<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-135/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0135</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120315">15.3.2012</DATE> — KAWŻA C-135/10</P><P>SCF</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/100/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-135/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte d’appello di Torino (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100210">10 ta’ Frar 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100315">15 ta’ Marzu 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Società Consortile Fonografici (SCF)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Marco Del Corso,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Procuratore generale della Repubblica,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur), E. Juhász, G. Arestis u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Società Consortile Fonografici (SCF), minn L. Ubertazzi, F. Pocar u B. Ubertazzi, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Marco Del Corso, minn R. Longhin, A. Tigani Sava, L. Bontempi u V. Vaccaro, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent, assistit minn E. Fitzsimons u J. Jeffers, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn G. Papadaki, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn J. Gstalter, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda u S. La Pergola, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-<DATE ISO="19921119">19 ta’ Novembru 1992</DATE>, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120), kif ukoll tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Società Consortile Fonografici (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>SCF<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u M. Del Corso, dentist, li tikkonċerna x-xandir, fil-klinika privata ta’ dan tal-aħħar, ta’ fonogramma li hija suġġetta għal protezzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (iktar ’il quddiem il-“Ftehim TRIPs), li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistitwixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE> u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80, 81), għandu Parti II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Standards dwar id-disponibbiltà, l-għan u l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. F’din il-parti, jinsab l-Artikolu 14(1)(2) u (6) tal-imsemmi ftehim li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dwar l-iffissar tal-wirja tagħhom fuq fonogrammi, performers għandhom ikollhom il-possibbilità li ma jħallux l-atti li ġejjin meta jsiru mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom: l-iffissar tal-wirja mhux fissa tagħhom u r-riproduzzjonijiet ta’ dan l-iffissar. Performers għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevenu l-atti li ġejjin meta jsiru mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom: ix-xandir b’mezzi bla fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirja f’ħin dirett.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Produtturi ta’ fonogrammi għandhom igawdu d-dritt għal awtorizzazzjoni jew projbizzjoni tar-riproduzzjonijiet diretti jew indiretti tal-fonogrammi tagħhom.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="014.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe Membru jista’, dwar id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, jipprovdi kondizzjonijiet, limitazzjonijiet, eċċezzjonijiet u riservi sal-limiti permessi taħt il-Konvenzjoni [internazzjonali għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir, iffirmata f’Ruma fis-<DATE ISO="19611026">26 ta’ Ottubru 1961</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Konvenzjoni ta’ Ruma<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)]. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Berne (1971) għandhom japplikaw, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għad-drittijiet ta’ performers u l-produtturi tal-fonogrammi fil-fonogrammi.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat f’Genève, fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, it-Trattat tad-WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>WPPT<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) kif ukoll it-Trattat fuq id-dritt tal-awtur (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>WCT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Dawn iż-żewġ trattati ġew approvati f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/CE, tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-WPPT huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Xejn f’dan it-Trattat ma jnaqqas minn obbligi eżistenti li l-Partijiet Kontraenti għandhom lejn xulxin taħt il-[Konvenzjoni ta’ Ruma].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-protezzjoni mogħtija taħt dan it-trattat tħalli l-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur f’xogħlijiet litterarji u artistiċi bla mittiefes u bl-ebda mod ma tolqotha. Għalhekk, l-ebda disposizzjoni ta’ dan it-Trattat ma tista’ tkun interpretata li qed tippreġudika tali protezzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan it-Trattat mhux se jkollu x’jaqsam ma’ trattati oħrajn, u lanqas se jippreġudika drittijiet u obbligi taħt trattati oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(b) tad-WPPT, għall-finijiet tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-iffissar ta’ ħsejjes ta’ prestazzjoni jew ta’ ħsejjes oħra, jew ta’ rappreżentazzjoni ta’ ħsejjes, li mhix il-forma ta’ fissazzjoni inkorporata f’xogħol ċinematografiku jew xogħol ieħor awdjoviżiv<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(d) tad-WPPT jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Produttur ta’ fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> għandha tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>il-persuna, jew entita legali, li tieħu l-inizjattiva u li għandha r-responsabbilta għall-ewwel darba li jsir l-iffissar tal-ħsejjes ta’ prestazzjoni jew ħsejjes oħra, jew ir-rappreżentazzjoni ta’ ħsejjes<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(g) tad-WPPT jistabbilixxi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ta’ interpretazzjoni jew ta’ fonogramma tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>trasmissjoni b’kull mezz, minbarra xandir, ta’ ħsejjes ta’ prestazzjoni fissi ġo fonogramma. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 15, <QUOT.START CODE="2019" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tinkludi li l-ħsejjes jew rappreżentazzjonijiet tal-ħsejjes fissi ġo fonogramma jkunu jistgħu jinstemgħu mill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Dritt li jsiru disponibbli dehriet fissi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> l-Artikolu 10 tad-WPPT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-Prestaturi jkollhom id-dritt esklussiv li jawtorizzaw li prestazzjonijiet fissi ġo fonogrammi jsiru disponibbli għall-pubbliku, b’mezzi ta’ fili jew mingħajr, b’tali mod li membri tal-pubbliku jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul minnhom.