<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-211/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0211</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:853">EU:C:2019:853</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C-211/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Idealmed III</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑211/18</P><P>Idealmed III – Serviços de Saúde SA</P><P>vs</P><P>Autoridade Tributária e Aduaneira</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (it-Tribunal tal-Arbitraġġ Fiskali (iċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN=""><KEYWORD>“Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 132(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Sptar u kura medika</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi mogħtija taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 377 u 391</KEYWORD><KEYWORD>Derogi</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ għażla għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tibdil fil-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-taxxi huma xi ħaġa li kulħadd normalment jipprova jevita kemm jista’ jkun, anki jekk, skont dak li jingħad, dawn huma, flimkien mal-mewt, waħda miż-żewġ affarijiet li fil-ħajja, fl-aħħar mill-aħħar, ma tistax taħrab. B’sorpriża, madankollu, hemm sitwazzjonijiet li fihom it-taxxa hija kkunsidrata element pożittiv, u saħansitra mixtieq. Dan huwa l-każ, fost l-oħrajn, tal-persuni taxxabbli li jwettqu attività suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Fil-fatt, sabiex tali attività tiġi ntaxxata, it-taxxa tibqa’ newtrali għall-persuna taxxabbli, sa fejn l-obbligu ekonomiku tagħha jgħaddi għall-istadji sussegwenti tal-kummerċ u b’mod definittiv jaqa’ fuq il-konsumaturi. Madankollu, fl-ipoteżi li t-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuna taxxabbli jiġu eżentati mill-VAT, l-obbligu ekonomiku tat-taxxa tal-input, relattiv għall-istadji kummerċjali preċedenti, jiġi sostnut mill-persuna taxxabbli. Għaldaqstant, l-operaturi ekonomiċi ta’ spiss jippreferu jkunu suġġetti għat-taxxa, minflok ma jkunu eżentati minnha. Madankollu, fil-każ li din l-eżenzjoni tkun obbligatorja, tali possibbiltà ma teżistix: ma huwiex possibbli li wieħed jirrinunzja l-eżenzjoni u jissuġġetta ruħu volontarjament għat-taxxa. F’din il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha l-opportunità tfakkar dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jipprevedi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</ALINEA><?PAGE NO="2"?><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>sptar u kura medika u attivitajiet relatati mill-viċin immexxija minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew, skond kondizzjonijet soċjali komparabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi regolati mid-dritt pubbliku, minn sptarijiet, ċentri għat-trattament mediku jew djanjosi u stabblimenti oħrajn ta’ natura simili debitament rikonoxxuti;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 133(a) u (c) tad-direttiva ċċitata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri jistagħu jagħmlu l–għoti lil korpi għajr dawk regolati mid-dritt pubbiku ta’ kull eżenzjoni pprovduta fil-punti (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n) ta’ l-Artikolu 132(1) soġġett għal kull każ individwali għal wieħed jew iżjed mill-kondizzjonijet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-korpi in kwistjoni m’għandhomx jimmiraw sistemikament biex jagħmlu profitt, u kwalunkwe ammonti żejda li mandanakollu jirriżultaw m’għandhomx jiġu mqassma, imma għandhom ikunu assenjati għall-kontinwament u għat-titjib tas-servizzi pprovduti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>dawn il-korpi għandhom iżommu prezzijiet approvati mill-awtoritajiet pubbliċi jew li ma jeċċedux it-tali prezzijiet approvati jew, fir-rigward ta’ dawk is-servizzi li m’humiex soġġetti għall-approvazzjoni, prezzijiet inqas minn dawk miżmuma għal servizzi simili minn impriżi kummerċjali soġġetti għall-VAT;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 377 tal-istess direttiva jipprevedi d-deroga segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-Portugall jista’ jkompli jeżenta t-transazzjonijiet elenkati