31998R0623



Official Journal L 085 , 20/03/1998 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 623/98

tad-19 ta’ Marzu 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 577/97 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li li jistipula l-istandards għal xaħmiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni tda-denominazzjoni wżata fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat-2 Lulju 1987 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/97 ta’ l-1 ta’ April 1997 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistipula l-istandards għax-xaħmijiet li jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar tad-denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2181/97 [3], li jistabbilixxi regoli għall-użu tad-denominazzjoni "butir" għall-prodotti kompositi kif definiti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87; billi jipprovdi li l-kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib tal-prodotti kompositi bid-denominazzjoni "butir" huwa ta’ 75 %;

Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 577/97 jispeċifika l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex tintuża d-denominazzjoni "butir" għall-prodott kompositu li minnu parti essenzjali hija butir iżda, li għalih il-kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 75 % ma jistax jiġi rispettat minħabba raġunijiet tekniċi u/jew organoleptiċi;

Billi l-esperjenza wriet li jkun diffiċli li din il-proċedura tiġi applikata fuq il-bażi ta’ każ b’każ b’mod li tassikura trattament b’mod ġust u konsistenti; billi regoli sempliċi li jistgħu jiġi mifhuma faċilment għandhom jiġu applikati għad-denominazzjoni ta’ prodotti kompositi li jkun fihom il-butir; billi dawn ir-regoli għandhom jagħtu kont ta’ l-iżvilupp tas-suq għal prodotti kompositi;

Billi regola ġenerali li tippermetti l-użu tad-denominazzjoni "butir" għall-prodotti kompositi li parti essenzjali tagħhom hija l-butir, li l-kontenut tagħhom ta’ minimu ta’ xaħam tal-ħalib huwa anqas minn 75 % iżda ta’ l-anqas 62 % huwa aċċettabbli, sakemm id-denominazzjoni tinkludi termini li jassikuraw li l-konsumatur ma jiġix żgwidat;

Billi l-prodotti li jikkonsistu f’butir, zokkor u xarba alkoħolika jifformaw grupp definit sew ta’ prodotti kompositi b’karatteristiċi partikolari; billi dispożizzjoni speċjali għandha ssir għall-użu tad-denominazzjoni "butir" għal dawn il-prodotti;

Billi, sabiex jiġi assikurat li l-għanijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1898/87 jintlaħqu kompletatment, wara li jingħata kont tal-firxa wiesa’ tal-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib fi prodotti kompositi li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-użu tad-denominazzjoni "butir", huwa meħtieġ li ssir kondizzjoni għall-użu ta’ din id-denominazzjoni li l-kontenut tax-xaħam tal-ħalib ikun indikat fuq it-tikketta tal-prodott;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 577/97 huwa emendat kif ġej

1. L-Artikolu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Artikolu 3

1. Id-denominazzjoni "butir" tista’ tintuża għall-prodotti kompositi li parti essenzjali tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87 hija butir jekk il-prodott finali jkun fih ta’ l-inqas 75 % xaħam tal-ħalib u jkun ġie manifatturat unikament minn butir skond it-tifsira tat-Taqsima A (1) ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2991/94 u l-ingredjent(i) ieħor/oħrajn miżjuda msemmija fid-deskrizzjoni.

2. Id-denominazzjoni "butir" tista’ tintuża għall-prodotti kompositi li jkun fihom anqas min 75 % iżda ta l-inqas 62 % xaħam tal-ħalib jekk il-ħtiġiet l-oħra speċifikati fil-paragrafu 1 jitħarsu u jekk id-denominazzjoni tal-prodott tinkludi t-terminu "preparazzjoni tal-butir".

3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, id-denominazzjoni "butir" tista’ tintuża f’assoċċjazzjoni ma kelma jew kliem li jiddenominaw il-prodotti elenkati fl-Anness III li jkun fihom ta’ l-inqas 34 % xaħam tal-ħalib.

4. L-użu tad-denominazzjoni "butir" taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun suġġetta għall-ħtieġa li jiġi indikat fuq it-tikketta u l-presentazzjoni tal-prodotti l-kontenut tax-xaħam tal-ħalib u, jekk l-ingredjenti l-oħra jkun fihom ix-xaħam, il-kontenut totali ta’ xaħam.

5. It-terminu "preparazzjoni ta’ butir" fil-paragrafu 2 u l-indikazzjonijiet fil-paragrafu 4 għandhom jidhru f’post prominenti li jkun jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar."

2. l-Artikolu 4 huwa mħassar.

3. L-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament isir l-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Marzu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36.

[2] ĠU L 87, tat-2.4.1997, p. 3.

[3] ĠU L 299, ta’ l-4.11.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS III

Prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3)

Tip ta' prodott | Kompożizzjoni tal-prodott | Kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib: |

Butir alkoħoliku (butir li jkun fih xorb alkoħoliku) | Butir, xorb alkoħoliku, zokkor | 34 % |

"

--------------------------------------------------