Official Journal L 255 , 30/09/1999 P. 0040 - 0041
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 1999 dwar Regolament tekniku komuni għall-ħtiġijiet ta' konnessjoni għall-aċċess TETRA għas-servizzi ta' emerġenza (notifikat bid-dokument numru K(1999) 2987) (Test b'relevanza ŻEE) (1999/645/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li tirrelata mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjoni terrestri tas-satellita, inkluż r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari Artikolu 7(2), it-tieni inċiż tagħha, (1) Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni ta' l-iskop assoċjat skond Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż; (2) Billi l-i standards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġijiet essenzjali li jridu jiġu mibdula f'regolamenti tekniċi komuni għandhom jiġu adottati; (3) Billi biex tiġi żgurata konformità fl-aċċess għas-swieq mill-manifatturi, huwa meħtieġ li jiġu permessi arranġamenti tranżitorji dwar tagħmir approvat skond ir-regolamenti tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; (4) Billi l-proposta kienet intbagħtet lill-Kumitat (ACTE), skond Artikolu 29(2); (5) Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat minn din id-Deċiżjoni jaqbel ma l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex jiġi konness ma' network pubbliku ta' telekomunikazzjonijiet u li jaqa' fil-qasam ta' applikazzjoni ta' l-i standard armonizzat riferit f'Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament komuni tekniku li jkopri l-ħtiġijiet ta' tqabbid għal tagħmir TETRA li jaċċessa servizzi ta' emerġenza fil-bands ta' frekwenza 380 MHz sa 383 MHz u 390 MHz sa 393 MHz. Artikolu 2 1. Dan ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-i standard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 5(ċ), sa 5(f) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-riferenza għall-i standard hija mniżżla fl-Anness. 2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament komuni tekniku li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġijiet essenzjali li hemm referenza għalihom f'Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġijiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3]. Artikolu 3 Il-korpi notifikati nominati biex iwettqu il-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KEE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert b'Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jiġu wżati l-i standards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Anness bid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Regolamenti ta' l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali li jkopru tagħmir fil-qasam ta' applikazzjoni tal-istandard armonizzat riferut fl-Anness għandu jiġi mħassar b'effett mill-15 ta' Diċembru 1999. 2. Tagħmir terminali, approvat b’dawk ir-regolamenti ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali jista jitkompla jitqiegħed fis-suq jew jintuża. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1999. Għall-Kummissjoni Karel van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1989, p. 1. [2] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [3] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS Riferenza għall-i standard armonizzat applikabbli L-i standard armonizzat li għalih jirreferi Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa: Aċċess ta' emerġenza bir-radju trunked terrestri (TETRA) ETSI Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekommunikazzjonijiet Segretarjat ETSI TBR23: Settembru 1998 (esklużi d-daħliet u s-sezzjonijiet 4.2.2, 5.4.2 u A.2.3) Tagħrif addizzjonali: L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew [1]. L-istandard armonizzat riferit hawn fuq kien ġie prodott skond il-mandat maħruġ skond il-proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KEE. It-test sħiħ tal-istandard armonizzat riferit hawn fuq jista jinkiseb mill-European Telecommunications Standards Institute, 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex jew Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200 B-1049 Brussel, jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli, li tagħmel disponibbli l-istandards ETSI li tagħhom lista tista tinstab fuq l-Internet bl-indirizz www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. --------------------------------------------------