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-WPPT, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Dritt li jsiru disponibbli l-fonogrammi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-Produtturi tal-fonogrammi jkollhom id-dritt esklussiv li jawtorizzaw li l-fonogrammi tagħhom isiru disponibbli għall-pubbliku, b’mezzi ta’ fili jew mingħajr, b’tali mod li membri tal-pubbliku ikollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul minnhom.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-WPPT, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Id-Dritt ta’ ħlas għal xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prestaturi u produtturi ta’ fonogrammi għandhom id-dritt ta’ ħlas xieraq ta’ darba għall-użu dirett jew indirett ta’ fonogrammi ippubblikati għal skopijiet kummerċjali ta’ xandir jew kull komunikazzjoni lill-pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Partijiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li l-ħlas xieraq ta’ darba se jintalab lill-utent mill-prestatur jew mill-produttur ta’ fonogramma jew mit-tnejn. Partijiet kontraenti jistgħu jgħaddu leġislazzjoni naturali li, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-prestatur u l-produttur ta’ fonogramma, tqiegħed termini dwar kif prestaturi u produtturi ta’ fonogrammi jaqsmu l-ħlas xieraq ta’ darba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Parti Kontraenti tista’, b’notifika mogħtija lid-Direttur Ġenerali ta’ l-WIPO, tiddikjara li se tibda tapplika d-disposizzjonijiet fil-Paragrafu 1 fir-rigward ta’ xi utenti biss, jew li b’xi mod se tillimita l-applikazzjoni tagħhom, jew li m’hi se tapplika xejn minn dawn id-disposizzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu fonogrammi li jkunu disponibbli għall-pubbliku b’mezzi ta’ fili jew mingħajr, b’tali mod li membri tal-pubbliku ikollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul minnhom, se jkunu meqjusin li kienu ppublikati għal għanijiet kummerċjali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(1) tad-WPPT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Partijiet kontraenti jiħduha fuqhom li jadottaw, skond is-sistemi legali tagħhom, il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-WCT, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11(1)(ii), 11a(1)(i) u (ii), 11b(1)(ii), 14(1)(ii) u 14a(1) tal-Konvenzjoni ta’ Berne, awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv għall-awtorizzazzjoni ta’ kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jista’ jkollhom aċċess għalihom minn post u ħin li huma jagħżlu individwalment.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Unjoni Ewropea ma hiijiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Ruma, kuntrarjament għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni bl-eċċezzjoni tar-Repubblika ta’ Malta.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, dwar l-użi sekondarji ta’ fonogrammi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Meta fonogramma ppubblikata għal finijiet ta’ kummerċ, jew kopja ta’ dik il-fonogramma, hija utilizzata direttament għax-xandir jew għal kwalunkwe komunikazzjoni lill-pubbliku, remunerazzjoni ġusta u unika għandha titħallas mill-utent lill-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu, u lill-produtturi ta’ fonogrammi jew lilhom it-tnejn. […]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-aħħar premessa tad-Deċiżjoni 94/800 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Billi, bin-natura tiegħu, il-Ftehim li jistabilixxi [d-WTO], kif ukoll l-Anness ta dan, mhux suxxettiblu biex ikun invokat direttament fil-Komunità jew il-qrati ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2006">ĠU L 376, p. 28</REF.DOC.OJ>), li daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>, ikkodifikat u abrogat id-Direttiva 92/100.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, din tal-aħħar tibqa’ rregolata bid-Direttiva 92/100.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Is-seba’ premessa tad-Direttiva 92/100 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Billi x-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi; billi l-possibbiltà biex tassigura dak id-dħul u tirkupra dak l-investiment tista’ tkun biss permezz ta’ protezzjoni legali adekwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-għaxar premessa ta’ din id-direttiva tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Billi l-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha ssir approssimattiva b’tali mod li ma tkunx konflinġenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati ħafna mid-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 92/100 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm jixxandar għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm[i] [kkonċernati] relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fl-assenza ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jassiguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm jixxandar għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku, u biex jassiguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fl-assenza ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 jistabbilixxi:</TXT><P><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li jitħallas ħlas uniku ekwu mill-utent, jekk jintuża fonogramm ippubblikat għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.”</ALINEA></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-premessa 15 u l-premessa 25 tad-Direttiva 2001/29 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>(15)</NO.P><TXT>Il-Konferenza Diplomatika mlaqqa’ taħt l-awspiċi ta’ [d-WTO] f’Diċembru 1996 wasslet għall-adozzjoni ta’ żewġ Trattati ġodda, [id-WCT] u [d-WPPT] […]. Din id-Direttiva sservi wkoll biex timplimenta għadd ta’ obbligi internazzjonali ġodda.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>L-inċertezza legali dwar in-natura u l-livell ta’ protezzjoni ta’ l-atti ta’ trasmissjoni fuq talba ta’ xogħolijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u materjal protett bid-drittijiet relatati ma’ networks għandha tiġi superata bil-provvediment ta’ protezzjoni armonizzata f’livell tal-Komunità. Għandu jkun ċar li d-detenturi tad-drittijiet kollha rikonoxxuti minn din id-Direttiva għandu jkollhom dritt esklussiv biex jagħmlu disponibbli lill-pubbliku xogħolijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur jew kull suġġett ieħor permezz ta’ trasmissjonijiet interattivi fuq talba. Dawn it-trasmissjonijiet interattivi fuq talba huma karatterizzati mill-fatt li l-membri tal-pubbliku jistgħu jidħlu għalihom minn post u f’ħin individwalment magħżul minnhom.