European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/378

6.3.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/378

tat-18 ta’ Frar 2025

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2025/71

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula minn kull Stat Membru,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li, jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali, inkella jkunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u għadd ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin f’konformità mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2025, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2). B’dik id-Deċiżjoni, ħatar, għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, il-membri u l-membri supplenti proposti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Estonjan, Irlandiż, Kroat, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Malti, Netherlandiż, Awstrijak, Portugiż, Sloven, Slovakk, Finlandiż u Żvediż. Bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71, il-Kunsill ħatar ukoll għall-istess perjodu 12-il membru u disa’ membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, seba’ membri u disa’ membri supplenti proposti mill-Gvern Daniż, 23 membru u 19-il membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, 11-il membru u 12-il membru supplenti proposti mill-Gvern Grieg, 20 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, 22 membru u 24 membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk u disa’ membri u disa’ membri supplenti proposti mill-Gvern Rumen. Il-membri u l-membri supplenti li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kunsill qabel it-22 ta’ Novembru 2024 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2025/71.

(5)

Fil-21 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/201 (3). B’dik id-Deċiżjoni, ħatar, għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Bulgaru, Litwan u Ungeriż, kif ukoll 10 membri u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan u 24 membru u 23 membru supplenti proposti mill-Gvern Franċiż. Barra minn hekk, bid-Deċiżjoni (UE) 2025/201, il-Kunsill ħatar żewġ membri u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Daniż, fejn wieħed mill-membri inizjalment inħatar bħala membru supplenti bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71. Huwa ħatar ukoll membru supplenti wieħed propost mill-Gvern Taljan wara r-riżenja ta’ membru supplenti maħtur bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71. Il-membri u l-membri supplenti li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Diċembru 2024 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2025/201.

(6)

Mill-31 ta’ Diċembru 2024 sal-31 ta’ Jannar 2025, ġew ippreżentati aktar listi lill-Kunsill, jiġifieri lista li fiha żewġ membri u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Bulgaru, lista li fiha żewġ membri supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, lista li fiha membru wieħed propost mill-Gvern Grieg, lista li fiha membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, lista li fiha żewġ membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan, lista li fiha sitt membri u sitt membri supplenti proposti mill-Gvern Rumen, u lista li fiha membru supplenti wieħed propost mill-Gvern Pollakk. Jenħtieġ li dawk il-membri u l-membri supplenti jinħatru għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(7)

Is-Sa Katja MEIER ġiet maħtura bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71 bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030. Madankollu, il-mandat li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra għall-Kumitat tar-Reġjuni ntemm fit-18 ta’ Diċembru 2024. Wara t-tmiem ta’ dak il-mandat, il-Gvern Ġermaniż ippropona li s-Sur Martin DULIG jinħatar bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni. Għalhekk, jenħtieġ li s-Sur Martin DULIG jinħatar bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-lista tal-membri għall-Ġermanja fid-Deċiżjoni (UE) 2025/71 tiġi adattata skont dan.

(8)

Il-ħatra tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni b’din id-Deċiżjoni ser tiġi segwita f’data aktar tard bil-ħatra ta’ membri u membri supplenti oħra, li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma ġewx ikkomunikati lill-Kunsill sal-31 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030:

—

bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I,

—

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Fil-lista għall-Ġermanja stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2025/71 jitħassar l-isem li ġej:

“Is-Sa Katja MEIER

Staatsministerin der Justiz und für Demokratie, Gleichstellung und Europa, Sächsischen Staatsregierung, politische Verantwortung gegenüber dem Sächsischen Landtag (Ministru tal-Istat għall-Ġustizzja, id-Demokrazija, l-Ugwaljanza u l-Ewropa, Membru tal-Gvern Statali tas-Sassonja, politikament responsabbli quddiem il-Parlament tal-Istat tas-Sassonja)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. DOMAŃSKI


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/201 tal-21 ta’ Jannar 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (ĠU L, 2025/201, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/201/oj).


