|
10.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 342/10)
1.
Fit-3 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Crédit Agricole Assurances S.A. (Franza), ikkontrollata minn Crédit Agricole S.A. (“Crédit Agricole”, Franza); |
|
— |
Abanca Division Inmobiliaria S.A. (Spanja), ikkontrollata minn Abanca Corporación Bancaria S.A. (“Abanca”, Spanja); |
|
— |
Abanca Generales Seguros y Reaseguros S.A. (“AGSR”, Spanja) bħallisa kkontrollata biss mill-Abanca Division Inmobiliaria. |
CAA u Abanca jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AGSR kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Crédit Agricole hija attiva fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u fis-settur tal-proprjetà immobbli; |
|
— |
Abanca hija attiva fis-settur bankarju għall-konsumaturi, fis-settur tal-finanzi għall-konsumaturi, fil-ġestjoni tal-assi, u fis-settur tal-assigurazzjoni, primarjament fi Spanja; |
|
— |
AGSR se toffri prodotti tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja fi Spanja u fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).