24.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/4


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 30/05)

Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-deċiżjoni

L-isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2019) 54

Is-17 ta’ Jannar 2019

1,2-dikloroetan

Nru tal-KE 203-458-1

Numru tal-CAS 107-06-2

Eli Lilly Kinsale Limited, Dunderrow, Kinsale, P17 NY71 Cork, Co. Cork, l-Irlanda.

REACH/19/9/0

L-użu bħala mezz ta’ reazzjoni u bħala aġent solvanti fil-medjazzjoni ta’ reazzjonijiet ta’ trasformazzjoni kimika sussegwenti li jwasslu għall-manifattura tal-ingredjent farmaċewtiku attiv, Raloxifene Idroklorur

22 ta' Novembru 2029

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva addattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_mt.htm