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, permezz tal-fili jew mingħajr fili, b’mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-artisti, ta’ l-iffissar tal-wirjiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-produtturi ta’ fonogrammi, tal-fonogrammi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għall-produtturi ta’ l-ewwel iffissar tal-films, ta’ l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, ta’ l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandirijiet ikunu trasmessi bil-fili jew bl-arja, magħduda bil-cable jew bis-satellita.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu eżawriti bl-ebda att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jew li jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku kif stipulat f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tal-Liġi Nru 633, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati (legge n 633 recante protezione del diritto d’autore e di altri diritti connessi al suo esercizio), tat-<DATE ISO="19410422">22 ta’ April 1941</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Gazzetta Ufficiale</HT> Nru 166, tas-<DATE ISO="19410716">16 ta’ Lulju 1941</DATE>), kif issotitwit bl-Artikolu 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 68, li jittrasponi d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (decreto legislativo N 68, attuazione della direttiva 2001/29/CE sull’armonizzazione di taluni aspetti del diritto d’autore e dei diritti connessi nella società dell’informazione), tad-<DATE ISO="20030409">9 ta’ April 2003</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 87, tal-<DATE ISO="20030414">14 ta’ April 2003</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Liġi tal-1941 emendata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Liġi tal-1941<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu I, il-produttur ta’ fonogrammi jgawdi, għaż-żmien u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikoli li ġejjin, id-dritt esklużiv:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jawtorizza r-riproduzzjoni diretta jew indiretta, għal kwalunkwe raġuni u fi kwalunkwe forma li jkunu, kollha kemm hi jew parzjalment, u bi kwalunkwe proċess ta’ duplikazzjoni li jkun;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jawtorizza d-distribuzzjoni ta’ kampjuni tal-fonogrammi tiegħu. Id-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni jiġi eżawrit fuq it-territorju tal-Komunità biss fil-każ tal-ewwel bejgħ, imwettaq jew awtorizzat mill-produttur fi Stat Membru, ta’ midjum li jinkludi l-fonogramma;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>li jawtorizza l-kiri jew is-self ta’ kopji tal-fonogrammi tiegħu. Dan id-dritt ma jiġix eżawrit bil-bejgħ jew distribuzzjoni ta’ kopji fi kwalunkwe forma li tkun;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>li jawtorizza t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-fonogrammi tiegħu, b’mod li kull persuna jkollha aċċess għalihom f’dak il-post u fil-ħin li tagħżel hija. Dan id-dritt ma jiġix eżawrit b’att ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 73(1) tal-Liġi tal-1941, kif issostitwit bl-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 68 iċċitat iktar ’il fuq, jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1. Il-produttur ta’ fonogrammi, bl-istess mod bħall-artisti li jinterpretaw u l-artisti li jeżegwixxu li jkunu wettqu l-interpretazzjoni jew l-eżekuzzjoni ffissata jew riprodotta fil-fonogrami, indipendentement mid-drittijiet ta’ distribuzzjoni, ta’ kera u ta’ self li jappartjenu lilhom, għandhom id-dritt għal remunerazzjoni għall-użu, għal finijiet ta’ profitt, ta’ fonogrammi permezz taċ-ċinematografija, tax-xandir radjofoniku u televiżivi, inkluż il-komunikazzjoni lill-pubbliku bis-satellita, fil-festi pubbliċi, fil-postijiet pubbliċi u fi kwalunkwe okkażjoni oħra ta’ użu pubbliku tal-fonogrammi. L-eżerċizzju tad-dritt huwa f’idejn il-produttur, li għandu jaqsam ir-remunerazzjoni mal-artisti interessati li jinterpretaw jew li jeżegwixxu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 73a tal-Liġi tal-1941 kif introdotta bl-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 685 (decreto legislativo n°685, attuazione della direttiva 92/100/CEE concernente il diritto di noleggio, il diritto di prestito e taluni diritti connessi al diritto d'autore in materia di proprieta intellettuale), tas-<DATE ISO="19941116">16 ta’ Novembru 1994</DATE> (GURI Nru 293, tas-<DATE ISO="19941216">16 ta’ Diċembru 1994</DATE>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="073.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu kif ukoll il-produttur ta’ fonogramma użata għandhom ukoll id-dritt għal remunerazzjoni ekwa meta l-użu msemmi fl-Artikolu 73 isir minghajr skop ta’ lukru […]”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="073.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm mhux miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, dan il-kumpens huwa stabbilit, likwidat u mqassam skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [ta’ implementazzjoni tal-Liġi tal-1941].<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>SCF twettaq, fl-Italja u barra mit-territorju Taljan, attivitajiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>collecting<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, bħala mandatarja għall-ġestjoni, id-dħul u t-tqassim tad-drittijiet tal-produtturi ta’ fonogrammi assoċjati.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-eżerċizzju tal-attività tagħha ta’ mandatarja, SCF daħlet f’negozjati mal-Assoċjazzjoni tad-Dentisti Taljani (Associazione Dentisti Italiani) bil-għan li tikkonkludi ftehim kollettiv li jistabbilixxi remunerazzjoni ekwa, fis-sens tal-Artikoli 73 jew 73a tal-Liġi tal-1941, għal kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ta’ fonogrammi, inkluż dik li ssir fil-kliniċi ta’ professjonijiet liberi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li dawn in-negozjati ma kellhomx eżitu pożittiv, SCF, fis-<DATE ISO="20060616">16 ta’ Ġunju 2006</DATE>, ħarrket quddiem it-Tribunale di Torino lil M. Del Corso sabiex jiġi kkonstatat li huwa xandar bħala mużika fl-isfond, fil-klinika tiegħu privata ta’ dentist stabbilita f’Torino, fonogrammi li kienu suġġetti għal protezzjoni u li din l-attività, sa fejn hija kienet tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Liġi tal-1941, tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni, kienet suġġetta għall-ħlas ta’ remunerazzjoni ekwa.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għad-difiża tiegħu, M. Del Corso sostna b’mod partikolari li, fil-klinika tiegħu, il-mużika kienet imxandra u li SFS ma tistax tinvoka d-drittijiet tal-awtur fil-każ ta’ użu tal-midjum li fuqu kienet tinsab il-fonogramma filwaqt li r-remunerazzjoni għas-smigħ tax-xandir kienet dovuta mhux mis-semmiegħ, iżda mix-xandar tar-radju jew tat-televiżjoni. Fil-fatt, il-Liġi tal-1941 tiddistingwi espressament ir-remunerazzjoni dovuta għal diska minn dik dovuta għall-użu ta’ apparat radjofoniku.