fil-punti (2), (4), (7), (9), (10), u (13) ta’ l-Anness X, il-Parti B, skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f’dak l-Istat Membru fl‑<DATE ISO="19890101">1 ta’ Jannar 1989</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 391 tal-imsemmija direttiva jipprevedi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri li jeżentaw it-transazzjonijiet imsemmija flArtikoli […] 377, […] jistgħu jagħtu lill-persuni taxxabbli d-dritt li jagħżlu li jintaxxaw dawk it-transazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-punt 7 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112 jelenka t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>transazzjonijiet imwettqa minn sptarijiet li m’humiex koperti mill-punt (b) ta’ l-Artikolu 132(1)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 ġiet trasposta fid-dritt Portugiż permezz tal-Artikolu 9(2) tal-Código do IVA (il-Kodiċi tal-VAT).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1)(b), ta’ dan il-kodiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ sal‑<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, kien jipprevedi li l-isptarijiet, kliniċi, ċentri mediċi u strutturi simili li ma humiex proprjetà ta’ persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku jew ta’ stabbilimenti privati integrati fis-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa setgħu jirrinunzjaw għall-eżenzjoni inkwistjoni. L-istess dispożizzjoni, fil-verżjoni fis-seħħ mill‑<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, tillimita d-dritt ta’ għażla tal-organi ta’ dritt privat li jirrinunzjaw għall-eżenzjoni għas-servizzi li ma jitwettqux fil-qafas tal-ftehimiet konklużi mal-Istat fil-kuntest tas-sistema tal-kura tas-saħħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(3), tal-istess kodiċi, l-għażla tas-sistema ta’ tassazzjoni ssir mill-persuna taxxabbli għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Idealmed III – Serviços de Saúde SA, kumpannija tad-dritt Portugiż (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kumpannija Idealmed<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) tmexxi ħames ċentri mediċi bi skop ta’ lukru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjoni ta’ bidu ta’ attività ppreżentata fis‑<DATE ISO="20120106">6 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-kumpannija msemmija talbet li tiġi suġġetta għas-sistema normali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Minn Settembru 2012, il-kumpannija Idealmed ikkonkludiet serje ta’ ftehimiet ma’ organi pubbliċi proprjetà ta’ diversi sottosistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa għat-twettiq tas-servizzi mediċi bi prezzijiet stabbiliti minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Wara awditu, l-awtoritajiet tat-taxxa aċċertaw li, fil-perijodu minn April 2014 sa Ġunju 2016, parti sinjifikattiva tal-attività tal-kumpannija Idealmed kienet qiegħda titwettaq fil-kuntest tal-ftehimiet imsemmija. Għaldaqstant, l-awtoritajiet iddikjaraw li l-attività ta’ din il-kumpannija kienet taqa’ taħt l-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b), tad-Direttiva 2006/112, mingħajr il-possibbiltà ta’ rinunzja għall-eżenzjoni inkwistjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għalhekk ħadu d-deċiżjoni ta’ tibdil tal-istatus fiskali tal-kumpannija Idealment b’effett mill‑<DATE ISO="20121001">1 ta’ Ottubru 2012</DATE> u ordnaw ir-rimbors tal-VAT li ġiet imnaqqsa indebitament, għal ammont ta’ EUR 2 009 944.90, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE> il-kumpannija Idealmed ressqet talba sabiex jiġi kkostitwit tribunal tal-arbitraġġ fiskali bl-għan li tikseb l-annullament tad-deċiżjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (it-Tribunal tal-Arbitraġġ Fiskali (iċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u li jagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva [2006/112] jipprekludi sptar proprjetà ta’ kumpannija rregolata mid-dritt privat, li kkonkludiet ftehimiet għall-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza medika mal-Istat u ma’ persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku, milli jitqies li beda jopera taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku, kif previst f’tali