|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/58 |
16.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/58
tal-15 ta' Jannar 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat ir-Regolament (UE) 2018/683 (2) li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 (“it-tajers” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 (3) li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-Regolament anti-dumping oriġinali”). |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 (4) li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (“ir-Regolament antisussidju oriġinali”). |
|
(4) |
Wara kontestazzjoni mressqa minn China Rubber Industry Association (“CRIA”) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (“CCCMC”), fl-4 ta’ Mejju 2022 il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat, fis-sentenza tagħha fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19 (5) (“is-sentenza tal-Qorti”), ir-Regolamenti anti-dumping oriġinali u r-Regolamenti antisussidji oriġinali fir-rigward ta’ diversi produtturi esportaturi. |
|
(5) |
Wara s-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni reġgħet fetħet l-investigazzjonijiet u fl-4 ta’ April 2023, il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/737 (6) (“it-tieni Regolament anti-dumping”) u dazju kompensatorju definittiv bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2023/738 (7) (“it-tieni Regolament antisussidji”). |
|
(6) |
Fis-6 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni temmet żewġ rieżamijiet interim parzjali tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (8) (9). |
|
(7) |
Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ huma f’euro għal kull oġġett li jvarjaw bejn EUR 0 u EUR 35,74 għal kull oġġett. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(8) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (10), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”). |
|
(9) |
It-talba għal rieżami tressqet fid-19 ta’ Lulju 2023 mill-Koalizzjoni kontra importazzjonijiet inġusti ta’ tajers (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(10) |
Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm provi suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-20 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (11) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(11) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(12) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lill-produtturi magħrufa fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, u stednithom jipparteċipaw. |
|
(13) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti relatati mal-kummerċ. |
1.6. Kampjunar
|
(14) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni indikat li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi ta’:
|
|
(16) |
Dan il-kampjun kien jikkonsisti f’sitt produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(17) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(19) |
Importatur mhux relatat wieħed biss ippreżenta ruħu lill-Kummissjoni iżda ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba u lanqas il-ftehim biex jiġi inkluż fil-kampjun. L-ebda importatur ieħor mhux relatat ma ppreżenta ruħu. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(20) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(21) |
Tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi koprew madwar 50 % tal-volum irrapportat esportat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu bejn Lulju 2022 u Ġunju 2023 filwaqt li l-volum tal-esportazzjonijiet tat-tielet produttur esportatur instab li ma kienx sinifikanti. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi li kkooperaw ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jkun raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment. |
