<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-292/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CO0292</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:997">EU:C:2018:997</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas‑<DATE ISO="20181206">6.12.2018</DATE> – Kawża C‑292/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Breyer</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(5)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ trasportatur tal-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Impriża li għad ma għandhiex liċenzja valida tal-operazzjoni fid-data li fiha huwa previst li ssir titjira</KEYWORD><KEYWORD>Kwistjoni li ma tħalli l-ebda dubju raġonevoli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑292/18</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Kassel (il-Qorti Distrettwali ta’ Kassel, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180323">23 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20180427">27 ta’ April 2018</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Petra Breyer,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Heiko Breyer</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Sundair GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a), tal-Artikolu 5(1)(ċ) u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Petra Breyer u Heiko Breyer ma’ Sundair GmbH dwar l-eżistenza, fil-konfront ta’ din tal-aħħar, ta’ obbligu ta’ kumpens minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 261/2004</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>trasportatur ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> ifisser mpriża tat-trasport permezz ta’ l-ajru b’liċenza valida ta’ l-operazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>trasportatur ta’ l-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma’ passiġġier jew f’isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>trasportatur Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru b’liċenza valida ta’ l-operazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Konsill (KEE) Nru 2407/92 tat‑<DATE ISO="19920723">23 ta’ Lulju 1992</DATE> dwar l-għoti ta’ liċenzi lill-trasportaturi ta’ l-ajru [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 3)];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(5) u (6) tar-Regolament Nru 261/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament m’għandux jaffetwa d-drittijiet ta’ passiġġieri taħt id-Direttiva [tal-Kunsill 90/314/KEE tat‑<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132)]. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>Fid-determinazzjoni tad-distanza, il-bażi għandha tkun l-aħħar destinazzjoni ġo liema l-fatt li l-persuna ma tħallietx titla’ jew il-kanċellazzjoni ser iddewwem il-wasla tal-passiġġier wara l-ħin skedat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 90/314</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314/KE jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzatur u/jew il-parti kontraenti li qed tbigħ ikunu responsabbli mal-konsumatur għat-tħaddim approprjat ta’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt, irrispettivament minn jekk dawn l-obbligazzjonijiet għandhomx jitwettqu minn dak l-organizzatur u/jew bejjiegħ jew minn xi fornituri oħra tas-servizzi mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-organizzatur u/jew tal-bejjiegħ li jduru fuq dawk il-fornituri l-oħra tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Frar 2017, P. u H. Breyer għamlu reżervazzjoni għal vjaġġ kollox kompriż mal-organizzatur tal-vjaġġi TUI Deutschland GmbH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-dokumenti ta’ reżervazzjoni li ġew ippreżentati lilhom kienu jipprevedu, għall-ewwel titjira, it-tluq tal-ajruplan fid‑<DATE ISO="20170709">9 ta’ Lulju 2017</DATE> fis‑6.00 minn Kassel-Calden (il-Ġermanja) u l-wasla f’Palma de Mallorca (Spanja) fit‑8.30. Għat-tieni titjira, kien indikat li l-ajruplan kellu jitlaq fis‑<DATE ISO="20170716">16 ta’ Lulju 2017</DATE> fl-10.20. Il-qorti tar-rinviju ma indikatx f’liema ħin kien skedat li jasal dan l-ajruplan. Skont dawn id-dokumenti, iż-żewġ titjiriet kienu previsti li jsiru minn Sundair.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Madankollu, sad-dati previsti għal dawn iż-żewġ titjiriet, Sundair kienet ċertament applikat għal liċenzja valida tal-operazzjoni mal-Luftfahrtbundesamt (l-Uffiċċju Federali tan-Navigazzjoni bl-Ajru, il-Ġermanja), iżda din il-liċenzja kienet għadha ma ngħatatx. Din kienet ser tingħata biss fis‑<DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, jiġifieri wara d-data prevista għat-tieni titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ħamest ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ, P. u H. Breyer ġew mgħarrfa li huma kienu ser jiġu ttrasferiti għal titjira oħra, li kienet prevista li ssir mill-impriża tat-trasport bl-ajru Cobrex Trans. Din it-titjira waslet fid-destinazzjoni finali bi 13-il siegħa u 30 minuta dewmien meta mqabbel mal-ħin previst qabel l-emenda tar-reżervazzjoni. Huma ġew informati wkoll bit-trasferiment tagħhom, għat-tieni titjira, fuq titjira tal-kumpannija tal-ajru Air Europa. Din it-titjira telqet fis‑<DATE ISO="20170716">16 ta’ Lulju 2017</DATE> fis‑6:40, jiġifieri 3 sigħat u 40 minuta qabel il-ħin tat-tluq inizjalment skedat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Konsegwentement, P. u H. Breyer adixxew lill-Amtsgericht Kassel (il-Qorti Distrettwali ta’ Kassel, il-Ġermanja) sabiex jitolbu lil Sundair il-ħlas, konformement mal-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004, ta’ kumpens ta’ ammont ta’ EUR 500 għal kull persuna, li minnu għandha titnaqqas somma totali ta’ EUR 190.40 li diġà tħallset lilhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja li l-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 261/2004 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>trasportatur tal-ajru<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>mpriża tat-trasport permezz ta’ l-ajru b’liċenza valida ta’ l-operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-Artikoli 5 u 7 ta’ dan ir-regolament japplikawx għal impriża li, fil-mument tar-reżervazzjoni tat-titjira inkwistjoni, kienet ċertament applikat għal liċenzja tal-operazzjoni, iżda kienet biss kisbet din wara d-data prevista għal din it-titjira. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, sabiex jiġi implimentat l-għan segwit mill-imsemmi regolament li huwa li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri, dan il-kunċett għandux jiġi interpretat bħala li japplika wkoll għall-impriżi li jitolbu liċenzja tat-titjira u li, sussegwentement, offrew titjiriet qabel ma din il-liċenzja kienet ġiet mogħtija lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Disrettwali ta’ Köln) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Artikolu 5(1)(ċ), kif ukoll l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn japplikaw ukoll għal impriża tat-trasport tal-ajru, li fid-data li fiha huwa previst li ssir titjira, għad ma għandhiex liċenzja tal-operazzjoni hekk kif imsemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 261/2004, li ppreżentat l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-operazzjoni qabel ma saret it-titjira prevista u li din il-liċenzja ngħatatilha biss sussegwentement (wara d-data prevista sabiex issir it-titjira)?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, passiġġieri li t-titjiriet tagħhom kienu ġew ikkanċellati, skont l-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, jitolbu kumpens f’ammont ikkalkolat konformement mal-Artikolu 7 tal-istess regolament mingħand impriża tat-trasport bl-ajru li, fid-dati previsti sabiex isiru dawn it-titjiriet, kienet applikat għal liċenzja tal-operazzjoni li madankollu kienet għadha ma ġietx lilha mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eventwali eżistenza ta’ dritt għal kumpens tiddependi fuq ir-risposta għad-domanda preliminari dwar jekk impriża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt ir-Regolament Nru 261/2004, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li d-domanda magħmula tinftiehem fis-sens li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li impriża, bħal dik fil-kawża prinċipali, li applikat għal liċenzja tal-operazzjoni li madankollu kienet għadha ma ġietx lilha mogħtija fid-dati previsti sabiex isiru t-titjiriet previsti, tistax taqa’ taħt dak ir-regolament, u, fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv, jekk il-passiġġieri kkonċernati għandhomx dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 5(1)(ċ) u tal-Artikolu 7(1) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet immotivat, partikolarment, meta r-risposta għal domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li dan huwa l-każ f’din il-kawża, hemm lok li tiġi applikata din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 261/2004, li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, jiddisponi, fil-paragrafu 5 tiegħu, li dan ir-regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur tal-ajru li jopera li jiżgura t-trasport tal-passiġġieri hekk kif kopert mil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>trasportatur tal-ajru<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 261/2004 bħala li jfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja tal-operazzjoni valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’kuntest iżjed wiesa’, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 293, p. 3</REF.DOC.OJ>), li ssostitwixxa r-Regolament Nru 2407/92 li l-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 jirreferi għalih, jipprevedi, b’mod partikolari, li ebda impriża stabbilita fl-Unjoni Ewropea ma għandha titħalla twettaq, bi ħlas u/jew permezz ta’ kiri, it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, sakemm hi ma tingħatax l-liċenzja tal-operazzjoni xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, mingħajr dubju, li impriża li ma tkunx għadha ġiet maħruġa liċenzja tal-operazzjoni ma għandha titħalla twettaq l-ebda titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, impriża, li minkejja r-rekwiżiti imposti mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, u peress li ma hemm l-ebda aċċess awtomatiku għal-liċenzja tal-operazzjoni, u li ma kellhiex tali liċenzja fid-dati previsti sabiex isiru t-titjiriet previsti, ma tistax tiġi kkunsidrata li taqa’ taħt dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas, konsegwentement, taħt l-imsemmi regolament fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ twettiq tat-titjiriet previsti mill-imsemmija impriża, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ma tistax tipproduċi l-effetti ta’ kanċellazzjoni previsti fl-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ fil-kawża prinċipali, għandu jingħad ukoll li l-fatt li l-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, huwa ta’ xkiel sabiex il-passiġġieri kkonċernati jkunu jistgħu jiġu kkumpensati fuq il-bażi tal-imsemmi regolament ma jipprekludix li dawn jistgħu jfittxu li jiksbu kumpens għal raġunijiet oħrajn, fosthom, kif previst fl-Artikolu 3(6) tal-istess regolament, fid-Direttiva 90/314 li, b’mod partikolari, tiddisponi, fl-Artikolu 5(1) tagħha, li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ li jkun parti mill-kuntratt ikunu responsabbli, fil-konfront tal-konsumatur, għat-twettiq tajjeb tal-obbligi li joħorġu mill-kuntratt, irrispettivament minn jekk dawn l-obbligi għandhomx jitwettqu minnhom stess jew minn fornituri oħra ta’ servizzi u dan mingħajr ħsara għad-dritt tal-organizzatur u/jew tal-bejjiegħ li jaġixxi kontra dawn il-fornituri l-oħra ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li, fid-dawl tal-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandu jiġi żgurat fil-politika tal-Unjoni, is-soluzzjoni mogħtija fil-punti 24 u 25 ta’ dan id-digriet hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jistgħu jgawdu l-konsumaturi, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ professjonisti permezz ta’ strumenti oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 22</REF.DOC.OJ> u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 114, p. 86</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li applikat għal liċenzja tal-operazzjoni li madankollu kienet għadha ma ġietx lilha mogħtija fid-dati previsti sabiex isiru t-titjiriet previsti, ma tistax taqa’ taħt dak ir-regolament u għalhekk il-passiġġieri kkonċernati ma għandhomx dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 5(1)(ċ) u tal-Artikolu 7(1) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li applikat għal liċenzja tal-operazzjoni li madankollu kienet għadha ma ġietx lilha mogħtija fid-dati previsti sabiex isiru t-titjiriet previsti, ma tistax taqa’ taħt dak ir-regolament u għalhekk il-passiġġieri kkonċernati ma għandhomx dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 5(1)(ċ) u tal-Artikolu 7(1) tal-istess regolament.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>