ANNESS I

ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - IARSCRÍBHINN I - PRILOG I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I

Членове / Miembros / Členové / Medlemmer / Mitglieder / Liikmed / Μέλη / Members / Membres / Comhaltaí / Članovi / Membri / Locekļi / Nariai / Tagok / Membri / Leden / Członkowie / Membros / Membri / Členovia / Člani / Jäsenet / Ledamöter

BELGIË / BELGIQUE / BELGIEN

Is-Sur Pascal SMET

Lid van het Parlement van het Brussels Hoofdstedelijk Gewest (Membru tal-Parlament tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali)

Is-Sur Rudi VERVOORT

Membre du Parlement de la Région de Bruxelles-Capitale (Membru tal-Parlament tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali)

DEUTSCHLAND

Is-Sur Martin DULIG

Mitglied des Sächsischen Landtags (Membru tal-Parlament tal-Istat tas-Sassonja)

ΕΛΛΑΣ

Is-Sa Athina ATHANASIADOU – AIDONA

Περιφερειάρχης Κεντρικής Μακεδονίας (Gvernatur Reġjonali tal-Maċedonja Ċentrali)

ESPAÑA

Is-Sur Imanol PRADALES GIL

Presidente del Gobierno Vasco (President tal-Gvern Bask)

ITALIA

Is-Sur Alessio MAMMI

Assessore della Regione Emilia-Romagna (Ministru Reġjonali tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna)

Is-Sa Stefania PROIETTI

Presidente della Regione Umbria (President tar-Reġjun tal-Umbria)

ROMÂNIA

Is-Sur Costel ALEXE

Președinte Consiliul Județean Iași (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Iași)

Is-Sur Csaba BORBOLY

VicePreședinte Consiliul Județean Harghita (Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Harghita)

Is-Sa Daniela CÎMPEAN

Președinte Consiliul Județean Sibiu (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Sibiu)

Is-Sur Corneliu ȘTEFAN

Președinte Consiliul Județean Dâmbovița (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Dâmbovița)

Is-Sur Constantin RĂDULESCU

Președinte Consiliul Județean Vâlcea (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Vâlcea)

Is-Sur Daniel-Claudiu TĂMAȘ

Vicepreședinte Consiliul Județean Bistrița Năsăud (Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Bistrița-Năsăud)


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙ - ANNEX II - ANNEXE II - IARSCRÍBHINN II - PRILOG II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Заместник-членове / Suplentes / Náhradníci / Suppleanter / Stellvertreter / Asendusliikmed / Αναπληρωτές / Alternate members / Suppléants / Comhaltaí malartacha / Zamjenici članova / Supplenti / Aizstājēji / Pakaitiniai nariai / Póttagok / Membri Supplenti / Plaatsvervangers / Zastępcy członków / Suplentes / Supleanți / Náhradníci / Nadomestni člani / Varajäsenet / Suppleanter

BELGIË / BELGIQUE / BELGIEN

Is-Sur Yonnec POLET

Conseiller communal de Berchem Sainte Agathe (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Berchem Sainte Agathe)

Is-Sur Jean-Luc VANRAES

Schepen van Ukkel (Viċi Sindku ta’ Uccle)

DEUTSCHLAND

Is-Sur Peter JAHR

Mitglied des Kreistages des Landkreises Mittelsachsen, Freistaat Sachsen (Membru tal-Kunsill Distrettwali tad-Distrett tas-Sassonja Ċentrali, l-Istat Ħieles tas-Sassonja)

Is-Sur Torsten RUBAN-ZEH

Oberbürgermeister der Großen Kreisstadt Hoyerswerda (Sindku tal-belt tad-distrett kbir ta’ Hoyerswerda)

ESPAÑA

Is-Sur Ander CABALLERO BARTUREN

Secretario General de Acción Exterior y Euskadi Global, Gobierno Vasco (Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Barranin u l-Pajjiż Bask Globali, Gvern Bask)

POLSKA

Is-Sur Mirosław LECH

Wójt Gminy Korycin (Sindku tal-Komun ta’ Korycin)

ROMÂNIA

Is-Sur Ionică NEGRU

Vicepreședinte Consiliul Județean Mehedinți (Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Mehedinți)

Is-Sur Alin-Adrian NICA

Consilier județean Consiliul Județean Timiș (Kunsillier tal-Kontea fil-Kunsill tal-Kontea ta’ Timiș)

Is-Sur Mihai Adrian PISICĂ

Vicepreședinte Consiliul Județean Teleorman (Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Teleorman)

Is-Sur Dinu IANCU-SĂLĂJANU

Președinte Consiliul Județean Sălaj (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Sălaj)

Is-Sur István VÁKÁR

Vicepreședinte Consiliul Județean Cluj (Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Cluj)

Is-Sur Adrian-Ioan VEȘTEA

Președinte Consiliul Județean Brașov (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Brașov)


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/378/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)