|
(22) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, 49 produttur esportatur qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’din l-investigazzjoni ta’ rieżami filwaqt li aktar minn 140 produttur esportatur kienu elenkati fl-ilment, 3 produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi biss ipprovdew tweġiba għall-kampjunar. |
|
(23) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw ammontaw għal madwar 50 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet tat-tajers mir-RPĊ lejn l-Unjoni Ewropea u ammontaw għal inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tat-tajers fir-RPĊ. Billi s-sehem mis-suq tal-Unjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien ta’ madwar 5,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni qieset li nofs dawn l-importazzjonijiet jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex jiġi vvalutat il-prezz tal-esportazzjoni u l-eżistenza ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(24) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(25) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ gruppi ta’ esportaturi inklużi fil-kampjun u lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (13) fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant. |
|
(26) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u minn sitt produtturi tal-Unjoni. It-tweġiba li waslet mingħand produttur wieħed tal-Unjoni, Recauchutagem São Mamede, Lda (“RSM”) kellha xi elementi neqsin u l-Kummissjoni talbet lil dan il-produttur biex jikkomplementa t-tweġiba tiegħu. Ma waslet l-ebda tweġiba oħra, u l-Kummissjoni infurmat lill-RSM li biħsiebha tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tuża l-fatti disponibbli. Ma wasal l-ebda kumment ieħor mingħand dan il-produttur tal-Unjoni. |
|
(27) |
Konsegwentement, id-data pprovduta mill-ħames produtturi tal-unjoni li kien fadal intużat mill-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ kisba ta’ data mill-RSM kellu biss impatt marġinali fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun. Il-ħames produtturi tal-Unjoni li kien fadal komplew jammontaw għal aktar minn 25 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Għalhekk, dan il-kampjun li kien fadal ta’ ħames produtturi tal-Unjoni tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(28) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.8. Proċedura sussegwenti
|
(30) |
Fil-11 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(31) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u dawn tqiesu, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. Saret seduta ta’ smigħ fuq talba ta’ Giti. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(32) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (kodiċi TARIC 4012 12 00 10). Il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw għall-informazzjoni biss mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tariffarja (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(33) |
Il-prodott taħt rieżami jkopri tajers pnewmatiċi, kemm ġodda kif ukoll b’wiċċ ġdid, għall-karozzi tal-linja u t-trakkijiet, li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi essenzjali. Iż-żewġ tipi ta’ prodott ikkonċernati huma magħmulin mill-istess materjal (anki jekk it-teknoloġija involuta tista’ tkun differenti) u għandhom struttura simili. Il-varjazzjoni fil-materja prima u fl-istruttura jagħtu karatteristiċi differenti ta’ prestazzjoni. |
2.2. Il-proċess tal-manifattura
2.2.1. Tajers ġodda
|
(34) |