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, M. Del Corso jinvoka l-inapplikabbiltà, f’din il-kawża, tal-Artikoli 73 u 73a tal-Liġi tal-1941. Fil-fatt, dawn l-artikoli jikkonċernaw, fil-fehma tiegħu, il-komunikazzjonijiet lill-pubbliku li jsiru fil-postijiet pubbliċi u matul kull użu pubbliku ieħor ta’ fonogrammi. Issa, klinika privata ta’ dentist ma tistax tiġi kkwalifikata bħala post pubbliku, kuntrarjament għall-postijiet fejn jingħataw servizzi ta’ saħħa pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20080320">20 ta’ Marzu 2008</DATE>, kif emendata permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Mejju sussegwenti, it-Tribunale di Torino ċaħad it-talba ta’ SCF, peress li kkunsidra li, f’din il-kawża, komunikazzjoni li għandha skop ta’ lukru kienet eskluża, it-tip ta’ mużika mxandra fil-klinika ta’ dentist ma kellu ebda effett fuq l-għażla tad-dentist magħmula mill-pazjent u li s-sitwazzjoni ma taqax taħt dik prevista fl-Artikolu 73a tal-Liġi tal-1941, peress li l-klinika ta’ dentist ma kinitx privata u, għaldaqstant, ma kinitx paragunabbli ma’ post pubbliku jew miftuħ għall-pubbliku, sa fejn il-pazjenti ma kinux jikkostitwixxu pubbliku minghajr ebda differenza bejniethom, iżda kienu individwalizzati u setgħu normalment jaċċedu għal din il-klinika b’appuntament minn qabel jew, fi kwalunkwe każ, bi ftehim mad-dentist.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>SCF appellat minn din is-sentenza quddiem il-Corte d’appello di Torino.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li kien hemm dubji dwar jekk ix-xandir ta’ fonogrammi fil-kliniċi ta’ professjonisti liberi, bħalma huma kliniċi ta’ dentisti, kienx inkluż fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens tal-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-Unjoni, il-Corte d’appello ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>1.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Ruma […], il-Ftehim TRIPs […] u t-Trattat [WPPT] huma direttament applikabbli fis-sistema legali Komunitarja?</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Is-sorsi msemmija iktar ’il fuq tad-dritt internazzjonali huma wkoll direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi?</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kunċetti rispettivi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li jinsabu fit-testi li jirriżultaw mid-dritt tat-trattati msemmija iktar ’il fuq huma konformi ma’ dawk Komunitarji li jinsabu fid-Direttivi [92/100] u [2001/29/KE], u fil-każ li ma jkunux, liema sors għandu jkollu preċedenza?</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi li jsir ġewwa l-kliniċi dentali privati li jeżerċitaw attività ekonomika bħala attività professjonali, favur il-klijentela tagħhom li jibbenefikaw minn dan ix-xandir indipendentement mir-rieda tagħhom, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/>, jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>jagħmlu disponibbli lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> skont l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva [2001/29/KE]?</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Din l-attività ta’ xandir tagħti dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur il-produtturi fonografiċi?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment, qabel kollox, jekk il-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-Ftehim TRIPs u d-WPPT humiex applikabbli immedjatament fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u jekk l-individwi jistgħux jinvokawhom direttament. Hija tixtieq tkun taf, sussegwentement, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li jinsab f’dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali jikkoinċidix ma’ dak il-kunċett li jinsab fid-Direttivi 92/100 u 2001/29 u, fl-aħħar nett, jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun fin-negattiv, liema sors ta’ dritt għandu jipprevali.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-domanda dwar jekk il-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-Ftehim TRIPs u d-WPPT humiex immedjatament applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, għandu jitfakkar qabelkollox li, skont l-Artikolu 216(2) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[f]tehim konkluż mal-Unjoni jorbot lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u lill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Ftehim TRIPs u d-WPPT ġew iffirmati mill-Unjoni u approvati rispettivament permezz tad-Deċiżjonijiet 94/800 u 2000/278. Konsegwentement, dan il-ftehim u dan it-trattat jivvinkolaw lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet konklużi mal-Unjoni jagħmlu parti integrali mill-ordinament ġuridiku ta’ din tal-aħħar (sentenza tat-<DATE ISO="19740430">30 ta’ April 1974</DATE>, Haegeman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="181/73" PAGE.ECR="449" YEAR="1974">181/73, Ġabra p. 449</REF.DOC.ECR>, punt 5; tat-<DATE ISO="19870930">30 ta’ Settembru 1987</DATE>, Demirel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="12/86" PAGE.ECR="3719" YEAR="1987">12/86, Ġabra p. 3719</REF.DOC.ECR>, punt 7, u tat-<DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bogiatzi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/08" PAGE.ECR="I-10185" YEAR="2009">C-301/08, Ġabra p. I-10185</REF.DOC.ECR>, punt 23) u huma għaldaqstant applikabbli għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Rigward il-Konvenzjoni ta’ Ruma, għandu jiġi rilevat, minn naħa, li l-Unjoni ma hijiex parti kontraenti għaliha u, min-naħa l-oħra, li din tal-aħħar ma tistax titqies li ssostitwixxiet lill-Istati Membri fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni, biss peress li dawn tal-aħħar ma humiex kollha partijiet fl-imsemmija konvenzjoni (ara, b’analoġija is-sentenza tal-<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Commune de Mesquer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/07" PAGE.ECR="I-4501" YEAR="2008">C-188/07, Ġabra p. I-4501</REF.DOC.ECR>, punt 85).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ma humiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda d-domanda dwar il-possibbiltà għall-individwi li jibbażaw rwieħhom direttament fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex suffiċjenti li huma jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Huwa neċessarju wkoll li huma jidhru, taħt l-aspett tal-kontenut tagħhom, assoluti u preċiżi biżżejjed. U li la n-natura u lanqas l-istruttura tagħhom ma jipprekludu tali invokabbiltà (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Demirel, iċċitata iktar ’il fuq, punt 14; tas-<DATE ISO="19980616">16 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Racke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/96" PAGE.ECR="I-3655" YEAR="1998">C-162/96, Ġabra p. I-3655</REF.DOC.ECR>, punt 31, kif ukoll tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" PAGE.ECR="I-403" YEAR="2006">C-344/04, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-ewwel kundizzjoni hija sodisfatta meta d-dispożizzjonijiet invokati jinkludu obbligi ċari u speċifiċi li ma