dispożizzjoni, meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>iktar minn 54.5 % tad-dħul, inkluż l-ammonti ffatturati lill-utenti benefiċjarji rilevanti, jiġi minn korpi tal-Istat u sottosistemi tas-saħħa pubblika, bi prezzijiet stipulati fil-ftehimiet konklużi magħhom;</P></ITEM><ITEM><P>iktar minn 69 % tal-utenti huma benefiċjarji ta’ sottosistemi tas-saħħa pubblika jew jirċievu servizzi pprovduti fil-qafas ta’ ftehimiet konklużi ma’ korpi tal-Istat;</P></ITEM><ITEM><P>iktar minn 71 % tas-servizzi mediċi jitwettqu fil-qafas tal-ftehimiet konklużi ma’ sottosistemi tas-saħħa pubblika u ma’ korpi tal-Istat; u</P></ITEM><ITEM><P>l-attività magħmula għandha importanza kbira mill-perspettiva tal-interess pubbliku ġenerali?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 377 tad-Direttiva [2006/112], il-Portugall għażel li jkompli jeżenta mill-VAT it-tranżazzjonijiet magħmula mill-isptarijiet mhux imsemmija fl-Artikolu 132(1)(b) ta’ din id-direttiva u ta lil tali persuni taxxabbli d-dritt ta’ għażla għall-intaxxar tal-imsemmija tranżazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 391 tad-Direttiva, bil-kundizzjoni<?PAGE NO="4"?> li jibqgħu jkunu suġġetti għal tali skema ta’ tassazzjoni għal perijodu minimu ta’ ħames snin u bil-possibbiltà li jerġgħu jibbenefikaw mill-iskema ta’ eżenzjoni biss jekk jagħmlu dikjarazzjoni espressa għal dak l-għan, l-imsemmi Artikolu 391 u/jew il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ newtralità u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-utenti u tal-persuni taxxabbli li huma korpi rregolati mid-dritt pubbliku, jipprekludu lill-Autoridade Tributária e Aduaneira (l-Amministrazzjoni Finanzjarja Portugiża, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Amministrazzjoni Finanzjarja Portugiża<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) milli timponi l-iskema ta’ eżenzjoni qabel ma jiddekorri l-perijodu msemmi iktar ’il fuq, peress li tqis li l-persuna taxxabbli bdiet tipprovdi servizzi taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 391 tad-Direttiva [2006/112] u/jew il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq jipprekludu liġi ġdida milli tirrikjedi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ eżenzjoni għall-persuni taxxabbli li preċedentement għażlu l-iskema ta’ tassazzjoni, qabel ma jiddekorri l-perijodu ta’ ħames snin?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 391 tad-Direttiva [2006/112] u/jew il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq jipprekludu leġiżlazzjoni li tipprovdi li persuna taxxabbli li għażlet l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni, għaliex fiż-żmien meta għażlet dik l-iskema ma kinitx qiegħda tipprovdi servizzi ta’ kura tas-saħħa taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku, tista’ tkompli tkun suġġetta għal tali skema jekk tibda tipprovdi tali servizzi taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20180326">26 ta’ Marzu 2018</DATE>. Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-kumpannija Idealmed, mill-Gvern Portugiż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. L-istess partijiet kienu rrappreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190617">17 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja erba’ domandi dwar l-eżenzjoni tal-VAT tas-servizzi mediċi pprovduti minn persuni privati, iżda taħt kundizzjonijiet paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu servizzi simili. Fil-kuntest inkwistjoni jirriżulta li l-ewwel domanda hija ta’ importanza fundamentali, u ser nibda l-analiżi tiegħi tal-problemi ġuridiċi mqajma f’din il-kawża minnha. Id-domandi l-oħra jirrigwardaw aspetti iktar tekniċi dwar is-setgħa ta’ Stat Membru li jibdel l-istatus ta’ persuna taxxabbli u l-mument li fih dan it-tibdil jista’ jseħħ.