Il-proċess ta’ manifattura tat-tajers ġodda għat-trakkijiet u l-karozzi tal-linja jinvolvi: (1) it-taħlit tal-lastiku; (2) it-tħejjija tal-komponenti tat-tajers; (3) il-bini (ekoloġiku) tat-tajers; (4) it-twebbis (vulkanizzazzjoni); u (5) l-ispezzjoni finali. It-tajers kollha tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja huma magħmulin mill-istess materja prima bażika, jiġifieri lastiku naturali, lastiku sintetiku, azzar, iswed tal-karbonju, kimiċi u żjut oħra u tessuti, u għandhom l-istess komponenti, jiġiferi l-wiċċ ta’ kuntatt, il-ġenb, il-kejsing fuq ġewwa, il-kurdun tax-xoffa, iċ-ċinturini tal-azzar u l-wajer tal-kejsing, anki jekk hemm ċertu differenza bejn il-produtturi differenti ta’ dan il-prodott. |
|
(35) |
Il-proċess ta’ manifattura ta’ tajers ġodda tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja nstab ukoll li jinvolvi teknoloġiji differenti, li madankollu ma kellhomx impatt fuq is-sejbiet ġenerali ta’ interkambjabbiltà. |
2.2.2. Tajers b’wiċċ ġdid
|
(36) |
L-għoti ta’ wiċċ ġdid lil tajer huwa essenzjalment proċess ta’ riċiklaġġ fejn it-tajers użati jiġu rikostruwiti permezz tas-sostituzzjoni ta’ wiċċ it-tajer fuq kejsing qadim. Il-kejsings huma elementi prinċipali tal-proċess ta’ għoti ta’ wiċċ ġdid, u għalhekk parti sostanzjali mill-attività ta’ dawk li jagħtu wiċċ ġdid hija l-għażla u l-akkwist ta’ kejsings xierqa għall-għoti ta’ wiċċ ġdid. Għaldaqstant, il-kejsings huma l-input prinċipali tal-proċess tal-produzzjoni u jikkostitwixxu — skont il-kwalità tagħhom — jew prodott “semilest” reali jew inkella skart. |
|
(37) |
Għal darb’oħra, dan il-proċess jista’ jinvolvi diversi teknoloġiji mingħajr impatt fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-interkambjabbiltà. |
2.3. Użu u tipi ta’ tajers
|
(38) |
It-tajers kollha tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja jiġu prodotti f’varjetà kbira ta’ tipi u daqsijiet u jinsabu fuq firxa wiesgħa ta’ vetturi kummerċjali, minn trakkijiet għall-konsenja lokali u karozzi tal-linja f’ambjent urban jew reġjonali sa trakkijiet u karozzi tal-linja li jivvjaġġaw fit-tul, skont l-ispeċifikazzjonijiet tad-daqs u l-indiċi tat-tagħbija tagħhom. Huma la huma xierqa biex jintużaw fuq vetturi tal-passiġġieri u lanqas fuq vetturi kummerċjali ħfief oħra, bħalma wkoll mhumiex xierqa biex jintużaw fuq vetturi mhux għat-triq bħal tratturi agrikoli. |
|
(39) |
Tajers għat-trakkijiet jew għall-karozzi tal-linja jinbiegħu f’żewġ tipi u f’erba’ kategoriji. It-tajers bit-tubu huma għażla aktar tradizzjonali; ikollhom tubu intern, li minnu nnifsu jkollu valv, li jitqiegħed fit-tajer. F’tajer bla tubu, it-tajer u r-rimm tar-rota jkollhom għeluq li jżomm l-arja, bil-valv immuntat direttament fir-rimm. Il-biċċa l-kbira tat-tajers għat-trakkijiet jew il-karozzi tal-linja mibjugħin fl-Unjoni huma tajers mingħajr tubu. L-erba’ kategoriji ta’ tajers għat-trakkijiet jew għall-karozzi tal-linja huma: direzzjonali, għat-trazzjoni, għat-trejlers u għal kull pożizzjoni. It-tajers direzzjonali huma mfassla biex jintużaw fuq il-fus ta’ quddiem biex jgħinu l-istering, iżda jistgħu jintużaw fil-pożizzjoniijet kollha fuq it-trakk jew il-karozza tal-linja, skont l-użu tal-vettura. Tajers “għat-trazzjoni” huma mfassla għas-sistema tal-mototrażmissjoni u jipprovdu trazzjoni aħjar. It-tajers għat-trejlers huma mfassla biex jiġu armati fuq it-trejlers, filwaqt li t-tajers għal kull pożizzjoni huma mfassla sabiex fuq vettura jintużaw fil-pożizzjonijiet kollha, skont l-użu tagħha. |
|
(40) |
Tajers, ġodda jew b’wiċċ ġdid huma suġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ sikurezza fis-suq tal-Unjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
2.4. Segmentazzjoni fi tliet livelli tas-suq tal-Unjoni għat-tajers
|
(41) |
Informazzjoni miġbura u rċevuta mill-Kummissjoni tindika li s-suq tal-Unjoni għat-tajers tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet huwa segmentat fi tliet livelli jew segmenti. Filwaqt li ma hemmx linji diviżorji ċari bejn il-livelli, hemm qbil ġenerali fost il-partijiet interessati u s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kategorizzazzjoni li ġejja. |
