European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2655

24.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/2655

tal-21 ta’ Novembru 2023

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (Rappreżentant Għoli).

(2)

Fit-13 ta’ Diċembru 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2538 (2) li taħtar lis-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(3)

Fl-20 ta’ Ottubru 2023, ir-Rappreżentant Għoli ppropona li jestendi l-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ April 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ April 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/2538 tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2022) (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 98).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2655/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)