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda preliminari tirrigwarda l-problema taċ-ċirkustanzi li fihom is-servizzi tal-isptar u ta’ kura medika mwettqa minn organu privat għandhom jitqiesu bħala mwettqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, u li għalhekk jaqgħu taħt l-eżenzjoni tal-VAT prevista mid-dispożizzjoni ċċitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Din id-domanda ġiet magħmula fil-kuntest ta’ proċedura li tikkonċerna l-isptarijiet immexxija minn kumpannija ta’ dritt kummerċjali, li jipprovdu parti mis-servizzi mediċi fil-kuntest tal-ftehim konkluż mal-istabbilimenti tas-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa. Fid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tiġbed l-attenzjoni għall-perċentwali tas-servizzi pprovduti fil-kuntest tas-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa fir-rigward tat-totalità tas-servizzi pprovduti minn dan l-organu. Madankollu, ma naħsibx li tali perċentwali hija rilevanti għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fid-dispożizzjoni ċċitata tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-istruttura tal-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b), tad-Direttiva 2006/112 hija simili għal dik ta’ eżenzjonijiet oħra previsti mill-istess artikolu, jiġifieri, għandha karattru suġġettiv daqskemm huwa oġġettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-eżenzjoni msemmija tapplika għas-servizzi tal-isptar u ta’ kura medika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Kif ukoll it-tranżazzjonijiet strettament marbuta magħhom.</P></NOTE> pprovduti minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku. Id-dispożizzjoni inkwistjoni ma tispeċifikax il-kundizzjonijiet li skonthom tali servizzi għandhom jiġu pprovduti, peress li huwa biżżejjed li jitwettqu minn korp irregolat mid-dritt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>It-tieni nett, taħt l-eżenzjoni jaqgħu wkoll is-servizzi tal-isptar u ta’ kura medika pprovduti minn organi differenti minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-korpi rregolati mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Jeħtieġ li jiġi nnotat li r-rekwiżit ta’ kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku jirrigwarda s-servizzi li jistgħu jiġu eżentati u mhux l-attività b’mod ġenerali tal-organu inkwistjoni. Għaldaqstant, l-eżenzjoni inkwistjoni għandha, fil-każ ta’ organi differenti minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku, natura oġġettiva, jiġifieri, taħtha jaqgħu biss is-servizzi mwettqa taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku, filwaqt li servizzi oħra mwettqa mill-istess organu huma ntaxxati fuq il-bażi tas-sistema normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dan ifisser li l-perċentwali tas-servizzi pprovduti taħt kundizzjonijiet paragunabbli fir-rigward tat-totalità tas-servizzi pprovduti mill-organu kkonċernat, irrispettivament mill-modalità tal-kalkolu, huwa irrilevanti għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni inkwistjoni, fid-dawl tal-fatt li dan jirrigwarda s-servizzi weħidhom u mhux l-attività tal-persuna bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Dan ovvjament jimplika wkoll li organu differenti minn korp irregolat mid-dritt pubbliku, li jipprovdi s-servizzi mediċi, kemm taħt sitwazzjonijiet paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, kif ukoll taħt kundizzjonijiet differenti, isir persuna taxxabbli mħallta, jiġifieri korp li jwettaq kemm tranżazzjonijiet taxxabbli, kif ukoll tranżazzjonijiet eżenti. Dan iġib miegħu obbligi amministrattivi oħra neċessarji sabiex il-VAT kemm tal-input u kemm tal-output, tittieħed inkunsiderazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>B’differenza mit-tranżazzjonijiet taxxabbli, il-persuna taxxabbli ma għandhiex dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input fir-rigward tat-tranżazzjonijiet eżenti.</P></NOTE>. Madankollu, din hija konsegwenza inevitabbli tal-eżerċizzju ta’ attività eżenti mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-partijiet tal-kawża prinċipali jidher li ma jaqblux dwar il-fatt li s-servizzi tal-kumpannija Idealmed jitwettqu taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku, skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112. B’mod partikolari, il-kumpannija ssostni li s-servizzi pprovduti minnha fil-kuntest tal-ftehimiet konklużi mal-korpi pubbliċi ma jaqgħux fil-portata tas-sistema ġenerali pubblika tal-kura tas-saħħa fil-Portugall. Dawn huma mmirati għal grupp speċifiku ta’ assigurati (jiġifieri, l-uffiċjali) u pjuttost għandhom jiġu pparagunati ma’ sistema privata ta’ assigurazzjoni għall-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din id-domanda tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali kif ukoll l-evalwazzjoni tal-elementi ta’ fatt u taqa’ b’mod sħiħ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 għandhom, sa fejn huwa possibbli, jiġu interpretati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha, anki jekk l-applikazzjoni tagħhom teħtieġ riferiment għall-ordinament ġuridiku nazzjonali. Inqis għaldaqstant li, jekk organu jipprovdi servizzi mediċi fil-portata tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-mard jew ta’ assigurazzjoni li tikkostitwixxi waħda mis-sistemi alternattivi, li minnhom għandu jagħżel l-assigurat, u li hija intiża li tissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali fl-ambitu tal-għajnuna tal-kura tas-saħħa, huwa probabbli ħafna li dawn is-servizzi għandhom jitqiesu bħala pprovduti taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi rregolati mid-dritt pubbliku skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha f’din il-kawża, il-Kummissjoni sostniet anki l-kwistjoni ta’ kundizzjoni supplimentari inkluża fid-dispożizzjoni inkwistjoni, jiġifieri li l-fornitur tas-servizzi li jistgħu jiġu eżentati għandu jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>debitament rikonoxxut<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Madankollu, jidher li dan ir-rekwiżit jirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>stabbilimenti oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, filwaqt li l-kumpannija Idealmed taħdem fil-forma ta’ stabbiliment ta’ sptar. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha okkażjoni tiddikjara li r-rekwiżit inkwistjoni ma jimplika l-ebda proċedura formali ta’ rikonoxximent tal-istabbiliment bħala li jaqa’ taħt l-eżenzjoni prevista mid-dispożizzjoni ċċitata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Dornier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:595">EU:C:2003:595</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Iċ-ċirkustanza li fiha organu jiġi awtorizzat iwettaq servizzi mediċi, u li fiha dawn jitwettqu fil-kuntest tal-ftehimiet konklużi mas-sottosistemi pubbliċi tal-kura tas-saħħa, tidher għalkollox suffiċjenti sabiex turi li l-organu inkwistjoni huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>debitament rikonoxxut<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 jippermetti lill-Istati Membri jissubordinaw l-eżenzjonijiet previsti, fost l-oħrajn, mill-Artikolu 132(1)(b) ta’ din id-direttiva, għall-osservanza min-naħa tal-persuna taxxabbli ta’ kundizzjonijiet iddeterminati, b’mod partikolari l-kundizzjoni li l-persuna taxxabbli ma jkollhiex bħala għan it-tiftix sistematiku tal-profitt. Madankollu, kif jirriżulta mill-fajl ta’ din il-kawża, id-dritt Portugiż ma jipprevedix kundizzjoni bħal din. Dan ir-rekwiżit ma jirriżultax ikkontemplat lanqas fl-istess Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, b’differenza minn ċerti dispożizzjonijiet oħra tad-direttiva msemmija li jintroduċu eżenzjonijiet mill-VAT. Konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ tali kundizzjoni, kemm fid-Direttiva 2006/112, kif ukoll fid-dritt nazzjonali, il-fatt sempliċi li tiġi eżerċitata attività b’għan ta’ lukru ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) tad-direttiva inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Kingscrest Associates u Montecello</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑498/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:322">EU:C:2005:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Konsegwentament, il-fatt li l-kumpannija Idealmed tipprovdi s-servizzi mediċi bl-għan li tagħmel profitt ma jippreġudikax l-applikazzjoni fil-konfront tagħha tal-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Nipproponi għaldaqstant li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta billi jiġi ddikjarat li l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ sptar u ta’ kura medika mwettqa minn organu differenti minn korp irregolat mid-dritt pubbliku, taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-istabbilimenti tad-dritt pubbliku, jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista mid-dispożizzjoni ċċitata, irrispettivament mill-perċentwali tas-servizzi msemmija fir-rigward tat-totalità tas-servizzi pprovduti mill-persuna inkwistjoni. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk is-servizzi jirriżultawx imwettqa taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-istabbilimenti tad-dritt pubbliku. Fl-evalwazzjoni tagħha, din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-fatt li s-servizzi inkwistjoni jiġu pprovduti fil-portata tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-mard jew ta’ assigurazzjoni li tikkostitwixxi waħda mis-sistemi alternattivi, li minnhom għandu jagħżel l-assigurat, li timmira li tissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali fl-ambitu tal-għajnuna tal-kura tas-saħħa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>It-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda preliminari jirrigwardaw il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 391 tal-istess direttiva, kif ukoll il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u tal-aspettattivi leġittimi, tal-ugwaljanza, tan-nondiskriminazzjoni, ta’ newtralità u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipprekludux li persuna, li, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 391 ta’ din id-direttiva, tkun għażlet l-intaxxar tal-attività tagħha fuq il-bażi tas-sistema normali, tiġi imposta fuqha l-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) ta’ din id-direttiva, qabel ma jiskadi l-perijodu li fih hija kellha tibqa’ suġġetta għas-sistema magħżula minnha. Dawn id-domandi għandhom jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont l-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, il-Portugall jista’, b’deroga mill-prinċipji ġenerali ta’ din id-direttiva, ikompli jeżenta, fost l-oħrajn, is-servizzi mediċi li ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b). Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 391 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi li, f’din l-ipoteżi, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-persuni taxxabbli d-dritt ta’ għażla għall-intaxxar tat-tranżazzjonijiet eżenti. Id-dritt Portugiż jipprevedi tali possibbiltà: l-organi li jipprovdu s-servizzi mediċi jistgħu jagħżlu bejn l-eżenzjoni jew l-intaxxar fuq il-bażi tas-sistema normali, sakemm din l-għażla titħaddem, fil-prinċipju, għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin. Il-kumpannija Idealmed invokat id-dritt ta’ għażla inkwistjoni, u għażlet l-intaxxar fuq il-bażi tas-sistema normali. Madankollu, skont l-amministrazzjoni finanzjarja rriżulta li parti mis-servizzi mwettqa minn din il-kumpannija ġiet ipprovduta taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-istabbilimenti tad-dritt pubbliku, skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, ċirkustanza li timplika l-eżenzjoni tagħhom, indipendentement mill-għażla tas-sistema ta’ ntaxxar magħmula mill-kumpannija kkonċernata. Dawn il-kontestazzjonijiet wasslu għat-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda preliminari tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-domandi msemmija, jeħtieġ qabel kollox li jiġi osservat li d-dritt ta’ għażla għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni previst mill-Artikolu 391 tad-Direttiva 2006/112 jirrigwarda biss l-eżenzjonijiet li l-Istati Membri japplikaw fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet speċjali inklużi fl-Artikoli 370 sa 390c tad-direttiva ċċitata u li jidderogaw mill-prinċipji ġenerali tagħha. L-għan huwa għalhekk dak li jeżenta t-tranżazzjonijiet li ma humiex eżenti fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-direttiva inkwistjoni, pereżempju skont l-Artikolu 132(1)(b) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, is-servizzi mediċi, l-eżenzjoni li l-Portugall iżomm fis-seħħ permezz tal-awtorizzazzjoni inkluża fl-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mad-dritt ta’ għażla tal-persuna taxxabbli, li jirriżulta mill-Artikolu 391 tal-istess direttiva, għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni, tista’ tiġi applikata biss għas-servizzi pprovduti minn organi differenti mill-korpi rregolati mid-dritt pubbliku u taħt kundizzjonijiet soċjali li ma humiex paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-istabbilimenti tad-dritt pubbliku. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-punt 7 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112. Għalhekk, b’riferiment għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, din id-dispożizzjoni tipprevedi eżenzjoni obbligatorja fl-interess pubbliku, u la l-Portugall, bħala Stat Membru, u lanqas il-persuni taxxabbli ma jistgħu jirrinunzjaw għall-eżenzjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Infakkar ukoll li l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(b), tad-Direttiva 2006/112 tapplika għal tranżazzjonijiet konkreti u mhux għall-attività tal-persuna bħala tali. L-organu kkonċernat jista’ għaldaqstant ikompli jissuġġetta għall-intaxxar it-tranżazzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, l-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 391 tal-istess direttiva, ma jipprekludix li persuna, li, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 391 ta’ din id-direttiva, tkun għażlet l-intaxxar tal-attività tagħha fuq il-bażi tas-sistema normali, tiġi imposta fuqha l-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) tad-direttiva ċċitata, qabel ma jiskadi l-perijodu li fih hija kellha tibqa’ suġġetta għas-sistema magħżula minnha, sa fejn is-servizzi mwettqa fuq il-bażi tan-normi stabbiliti f’din l-aħħar dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/112 huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 377 u 391 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imqiegħda f’dubju mill-prinċipji ġenerali ċċitati fid-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, il-kumpannija Idealmed issostni li d-dispożizzjonijiet tad-dritt Portugiż, li konformement magħhom hija għandha tibqa’ fl-iskema ta’ tassazzjoni magħżula minnha għal mill-inqas ħames snin, inisslu fiha aspettattiva leġittima dwar il-fatt li din is-sistema ma għandhiex tiġi mibdula lanqas permezz ta’ deċiżjoni tal-amministrazzjoni finanzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, tali aspettattiva hija ġġustifikata biss sa fejn it-tranżazzjonijiet imwettqa mill-kumpannija msemmija jkunu suġġetti għas-sistema ġuridika li tirriżulta mill-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 391 tal-istess direttiva. Fil-fatt huwa biss f’din is-sistema li l-persuna taxxabbli għandha d-dritt ta’ għażla tal-metodu ta’ ntaxxar tat-tranżazzjonijiet tagħha. Għall-kuntrarju, jekk il-persuna taxxabbli inkwistjoni teżerċita attività li taqa’ taħt l-eżenzjoni obbligatorja prevista mill-Artikolu 132(1)(b) tal-istess direttiva, hija ma jistax ikollha aspettattiva leġittima dwar il-fatt li tista’ dejjem tinvoka d-dritt ta’ għażla għall-iskema ta’ tassazzjoni permezz ta’ dispożizzjonijiet li ma jipprevedux tali dritt ta’ għażla. L-applikazzjoni tal-eżenzjoni fil-konfront tagħha, anki qabel ma jiskadi l-perijodu li fih hija kienet obbligata tibqa’ fis-sistema ta’ impożizzjoni magħżula, ma jiksirx għalhekk il-prinċipju msemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni li, fir-rigward tas-sistema komuni tal-VAT, jikkonkretizzaw ruħhom fil-prinċipju ta’ newtralità fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>The Rank Group</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑259/10 u C‑260/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:719">EU:C:2011:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan l-aħħar prinċipju saħansitra jikkorrabora d-deduzzjonijiet inklużi f’dawn il-konklużjonijiet. Konformement ma’ dan il-prinċipju, merkanzija jew servizzi simili mill-perspettiva tal-konsumatur medju, li jinsabu għalhekk f’kompetizzjoni bejniethom, ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti għall-għanijiet tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, reċentament, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Regards Photographiques</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑145/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:668">EU:C:2019:668</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mill-mument għalhekk li d-Direttiva 2006/112 tipprevedi l-eżenzjoni obbligatorja ta’ servizzi ddeterminati, taħtha għandhom jaqgħu t-tranżazzjonijiet kollha suġġetti għal din l-eżenzjoni, irrispettivament mill-għażla tal-iskema ta’ tassazzjoni applikata b’mod preventiv mill-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-VAT, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jfisser