|
(42) |
It-tajers tal-Livell 1 ikopru tajers ġodda bil-marka ewlenija tal-manifatturi prinċipali. Ir-rikonoxximent tal-marka hija fattur ewlieni għat-tajers f’dan il-livell u jiġġustifika l-prezzijiet ogħla għall-prestazzjonijiet għolja mistennija kif ukoll għall-investimenti partikolarment qawwija fil-kummerċjalizzazzjoni. It-tajers bħala tagħmir oriġinali għall-manifatturi ta’ trakkijiet jew ta’ karozzi tal-linja (“OE1”) huma primarjament inklużi f’dan il-livell. Il-kwalità tat-tajers tal-Livell 1 tiżgura possibbiltà għolja li jingħataw wiċċ ġdid, billi dawn huma mfasslin biex “ikollhom aktar minn ħajja waħda”, fatt li jkompli jżid l-ammont diġà għoli ta’ mili tal-prodott oriġinali (għal użu normali, jingħataw sa tliet uċuħ ġodda). It-tajers tal-Livell 1 huma assoċjati wkoll ma’ livell ogħla ta’ sikurezza u spiss ikunu akkumpanjati minn livell tajjeb ta’ servizz ta’ wara l-bejgħ. |
|
(43) |
Il-Livell 2 ikopri l-biċċa l-kbira mit-tajers mhux primjum, li jkunu kemm ġodda u kemm b’wiċċ ġdid, bi prezzijiet li jvarjaw bejn wieħed u ieħor minn 65 % għal 80 % tal-prezz tat-tajers tal-Livell 1. It-tajers bħala tagħmir oriġinali għall-manifatturi ta’ trejlers (“OE2”) jistgħu jiġu inklużi f’dan il-livell. Ir-rikonoxximent tal-marka jibqa’ importanti f’dan il-livell, u normalment il-marki jkunu magħrufin sew mix-xerrejja, li jkunu jistgħu jidentifikaw il-manifatturi tat-tajers ukoll. Ġeneralment, huma jkunu jistgħu jingħataw wiċċ ġdid mill-inqas darba u, għalkemm limitati aktar mit-tajers tal-livell 1, għandhom prestazzjoni tajba f’terminu tal-ammont ta’ mili. |
|
(44) |
It-tajers tal-Livell 3 jkopru kemm tajers ġodda u kemm b’wiċċ ġdid b’ammonti ta’ mili aktar baxxi u bil-possibbiltà limitata ħafna li jingħataw wiċċ ġdid, jekk ikollhom. Tipikament, il-prezz tagħhom ikun inqas minn 65 % tal-prezz u l-ammont ta’ mili tat-tajers tal-livell 1. F’dan il-livell, kważi ma jeżistix rikonoxximent tal-marka u l-prezz isir il-fattur li jiddetermina d-deċiżjoni tal-konsumatur dwar x’jixtri. Normalment għal dawn ma jingħatawx servizzi ta’ wara l-bejgħ. |
|
(45) |
Tajers b’wiċċ ġdid jistgħu jiġu kklassifikati taħt il-livell 2 jew il-livell 3. Filwaqt li xi tajers Ċiniżi jistgħu jingħataw wiċċ ġdid, ftit li xejn jingħataw wiċċ ġdid fiċ-Ċina. L-għoti ta’ wiċċ ġdid, madankollu, huwa pjuttost mifrux fl-Unjoni u fi swieq oħrajn, pereżempju fil-Brażil. L-attività tal-għoti ta’ wiċċ ġdid fl-Unjoni tikkonsisti minn:
|
|
(46) |
Il-Kummissjoni applikat l-istess immappjar ta’ tajers ġodda u b’wiċċ ġdid skont il-marka bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta wkoll mill-ilmentatur u saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha fil-jum tal-bidu. |
2.5. Prodott ikkonċernat
|
(47) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.6. Prodott simili
|
(48) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(49) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jiġu kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
|
(50) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2017). Skont l-Eurostat, l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ammontaw għal madwar 5,4 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mas-sehem mis-suq ta’ 21,3 % matul l-investigazzjoni oriġinali. Dawn iċ-ċifri huma f’termini assoluti. |
|
(51) |
Kif imsemmi fil-premessa (22), tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi mir-RPĊ ikkooperaw fl-investigazzjoni, li jammontaw għal madwar 50 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet tat-tajers mir-RPĊ lejn l-Unjoni Ewropea. |
3.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ.