humiex suġġetti, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ ebda att ulterjuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Pêcheurs de l’étang de Berre, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-213/03" PAGE.ECR="I-7357" YEAR="2004">C-213/03, Ġabra p. I-7357</REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, Lesoochranárske zoskupenie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/09" PAGE.ECR="I-1255" YEAR="2011">C-240/09, Ġabra p. I-1255</REF.DOC.ECR>, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-Ftehim TRIPs, għandu jitfakkar li, skont l-aħħar premessa tad-Deċiżjoni 94/800, il-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO, kif ukoll l-annessi tiegħu, ma jistgħux jiġu invokati direttament fil-qrati tal-Unjoni jew dawk tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fid-dawl tan-natura u tal-istruttura tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPs ma għandhomx effett dirett u lanqas ma huma ta’ natura tali li joħolqu drittijiet għall-individwi li dawn ikunu jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, Il-Portugall vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/96" PAGE.ECR="I-8395" YEAR="1999">C-149/96, Ġabra p. I-8395</REF.DOC.ECR>, punti 42 sa 48; tal-<DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Dior <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/98+C-392/98" PAGE.ECR="I-11307" YEAR="2000">C-300/98 u C-392/98, Ġabra p. I-11307</REF.DOC.ECR>, punt 44, kif ukoll tas-<DATE ISO="20041116">16 ta’ Novembru 2004</DATE>, Anheuser-Busch, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/02" PAGE.ECR="I-10989" YEAR="2004">C-245/02, Ġabra p. I-10989</REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Rigward id-WPPT, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 23(1) tiegħu, dan jipprovdi li l-partijiet kontraenti għandhom jimpenjaw rwieħhom li jadottaw, skont l-ordinamenti ġuridiċi tagħhom, il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tad-WPPT huma suġġetti, fl-eżekuzzjoni tagħhom jew fl-effetti tagħhom, għall-intervent ta’ atti sussegwenti. Għaldaqstant, tali dispożizzjonijiet ma għandhom l-ebda effett dirett fid-dritt tal-Unjoni u ma humiex tali li joħolqu drittijiet għall-individwi li huma jistgħu jinvokaw direttament quddiem il-qorti skont l-imsemmi dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Rigward il-Konvenzjoni ta’ Ruma, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(1) tad-WPPT, ebda dispożizzjoni tagħha ma tfisser deroga mill-obbligi eżistenti li għandhom il-partijiet kontraenti lejn xulxin skont il-Konvenzjoni ta’ Ruma.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għalkemm l-Unjoni ma hijiex parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Ruma, hija madankollu marbuta, skont l-Artikolu 1(1) tad-WPPT, li ma tfixkilx l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn din il-konvenzjoni. Għaldaqstant, din l-aħħar konvenzjoni tipproduċi effetti indiretti fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tad-domanda dwar ir-relazzjonijiet bejn il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li jinsab, minn naħa, fil-Ftehim TRIPs, id-WPPT u l-Konvenzjoni ta’ Ruma, kif ukoll, min-naħa l-oħra, fid-Direttivi 92/100 u 2001/29, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, it-testi ta’ dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta tali testi huma intiżi preċiżament sabiex jimplementaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, Bettati, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/95" PAGE.ECR="I-4355" YEAR="1998">C-341/95, Ġabra p. I-4355</REF.DOC.ECR>, punt 20, u tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, SGAE, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/05" PAGE.ECR="I-11519" YEAR="2006">C-306/05, Ġabra p. I-11519</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-premessa 15 tad-Direttiva 2001/29, huwa paċifiku li wieħed mill-għanijiet ta’ din tal-aħħar huwa sabiex timplementa l-obbligi li l-Unjoni għandha skont id-WCT u d-WPPT, li huma kkunsidrati, skont l-istess premessa, bħala aġġornament importanti tal-protezzjoni internazzjoni tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunċett li jinsabu f’din id-direttiva għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ trattati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, Peek &amp; Cloppenburg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/06" PAGE.ECR="I-2731" YEAR="2008">C-456/06, Ġabra p. I-2731</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk mill-premessa 10 tad-Direttiva 92/100 jirriżulta li l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu approssimati fl-osservanza tal-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati d-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati ta’ diversi Stati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-imsemmija direttiva hija intiża li tarmonizza ċerti aspetti fil-qasam tal-proprjetà intellettwali fl-osservanza tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, bħalma huma, b’mod partikolari, il-Konvenzjoni ta’ Ruma, il-Ftehim TRIPs u d-WPPT, hija b’hekk intiża li tistabblixxi numru ta’ regoli kompatibbli ma’ dawk li jinsabu f’dawn il-konvenzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li l-kunċetti li jinsabu fid-Direttivi 92/100 u 2001/29, bħalma huwa dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fl-imsemmija konvenzjonijiet internazzjonali u b’tali mod li huma jibqgħu kompatibbli ma’ dawn tal-aħħar, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda tkun fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT huma applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni;</P></ITEM><ITEM><P>peress li l-Konvenzjoni ta’ Ruma ma hijiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, hija ma hijiex applikabbli fiha; iżda madankollu hija tipproduċi fiha effetti indiretti;</P></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><P>l-individwi ma jistgħux jibbażaw rwieħhom direttament la fuq l-imsemmija konvenzjoni, la fuq il-Ftehim TRIPs u lanqas fuq id-WPPT;</P></ITEM><ITEM><P>il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Ruma, fil-Ftehim TRIPs kif ukoll fid-WPPT u b’tali mod li huma jibqgħu kompatibbli mal-imsemmija konvenzjonijiet, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">' u l-ħames domandi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ u l-ħames domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi li jsir ġewwa klinika privata ta’ dentist, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, favur il-klijentela li tibbenefika minn dan ix-xandir indipendentement mir-rieda tagħha, jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>jagħmlu disponibbli lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> skont l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, u jekk tali xandir jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni għall-produtturi ta’ fonogrammi.