|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1685 |
18.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1685
tas-17 ta’ Ġunju 2024
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib u ruminanti oħra tal-ħalib, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li għandhom effett simili”. Il-preparat huwa maħsub biex jintuża biss f’għalf komplementari li jikkonsisti f’bolus inkapsulat u b’rilaxx ikkontrollat biex jitnaqqas ir-riskju tad-deni tal-ħalib u tal-ipokalċemija subklinika. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum, kif applikata fl-istudji fuq l-annimali evalwati, huwa sikur għall-baqar tal-ħalib meta jingħata fil-ħalq f’bolus li fih 500 μg ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum darba matul il-perjodu ta’ qabel il-ħlas (minn 9 ijiem qabel it-twelid sa eżatt qabel it-twelid). Fl-istudji fuq l-annimali evalwati, il-bolus ġie kkumplimentat minn għalf li fih livelli xierqa ta’ kalċju u manjeżju. Minħabba nuqqas ta’ data, l-Awtorità la kienet f’pożizzjoni li tikkonkludi dwar is-sikurezza tal-amministrazzjoni sussegwenti tat-tieni bolus kif irrakkomandat mill-applikant, jekk il-baqra ma tkunx welldet fi żmien 9 ijiem mill-għoti tal-bolus, u lanqas dwar is-sikurezza għall-użu fir-ruminanti tal-ħalib għajr il-baqar (Bos taurus). Ikkonkludiet ukoll li l-preparat huwa sikur għall-konsumaturi u għall-ambjent u li mhux irritant għall-ġilda u għall-għajnejn u mhux sensitizzatur. Hija qieset li l-esponiment permezz tal-inalazzjoni huwa improbabbli meta jintuża f’bolus. L-Awtorità kkonkludiet li l-għoti tal-addittiv f’bolus li fih 500μg ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol minn estratt tas-Solanum glaucophyllum f’perjodu minn 9 ijiem qabel it-twelid sa immedjatament qabel it-twelid għandu l-potenzjal li jipprevjeni l-ipokalċemija fil-baqar tal-ħalib meta applikat bħal fl-istudji fuq l-annimali evalwati. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Sussegwentement, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum għar-ruminanti kollha tal-ħalib ħlief għall-baqar tal-ħalib. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni tqis li s-sustanza attiva tal-addittiv tal-għalf hija l–1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum. L-addittiv tal-għalf jikkonsisti fi preparat li fih is-sustanza attiva li hija stabbilizzata bil-maltodestrina jew trasportaturi xierqa oħra. Sussegwentement, il-preparat għandu jiġi inkorporat f’bolus li jitqies bħala għalf komplementari. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-preparat ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-użu uniku f’għalf komplementari fil-forma ta’ bolus. |
|
(8) |
Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ sikurezza, il-Kummissjoni tqis li l-livell massimu ta’ rilaxx tal–1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum rilaxxat mill-bolus fil-ġisem tal-annimali jenħtieġ li jiġi indikat bħala l-kontenut massimu fl-għalf komplet. Meta jitqies li l–1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat huwa prekursur tal-25-idrossikolekalċiferol u li l-Awtorità ddikjarat fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Lulju 2023 (3) dwar il-25-idrossikolekalċiferol prodott bis-Saccharomyces cerevisiae CBS 146008 li ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ dik is-sustanza li tkun sensitizzatur tal-ġilda jew dwar l-effetti tagħha fuq is-sistema respiratorja minħabba n-nuqqas ta’ data, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa għan-nifs u għall-protezzjoni tal-ġilda biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv, meta tiġi ttrattata s-sustanza fid-dawl tal-inkorporazzjoni f’bolus. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li peress li l-25-idrossikolekalċiferol inaqqas l-attività tal-1α-idrossilażi fil-kliewi, jenħtieġ li l-użu simultanju tal–1,25-diidrossikolekalċiferol mill-estratt tas-Solanum glaucophyllum ma’ dak l-addittiv ma jkunx permess. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jinsab fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal 2022;20(8):7434.
(3) EFSA Journal 2023;21(8):8168.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
|
mg ta’ 1,25-diidrossikolekalċiferol/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili. Subklassifikazzjoni: Vitamina D |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a673 |
1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat minn estratt ta’ Solanum glaucophylum |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ estratt ta’ Solanum glaucophylum b’minimu ta’ 0,005 % ta’ 1,25- diidrossikolekalċiferol glikosilat Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 1,25-diidrossikolekalċiferol glikosilat Formula kimika: C27H44O3- × (C6H10O5)n, fejn n = 1 sa 12 Numru CAS: 89457-77-2 Prodott mill-estrazzjoni etanolika tal-weraq tas-Solanum glaucophyllum Metodu analitiku (1)
|
Baqar tal-ħalib |
— |
— |
0,004 |
|
It-8 ta’ Lulju 2034 |
||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(2) 40 IU ta’ kolekalċiferol (vitamina D3) = 0,001 mg ta’ kolekalċiferol(vitamina D3).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1685/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)