|
(52) |
Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(53) |
Konsegwentement, biex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tat-tajers. Iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(54) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(55) |
Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GTĊ għall-kwestjonarju u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(56) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(57) |
Fit-23 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Afrika t’Isfel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand l-applikant, Giti u Hankook. |
|
(59) |
Fis-16 ta’ Lulju 2024, wara li analizzat il-kummenti li rċeviet u l-informazzjoni addizzjonali pprovduta minn Hankook, il-Kummissjoni infurmat b’nota oħra (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(60) |
Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amminsitrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpaniji Brisa Bridgestone u Goodyear Lastikleri Turk, produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mill-applikant, Giti u Hankook. Il-kummenti kollha huma indirizzati fid-dettall fit-Taqsima 3.3. |
|
(62) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-valur normali jeħtieġ li jinħadem bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, u li l-kostijiet u l-prezzijiet fiċ-Ċina jenħtieġ li jiġu miċħuda. |
3.3. Valur normali
|
(63) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(64) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” ( “kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(65) |
Kif huwa spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.3.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(66) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(67) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku hija mhux kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(68) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(69) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(70) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (15) , li fih evidenza dwar l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’diversi fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll f’setturi magħżula (bħas-settur kimiku, ….). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport dwar iċ-Ċina tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-applikazzjoni kien fiha wkoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(71) |
L-Applikant ibbaża ruħu fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport biex jargumenta li kemm l-industrija Ċiniża tat-tajers innifisha, kif ukoll setturi upstream oħra li huma kritiċi għall-produzzjoni tat-tajers, bħal-lastiku, l-enerġija, l-azzar kif ukoll l-industrija awtomobilistika downstream, huma kollha affettwati serjament mill-omnipreżenza tal-GTĊ li tirriżulta fi prezzijiet u kostijiet affettwati minn distorsjoni sinifikanti. L-Applikant jissottolinja l-preżenza u l-influwenza tas-CCP fuq l-ekonomija, filwaqt li jibbaża ruħu fuq id-“Deċiżjoni tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP, Chinese Communist Party) tal-2018 dwar l-approfondiment tar-riforma tal-istituzzjonijiet tal-Partit u tal-Istat”, diskors mill-President Ċiniż fl-20 Kungress nazzjonali tal-Partit Komunista, il-pubblikazzjoni tal-2020 mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP ta’ Ordni li tiddikjara espressament l-intenzjoni li tintroduċi aktar preżenza tal-Istat f’kumpaniji privati u li tappella biex id-diretturi ta’ kumpaniji privati jiġu edukati politikament u ideoloġikament. L-Applikant sostna li l-intervenzjoniżmu tal-GTĊ jieħu diversi forom, li essenzjalment jistgħu jiġu kkategorizzati madwar tliet assi differenti: amministrattivi, finanzjarji u regolatorji. |
|
(72) |