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat qabel kollox, li l-qorti tar-rinviju tirreferi, fl-ifformular tal-imsemmija domandi, għall-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, dwar id-dritt esklużiv tal-produtturi ta’ fonogrammi li jawtorizzaw jew jipprojbixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni lill-pubbliku tal-fonogrammi tagħhom, bil-fili jew b’mezzi mingħajr fili, inklużi b’tali mod li kulħadd jista’ jkollha aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-espożizzjoni tal-motivi tad-Direttiva 2001/29 [COM (97) 628], ikkorroborata mill-premessa 25 tad-Direttiva, it-tqegħid għad-dispożizzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni huwa intiż għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>trasmissjonijiet interattivi fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, ikkaratterizzati mill-fatt li kulħadd jista’ jkollu aċċess għalihom minn post u f’ħin imagħżul individwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda biss ix-xandir ta’ mużika fi klinika ta’ dentist għall-benefiċċju tal-klijenti li jinsabu hemmhekk u mhux it-trażmissjoni interattiva fuq talba.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprduenza jirriżulta li, għall-finijiet ta’ għoti ta’ risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-obbligu, jekk ikun il-każ, li tifformula mill-ġdid id-domandi li ġew sottomessi lilha (sentenzi tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Haug, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/05" PAGE.ECR="I-4121" YEAR="2006">C-286/05, Ġabra, p. I-4121</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tal-<DATE ISO="20080311">11 ta’ Marzu 2008</DATE>, Jager, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-420/06" PAGE.ECR="I-1315" YEAR="2008">C-420/06, Ġabra p. I-1315</REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti nazzjonali li tippermettilha li tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li ma sarx riferiment għalihom fid-domandi preliminari tagħha (sentenzi tas-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Wiedemann u Funk, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-329/06+C-343/06" PAGE.ECR="I-4635" YEAR="2008">C-329/06 u C-343/06, Ġabra p. I-4635</REF.DOC.ECR>, punt 45, kif ukoll tat-<DATE ISO="20101123">23 ta’ Novembru 2010</DATE>, Tsakouridis, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/09" PAGE.ECR="I-11979" YEAR="2010">C-145/09, Ġabra p. I-11979</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 huwa intiż sabiex jiżgura li remunerazzjoni ekwa jitħallas mill-utent lill-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu u lill-prodotturi ta’ fonogrammi, meta fonogramm jixxandar għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raba’ u l-ħames domandi għandhom jinftiehmu bħala li jistaqsu, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 għandux jiġi interpretat fis-sens li tkopri x-xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika ta’ dentist, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, favur il-klijentela tiegħu li tibbenefika minn dan ix-xandir indipendentement mir-rieda tagħhom, u jekk tali xandir jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur il-produtturi ta’ fonogrammi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>M. del Corso jqis li r-raba’ u l-ħames domandi huma inammissibbli, peress li qatt ma kien rikonoxxut li, permezz tat-tagħmir tiegħu ta’ xandir, huwa xandar, fil-klinika tiegħu ta’ dentist, fonogrammi protetti lill-pazjenti tiegħu, u dan iktar u iktar meta tali xandir bl-ebda mod ma twettaq bil-ħlas ta’ biljett ta’ dħul minn dawn il-pazjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-fatti li jkunu taw lok għall-kawża prinċipali u li tiddeduċi konklużjonijiet minnhom għall-finijiet tad-deċiżjoni li hija mitluba tagħti (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19990916">16 ta’ Settembru 1999</DATE>, WWF <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-435/97" PAGE.ECR="I-5613" YEAR="1999">C-435/97, Ġabra p. I-5613</REF.DOC.ECR>, punt 32, kif ukoll tal-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>, Danosa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-232/09" PAGE.ECR="I-11405" YEAR="2010">C-232/09, Ġabra p. I-11405</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-qrati tal-Unjoni u l-qrati nazzjonali hija bħala prinċipju l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet fattwali li jinvolvu l-applikazzjoni ta’ regola Komunitarja huma miġbura flimkien fil-kawża pendenti quddiemha, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar rinviju preliminari, hija tista’, jekk ikun il-każ, tagħti indikazzjonijiet intiżi sabiex jiggwidaw lill-qorti nazzjonali fl-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Haim, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-424/97" PAGE.ECR="I-5123" YEAR="2000">C-424/97, Ġabra p. I-5123</REF.DOC.ECR>, punt 58) kif ukoll tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Vatsouras u Koupatantze, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-22/08+C-23/08" PAGE.ECR="I-4585" YEAR="2009">C-22/08 u C-23/08, Ġabra p. I-4585</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’din il-kawża, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ir-raba’ u l-ħames domandi huma bbażati fuq il-premessa fattwali li M. Del Corso kien xandar fonogrammi protetti lill-pazjenti tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li dawn id-domandi huma ammissibbli u għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest fattwali kif iddefinit mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Rigward il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li dan ma jinsabx biss fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, dispożizzjoni li hija rilevanti għall-kawża prinċipali, iżda wkoll fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u b’mod partikolari fl-Artikoli 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, 15 tad-WPPT u 14(1) tal-Ftehim TRIPs.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 55 ta’ din is-sentenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Ruma, fil-Ftehim TRIPs u fid-WPPT u b’tali mod li huma jibqgħu kompatibbli ma’ dawn il-konvenzjonijiet, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħlijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom. Din id-dispożizzjoni hija ispirata mill-Artikolu 8 tad-WCT, li hija riprodotta kważi testwalment.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 jobbliga lill-Istati Membri li għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li remunerazzjoni unika ekwa titħallas mill-utent, meta fonogramma tixxandar għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku, u biex jiżguraw li din ir-remunerazzjoni titqassam bejn l-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu l-fonogramma rilevanti. Din id-dispożizzjoni hija ispirata mill-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma li hija wkoll riproduzzjoni kważi litterali ta’ dan l-artikolu (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20030206">6 ta’ Frar 2003</DATE>, SENA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/00" PAGE.ECR="I-1251" YEAR="2003">C-245/00, Ġabra 2003 p. I-1251</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn tqabbil tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u 8(2) tad-Direttiva 92/100 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> li jinsab f’dawn id-dispożizzjonijiet huwa użata f’kuntesti li ma humiex identiċi u huma intiż għal skopijiet, ċertament simili, iżda madankollu parzjalment diverġenti.