12.2012, p. 54.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.