L-applikant indika li l-pjanijiet jinħarġu f’livelli governattivi differenti – l-Istat, il-provinċji, il-muniċipalitajiet – u jitlestew permezz ta’ pjanijiet settorjali. Dawn il-pjanijiet huma vinkolanti fil-liġi, iridu jiġu implimentati fil-livelli kollha u, b’riżultat ta’ dan, iġibu magħhom implikazzjonijiet diretti ħafna f’termini ta’ aċċess għal finanzjament, ir-reġimi tat-tassazzjoni jew l-għażliet adottati fil-kumpaniji. Huwa rrefera b’mod partikolari għall-14-il pjan ta’ ħames snin (“FYP”, five years plan) applikabbli għas-snin 2021-2025 li abbażi tiegħu huwa qies li r-rwol attiv tal-Istat fl-ekonomija jidher b’mod ċar permezz tal-istabbiliment, pereżempju, tar-rwol tiegħu li “jippromwovi,”“isaħħaħ” jew “jibni” segmenti sħaħ tal-ekonomija Ċiniża. L-applikant jikkonkludi li l-FYPs għandhom l-għan ulterjuri li jibnu konnessjoni aktar b’saħħitha bejn il-GTĊ u l-intrapriżi tal-Istat (“SOE”, State-owned enterprises) u għandhom l-għan li jkomplu jżidu s-sistema ta’ superviżjoni fuq l-assi tal-Istat. Dan jista’ jieħu diversi forom, inkluża l-prevenzjoni effettiva tat-telf tal-assi tal-Istat. |
|
(73) |
L-applikant jissottolinja li s-sistema finanzjarja Ċiniża hija ddominata mill-preżenza ta’ banek tal-Istat (“SOB”, State-owned banks) li jeħtiġilhom jallinjaw mal-politiki tal-gvern, minflok ma joperaw skont il-prinċipji tas-suq. Huwa ddikjara wkoll li l-intervent regolatorju tal-GTĊ isir prinċipalment permezz ta’ regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku u regoli dwar l-investiment. |
|
(74) |
L-applikant irrefera wkoll għas-sejbiet tal-Kummissjoni f’diversi investigazzjonijiet reċenti dwar is-setturi tal-azzar u petrokimiċi fiċ-Ċina, li kkonfermaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-inputs ewlenin fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-investigazzjonijiet dwar prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ (16), prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettroliku (17), vireg tal-wajer (18), ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit (19), siliċju (20), u raden b’saħħithom ħafna ta’ poliesteri (21). |
|
(75) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni fakkret l-elementi li ġejjin li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(76) |
L-ewwel nett, is-settur tal-industrija tat-tajers qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni ta’ politika jew taħt il-gwida tal-awtoritajiet tal-istat. |
|
(77) |
L-applikant sostna li għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fl-industrija upstream tal-prodott ikkonċernat, fosthom il-kumpaniji u l-gruppi ta’ kumpaniji li ġejjin:
|
|
(78) |
L-applikant sostna wkoll li għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fl-industrija tal-prodott ikkonċernat, fosthom il-kumpaniji u l-gruppi ta’ kumpaniji li ġejjin:
|
|
(79) |
L-applikant sostna wkoll li għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fl-industrija downstream għall-prodott ikkonċernat, fosthom il-kumpaniji u l-gruppi ta’ kumpaniji li ġejjin:
|
|
(80) |
Għalhekk, l-applikant osserva li l-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla l-kumpaniji tal-industrija tat-tajers Ċiniża skont prinċipji mhux tas-suq li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti fis-settur kollu. |
|
(81) |
It-tieni nett, il-preżenza tal-istat fil-kumpaniji tat-tajers tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jinterferixxu fil-prezzijiet u/jew fil-kostijiet. |
|
(82) |
