|
6.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 266/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10351 — BDT Capital Partners/Culligan Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 266/07)
1.
Fit-22 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BDT Capital Partners, LLC (“BDT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Culligan Group, li bħalissa huwa kkontrollat esklużviament minn Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka) u bħalissa jopera permezz ta’ AI Aqua (Luxembourg) S.a.r.l. u d-diversi sussidjarji tagħha. |
BDT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Culligan Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BDT: BDT huwa bank merkantili speċjalizzat f’investimenti f’negozji tal-familja u mmexxija mill-fundaturi. BDT bħalissa għandha 18-il kumpanija ta’ portafoll ikkontrollati u attivi globalment, |
|
— |
Culligan Group: Culligan huwa fornitur internazzjonali ta’ soluzzjonijiet għat-trattament tal-ilma, involut fin-negozju tal-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tat-trattament tal-ilma għad-djar, in-negozji u l-faċilitajiet industrijali kif ukoll soluzzjonijiet portabbli, “on-the-go”. Huwa jispeċjalizza fil-forniment ta’ varjetà wiesgħa ta’ prodotti għat-trattament tal-ilma, inklużi sistemi ta’ trattib u filtrazzjoni, coolers tal-ilma, sistemi ta’ ożmożi inversa, desalinazzjoni, soluzzjonijiet tal-membrana u dejonizzaturi. Barra minn hekk, joffri servizzi ta’ ttestjar, disinn u installazzjoni tal-ilma fid-djar, analiżi tal-ilma fil-post u tagħmir u servizzi kummerċjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10351 — BDT Capital Partners/Culligan Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).