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-awturi għandhom, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, dritt ta’ natura preventiva li jippermettilhom li jindaħlu bejn l-utenti potenzjali tax-xogħol tagħhom u l-komunikazzjoni lill-pubbliku li dawn l-utenti jistgħu jikkunsidraw li jwettqu, u dan sabiex jipprojbixxu li dan isir. Għall-kuntrarju, l-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu u l-produtturi ta’ fonogrammi jgawdu, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, dritt ta’ natura kumpensatorja, li ma jistax jiġi eżerċitat qabel ma fonogramma ppubblikata għal finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, hija jew kienet użata għal komunikazzjoni lill-pubbliku minn utent.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, fir-rigward b’mod iktar partikolari għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, minn naħa, li din id-dispożizzjoni timplika evalwazzjoni individwalizzata tal-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. Dan japplika bl-istess mod fir-rigward tal-identità tal-utent u tal-kwistjoni tal-użu tal-fonogramma inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, peress li l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 japplika fil-każ ta’ użu tax-xogħol, għaldaqstant, id-dritt intiż f’dan l-artikolu huwa dritt essenzjalment ta’ natura ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex jiġi evalwat jekk utent iwettaqx att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, għandha, skont l-approċċ individwalizzat, kif ikkonstatat fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, tiġi evalwata s-sitwazzjoni ta’ utent speċifiku kif ukoll tal-persuni kollha li lilhom huwa jikkomunika l-fonogrammi protetti.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi kriterji komplimentari, ta’ natura mhux awtonoma u interdipendenti ma’ xulxin. Konsegwentement, huma għandhom jiġu applikati kemm individwalment kif ukoll fl-interazzjoni tagħhom ma’ xulxin, peress li dawn jistgħu, f’sitwazzjonijiet konkreti differenti, ikunu preżenti b’intensità varjabbli ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>B’hekk hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq evalwazzjoni globali tas-sitwazzjoni speċifika.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà identifikat xi kriterji fil-kuntest kemxejn differenti tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat ir-rwol indispensabbli tal-utent. B’hekk, hija ddeċidiet, fir-rigward ta’ operatur ta’ lukanda u ta’ kafeterija/ristorant, li huwa jwettaq att ta’ komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, meta jintervjeni, b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-aġir tiegħu, sabiex jagħti aċċess lill-klijenti tiegħu, għal xandira radjofonika li fiha hemm xogħol protett. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ tali intervent, il-klijenti tiegħu, meta jinsabu fiż-żona tal-kopertura tal-imsemmija xandira, bħala prinċipju, ma jistgħux igawdu x-xogħol imxandar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42, kif ukoll tal-<DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/08+C-429/08" PAGE.ECR="I-9083" YEAR="2011">C-403/08 u C-429/08, Ġabra p. I-9083</REF.DOC.ECR>, punt 195).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat ċerti elementi inerenti għall-kunċett ta’ pubbliku.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, ikopri numru indeterminat ta’ telespettaturi potenzjali u jimplika, barra minn hekk, numru pjuttost kbir ta’ persuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Mediakabel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-89/04" PAGE.ECR="I-4891" YEAR="2005">C-89/04, Ġabra p. I-4891</REF.DOC.ECR>, punt 30; tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, Lagardère Active Broadcast, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-192/04" PAGE.ECR="I-7199" YEAR="2005">C-192/04, Ġabra p. I-7199</REF.DOC.ECR>, punt 31, u SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punti 37 u 38).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tan-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>indeterminata<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tal-pubbliku, għandu jiġi rrilevat li, skont id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>trasmissjoni pubblika (komunikazzjoni pubblika)<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> mogħtija mill-Glossarju tad-WIPO li, mingħajr ma għandu setgħa vinkolanti fil-liġi madankollu jikkontribwixxi għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ pubbliku, dan il-kunċett huwa intiż li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>jrendi perċettibbli xogħol [...] fi kwalunkwe mod xieraq, lil persuni b’mod ġenerali, għall-kuntrarju ta’ persuni speċifiċi li jappartjenu lil grupp privat<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kriterju dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>numru pjuttost kbir ta’ persuni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, dan irid jindika li l-kunċett ta’ pubbliku għandu ċerti limitu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, u dan jeskludi minn dan il-kunċett numru żgħir ħafna, jew insinjifikattiv ta’ persuni kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat dan in-numru, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni l-effetti kumulattivi li jirriżultaw mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet lil destinatarji potenzjali (ara s-sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39). F’dan ir-rigward, ma huwiex rilevanti biss li jsir magħruf kemm persuni għandhom aċċess għall-istess xogħol b’mod parallel, iżda wkoll kemm minnhom kellhom suċċessivament aċċess għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fil-punt 204 tas-sentenza Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li n-natura lukrativa ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ma hijiex irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> dan huwa l-każ meta hemm dritt għal rimunerazzjoni ekwa, kif previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, fid-dawl tan-natura essenzjalment ekonomika ta’ dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-intervent li sar mill-operatur tal-lukanda li jagħti aċċess għax-xogħol imxandar lill-klijenti tiegħu, għandu jiġi meqjus bħala servizz addizzjonali mwettaq bil-għan li jittieħed benefiċċju sa fejn l-offerta ta’ dan is-servizz tinfluwenza l-pożizzjoni tal-lukanda tiegħu u, għaldaqstant, il-prezz tal-kmamar. B’mod simili, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-trażmissjoni ta’ xogħlijiet imxandra mill-operatur fil-kafeterija-ristorant tiegħu issir bil-għan ta’, u jista’ jkollha, effett fuq il-klijentela ta’ dan l-istabbiliment u, fuq kollox, fuq ir-riżultati ekonomiċi tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, SGAE, punt 44 u Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 205).