Skont l-applikazzjoni, il-kontroll fuq l-ekonomija Ċiniża huwa eżerċitat permezz tal-implimentazzjoni ta’ ċelloli tas-CCP f’intrapriżi, kemm privati kif ukoll pubbliċi, bi rwol predominanti fil-funzjonament tal-kumpanija u l-persunal tagħha. L-applikant issottolinja wkoll li matul dawn l-aħħar snin, ġew adottati diversi regolamenti mmirati lejn SOEs jew kumpaniji privati biex jiġi żgurat infurzar aktar b’saħħtu u aktar effettiv. Dan jinkludi r-Regolamenti tal-2020 dwar il-Ħidma ta’ Organizzazzjonijiet fil-livell taċ-Ċittadini tal-Intrapriżi tal-Istat tal-Partit Komunista Ċiniż u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu li jagħti setgħat eżekuttivi sinifikanti liċ-ċellola tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji. Dan huwa rifless fl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ kumpaniji bħal Aeolus. L-applikazzjoni semmiet ukoll li nħarġu rekwiżiti simili għall-kumpaniji privati. Mill-2016 ’l hawn, il-kumpaniji jinsabu taħt pressjoni dejjem akbar biex jagħtu lis-CCP rwol akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. B’mod partikolari l-Kodiċi ta’ governanza korporattiva tal-2018 diġà talab lid-ditti elenkati jagħtu lis-CCP rwol fir-regoli interni tagħhom. L-applikant irrefera wkoll għall-Viċi President tal-Federazzjoni tal-Industrija u l-Kummerċ taċ-Ċina Kollha, Ye Qing, li spjega l-kunċett ta’ “sistema moderna ta’ intrapriżi b’karatteristiċi Ċiniżi” li tinkludi tliet assi ta’ kontroll mill-Partit permezz ta’ (i) mekkaniżmu ta’ riżorsi umani, (ii) xogħol ta’ superviżjoni u awditjar, u (iii) trade unions. Huwa nnota wkoll li s-CCP regolarment juża l-prattika ta’ “żewġ rwoli,” li f’konformità magħha persuna waħda jkollha diversi rwoli fi strutturi differenti. |
|
(83) |
L-applikant ikkonkluda li bil-lealtà tagħhom lejn l-Istat u l-Partit u l-obbligu sussegwenti tagħhom li javvanzaw l-għanijiet tal-politika tal-Istat u tal-Partit, il-kapaċità reali tal-kumpaniji Ċiniżi li jistabbilixxu liberament il-prezzijiet tagħhom (li min-naħa tagħhom jaffettwaw ukoll il-kostijiet) hija affettwata direttament minn kunsiderazzjonijiet mhux tas-suq. |
|
(84) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni tipprovdi li l-influwenza tas-CCP fuq il-persunal tal-kumpaniji hija partikolarment estensiva u tinkludi b’mod partikolari n-nomina ta’ diriġenti ewlenin. Tiddikjara wkoll li hemm koinċidenza sinifikanti bejn is-CCP u n-negozji Ċiniżi u li kemm il-karigi eżekuttivi kif ukoll dawk tar-riżorsi umani ewlenin fl-SOEs iridu jinżammu minn membri tas-CCP. Fir-rigward tal-kumpaniji privati, jingħataw il-parir ukoll li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ superviżjoni mmexxi miċ-ċellola tal-Partit b’setgħat dixxiplinari. |
|
(85) |
Għalhekk, l-applikant ikkonkluda li permezz tal-preżenza tagħhom fil-livelli varji tal-maniġment fil-kumpaniji, kemm pubbliċi kif ukoll privati, is-CCP u l-GTĊ huma f’pożizzjoni li jeżerċitaw deċiżjonijiet sinifikanti u diretti matul il-ħajja kummerċjali tal-kumpaniji, lil hinn mill-prinċipji tas-suq ħieles u f’konformità mal-għanijiet politiċi u industrijali stabbiliti fil-livelli tal-Istat jew tal-Partit. Dan iwassal biex forzi mhux tas-suq jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kostijiet u l-prezzijiet. |
|
(86) |
L-applikant argumenta li l-NDRC għandha kontroll dirett fuq l-iżvilupp tal-kumpaniji, b’mod partikolari peress li hija responsabbli għall-abbozzar ta’ pjanijiet ta’ żvilupp strateġiku. L-ippjanar tal-ekonomija jaffettwa direttament lill-kumpaniji li huma meħtieġa jimplimentaw il-linji gwida vinkolanti stabbiliti fil-pjanijiet differenti. Konsegwentement, l-NDRC mhux biss hija responsabbli mill-orjentament tal-kumpaniji, iżda direttament taffettwa d-deċiżjonijiet maniġerjali tagħhom. Ir-rispett tal-ideoloġija tas-CCP huwa minqux f’dawn il-pjanijiet differenti u konsegwentement trid tiġi segwita mill-kumpaniji Ċiniżi. Dawn il-prinċipji huma infurzati permezz taċ-ċelloli tas-CCP preżenti fil-kumpaniji. |
|
(87) |