ukoll li l-operaturi ekonomiċi ma jsostnux l-obbligu ta’ din it-taxxa, sa fejn din tiġi ttrasferita kollha kemm hi għal fuq il-konsumatur. Dan ir-riżultat jinkiseb permezz tas-sistema ta’ tnaqqis tat-taxxa tal-input relattiva għall-istadji kummerċjali preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Zimmermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:716">EU:C:2012:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, dan il-mekkaniżmu jaħdem biss fl-ipoteżijiet li fihom l-istess operatur ekonomiku jwettaq tranżazzjonijiet taxxabbli. Għalhek, jekk huwa jwettaq tranżazzjonijiet eżenti, mill-punt tas-sistema tal-VAT huwa jsir l-aħħar rabta tal-iskambji u, b’mod paragunabbli għall-konsumatur, jitlef id-dritt li jnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa fl-istadji preċedenti, b’tali mod li hekk isostni l-obbligu ekonomiku tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludix għalhekk li l-kumpannija Idealmed titlef id-dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa fl-istadji kummerċjali preċedenti fir-rigward tas-servizzi eżenti skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112. Madankollu, hija għandha d-dritt għar-rimbors tat-taxxa li hija ħallset fuq dawn is-servizzi, flimkien mal-interessi, sa fejn it-taxxa inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala miġbura indebitament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti minn 24 sa 26).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu espost sa issa, ir-risposta għat-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda preliminari għandha tkun li la l-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-Artiklu 391 tal-istess direttiva, u lanqas il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ newtralità u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, ma jipprekludu li persuna, li, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 391 ta’ din id-direttiva, tkun għażlet l-intaxxar tal-attività tagħha fuq il-bażi tas-sistema normali, tiġi imposta fuqha l-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) ta’ din id-direttiva, qabel ma jiskadi l-perijodu li fih hija kellha tibqa’ suġġetta għas-sistema magħżula minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li d-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (it-Tribunal tal-Arbitraġġ Fiskali (iċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall) jingħataw ir-risposta segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ sptar u ta’ kura medika pprovduti minn organu differenti minn korp irregolat mid-dritt pubbliku, taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-istabbilimenti tad-dritt pubbliku, jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista mid-dispożizzjoni ċċitata, irrispettivament mill-perċentwali tas-servizzi msemmija fir-rigward tat-totalità tas-servizzi pprovduti mill-persuna inkwistjoni. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk is-servizzi jirriżultawx imwettqa taħt kundizzjonijiet soċjali paragunabbli ma’ dawk applikabbli għall-istabbilimenti tad-dritt pubbliku. Fl-evalwazzjoni tagħha, din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-fatt li s-servizzi inkwistjoni jiġu pprovduti fl-ambitu tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-mard jew ta’ assigurazzjoni li tikkostitwixxi waħda mis-sistemi alternattivi, li minnhom għandu jagħżel l-assigurat, li timmira li tissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali fl-ambitu tal-għajnuna tal-kura tas-saħħa.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>La l-Artikolu 377 tad-Direttiva 2006/112, ikkunsidrat flimkien mal-Artiklu 391 tal-istess direttiva, u lanqas il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ newtralità u ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, ma jipprekludu li persuna, li, permezz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 391 ta’ din id-direttiva, tkun għażlet l-intaxxar tal-attività tagħha fuq il-bażi tas-sistema normali, tiġi imposta fuqha l-eżenzjoni prevista mill-Artikolu 132(1)(b) ta’ din id-direttiva, qabel ma jiskadi l-perijodu li fih hija kellha tibqa’ suġġetta għas-sistema magħżula minnha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>