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Huwa għalhekk mifhum li l-pubbliku li huwa s-suġġett tal-komunikazzjoni huwa, minn naħa, dak li jimmira lilu l-utent u, min-naħa l-oħra, riċettiv, b’mod jew ieħor għall-komunikazzjoni tiegħu, u mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>maqbud<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> b’kumbinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl, b’mod partikolari, ta’ dawn il-kriterji li għandu jiġi evalwat jekk, f’kawża bħal dik inkwistjoni, dentist li jxandar fonogrammi fil-preżenza tal-pazjenti tiegħu, bħala mużika fl-isfond, iwettaqx att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Għalkemm huma l-qrati nazzjonali li għandhom, bħala prinċipju, kif ġie indikat fil-punt 80 ta’ din is-sentenza, jiddeterminaw jekk dan huwiex il-każ f’kawża partikolari u li jagħmlu l-evalwazzjonijiet definittivi kollha ta’ fatt f’dak ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tevalwa jekk hemmx tali atti ta’ komunikazzjoni pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li, bħall-kawżi li taw lok għas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, SGAE kif ukoll Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-pazjenti ta’ dentist, għalkemm jinsabu ġewwa ż-żona ta’ kopertura tas-sinjal tal-fonogrammi, jistgħu jgawdu minnhom biss permezz tal-intervent intenzjonat tad-dentist. Għaldaqstant, tali dentist għandu jiġi kkunsidrat li jintervjeni intenzjonalment fix-xandir ta’ dawn il-fonogrammi.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-klijenti ta’ dentist, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li dawn normalment jiffurmaw grupp ta’ persuni li l-kompożizzjoni tiegħu huwa ħafna minnu stabbli u huma jiffurmaw għaldaqstant grupp ta’ destinatarji potenzjali speċifiku, peress li l-persuni l-oħra ma għandhomx, bħala prinċipju, aċċess għat-trattament ta’ dan tal-aħħar. Għaldaqstant, ma jirrigwardax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>persuni b’mod ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, kuntrarjament għad-definizzjoni mogħtija fil-punt 85 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-punt 84 ta’ din is-sentenza, fir-rigward tan-numru kbir ta’ persuni li għalihom l-istess fonogramma tixxandar mid-dentist b’mod li tkun tista’ tinstema’, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward ta’ klijenti ta’ dentist, din il-pluralità ta’ persuni hija żgħira, anki insinjifikattiva, peress li ċ-ċirku ta’ nies preżenti fl-istess ħin fil-klinika tiegħu huwa, b’mod ġenerali, limitat ħafna. Barra minn hekk, għalkemm il-klijenti jinbidlu, xorta jibqa’ l-fatt li, preżenti abbażi ta’ rotazzjoni, dawn il-klijenti, bħala regola ġenerali, ma humiex destinatarji tal-istess fonogrammi, b’mod partikolari ta’ dawk imxandra bir-radju.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi kkontestat li f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, dentist li jxandar fonogrammi fil-preżenza tal-pazjenti tiegħu, bħala mużika fl-isfond, ma jistax raġonevolment jistenna żieda, minħabba dan ix-xandir biss, tal-klijentela tal-klinika tiegħu u lanqas li jżid il-prezz tat-trattament li huwa jipprovdi. Għaldaqstant, tali xandir ma jistax, fih innifsu, ikollu effett fuq id-dħul ta’ dan id-dentist.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-klijenti ta’ dentist imorru fi klinika ta’ dentist bil-għan biss li jkollhom trattament, peress li xandira ta’ fonogrammi ma hijiex inerenti għall-prattika ta’ trattament dentali. Huwa b’mod inċidentali u b’mod indipendenti mix-xewqat tagħhom li huma jibbenefikaw minn aċċess għal ċerti fonogrammi, skont il-ħin tal-wasla tagħhom fil-klinika u t-tul tal-istennija tagħhom kif ukoll tan-natura tat-trattament li huwa pprovdut lilhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi preżunt li l-klijentela normali ta’ dentist tkun riċettiva lejn ix-xandira inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Konsegwentement, tali xandir ma għandux skop ta’ lukru, kuntrarjament għall-kriterju stabbilit fil-punt 90 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li dentist, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jxandar b’xejn fonogrammi fil-klinika tiegħu għall-benefiċċju tal-klijenti tiegħu li jgawdu dan indipendentement mir-rieda tagħhom, ma jwettaqx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100 sabiex remunerazzjoni ekwa titħallas mill-utent, jiġifieri li dan tal-aħħar iwettaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex sodisfatt f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tingħata risposta għar-raba’ u għall-ħames domandi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika ta’ dentist, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, għall-benefiċċju tal-klijentela li tgawdi minnu indipedentement mir-rieda tagħha. Għaldaqstant, tali xandir ma jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur produtturi ta’ fonogrami.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistitwixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE> u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), u tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, tal-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, huma applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">Peress li l-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir, iffirmata f’Ruma fis-<DATE ISO="19611026">26 ta’ Ottubru 1961</DATE> ma hijiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, hija ma hijiex applikabbli fl-Unjoni; iżda madankollu hija tipproduċi fiha effetti indiretti.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L--individwi ma jistgħux jibbażaw rwieħhom direttament la fuq l-imsemmija konvenzjoni, la fuq l-imsemmi ftehim u lanqas fuq it-trattat imsemmi iktar ’il fuq.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> li jinsab fid-Direttivi tal-Kunsill 92/100/KEE, tad-<DATE ISO="19921119">19 ta’ Novembru 1992</DATE>, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fl-imsemmija konvenzjoni, fl-imsemmi ftehim kif ukoll fit-trattat imsemmi iktar ’il fuq, u b’tali mod li huwa jibqa’ kompatibbli ma’ dawn tal-aħħar, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika ta’ dentist, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, għall-benefiċċju tal-klijentela li tgawdi minnu indipedentement mir-rieda tagħha. Għaldaqstant, tali xandir ma jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur produtturi ta’ fonogrami.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>