12004V276

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU IV - ŻONA TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Sezzjoni 5 - Koperazzjoni tal-pulizija - Artikolu III-276

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0122 - 0122


Artikolu III-276

1. Il-missjoni tal-Europol għandha tkun li ssostni u ssaħħaħ azzjoni mill-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn ta' ripressivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni reċiproka tagħhom fit-trażżin u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert mill-politika ta' l-Unjoni.

2. Il-liġi Ewropea għandha tiddetermina l-istruttura, il-funzjonament, il-kamp ta' azzjoni u l-kompiti tal-Europol. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

a) il-ġabra, l-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' tagħrif mgħoddi partikolarment mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' pajjiżi jew korpi terzi;

b) il-kordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' azzjoni investigattiva u operattiva mwettqa flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew fil-kuntest ta' gruppi investigattivi konġunti, meta xieraq flimkien mal-Eurojust.

Din il-liġi għandha wkoll tistabbilixxi l-proċeduri għal skrutinju ta' l-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali.

3. Kull azzjoni operattiva mill-Europol għandha titwettaq flimkien u bi ftehim ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa konċernat. L-applikazzjoni ta' miżuri ta' forza għandha tkun ir-responsabbiltà esklużiva ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

--------------------------------------------------