L-applikant argumenta wkoll li kien hemm preżenza tal-istat fl-industrija tat-tajers permezz ta’ assoċjazzjonijiet industrijali. F’dan ir-rigward, iċ-China Rubber Industry Association (“CRIA”) hija l-assoċjazzjoni nazzjonali inkarigata mill-industrija Ċiniża kollha tal-lastiku, inklużi l-prodotti downstream tagħha bħat-tajers. Peress li s-CRIA hija ssorveljata mill-SASAC tal-Kunsill tal-Istat u tilqa’ l-prinċipji tas-CCP fil-funzjonament tagħha, l-industrija tat-tajers hija influwenzata direttament mis-CCP permezz tal-assoċjazzjoni industrijali tagħha li għandha wkoll rabtiet interkonnessi mal-maniġers tal-produtturi tat-tajers. Minbarra s-CRIA, l-applikazzjoni ssemmi l-influwenza tal-Istat permezz tas-CCCMC u s-CAAM, li kollha jippermettu l-kontroll tal-Istat u tal-Partit fuq il-katina kollha tal-produzzjoni tat-tajers, u b’hekk jisseparaw il-prezzijiet u l-kostijiet mill-prinċipji tas-suq ħieles. |
|
(88) |
L-applikazzjoni tiddikjara wkoll li s-CCP regolarment jaħtar membri tal-Partit bħala diriġenti ewlenin f’kumpaniji li joperaw fl-industrija tat-tajers. Dan jirreferi b’mod partikolari għall-każ tal-SOEs u b’mod partikolari Aeolus, iżda wkoll mhux SOEs apparenti bħal Prinx Changshan, Zhongce Rubber Group Co., Ltd u Sailun Group Co., li jinkludu wkoll membri tas-CCP fil-bord maniġerjali jew fil-bord superviżorju. |
|
(89) |
It-tielet nett, il-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew inkella li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(90) |
L-applikant semma b’mod partikolari li l-industrija tat-tajers hija fil-mira ta’ politiki favorevoli permezz tal-allokazzjonijiet magħmula għall-petrokimiċi, il-lastiku, kif ukoll permezz ta’ politiki li jiffavorixxu komponenti ta’ kostijiet importanti, bħall-azzar, l-enerġija jew it-tessuti. F’dan ir-rigward, huwa jirreferi għall-fatt li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-lastiku naturali jsiru skont il-linji gwida tas-CRIA. Huwa semma wkoll il-pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin tal-gvern ta’ Yunnan għall-modernizzazzjoni agrikola li jikkwalifika l-lastiku naturali bħala “industrija ewlenija” u jsemmiha bħala qasam ta’ żvilupp. Il-pjan għandu l-għan li “jespand[i] l-produzzjoni ta’ lastiku speċjali għat-tajers”. L-Għanijiet fit-Tul tal-Kontea ta’ Sanmen għall-2035 jiffukaw ukoll fuq l-industrija tal-lastiku u għandhom l-għan li jibnu ċentru nazzjonali għall-ispezzjoni u l-ittestjar tal-lastiku. |
|
(91) |
Fir-rigward tal-azzar, l-applikant jinnota li l-14-il FYP jindirizza wkoll il-promozzjoni u t-titjib tal-industrija tal-azzar u jirreferi għall-ħruġ fil-bidu tal-2022 tal-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar, biex jiġu implimentati l-14-il FYP u l-14-il Pjan ta’ 5 Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima. Il-kontroll fuq is-suq tal-azzar huwa implimentat permezz taċ-China Iron and Steel Association (“CISA”), li hija taħt is-superviżjoni tal-aġenzija tal-bini tal-Partit, li ma hija xejn ħlief il-Kumitat tal-Partit tal-SASAC tal-Kunsill tal-Istat. |
|
(92) |
Fir-rigward tal-Enerġija u t-Tessuti, l-applikant irrefera għal investigazzjonijiet anti-dumping reċenti tal-Kummissjoni u tal-Istati Uniti dwar prodotti Ċiniżi li juru l-eżistenza tal-iffissar tal-prezzijiet fil-każ tal-elettriku, fejn l-NDRC provinċjali tistabbilixxi l-prezz tal-elettriku. L-industrija tat-tessuti hija indikata fl-14-il FYP. Konsegwentement, id-Dipartiment tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ħareġ avviż dwar it-Tnedija tal-Attivitajiet tat-Tessuti u tal-Ħwejjeġ tal-2022 “Ottimizzazzjoni tal-Provvista u Promozzjoni tat-Titjib”. Skont dan l-avviż, il-Kunsill Nazzjonali taċ-Ċina għat-Tessuti u l-Ilbies huwa responsabbli biex jippjana u jimplimenta kompiti, u huwa taħt “gwida tan-negozju, superviżjoni u ġestjoni tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat”. |
|
(93) |
It-tajers huma inklużi fl-industrija tal-lastiku fl-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-petrokimika u tal-kimika matul l-14-il Pjan ta’ 5 Snin li jirrikjedi li “jiżdied il-proporzjon ta’ prodotti ekoloġiċi f’industriji bħal tat-tajers” u jippromwovi trasformazzjoni diġitali madwar il-prodotti tat-tajers. L-industrija tat-tajers hija ggwidata aktar permezz tal-linji gwida tas-CRIA. It-tieni qasam ta’ żvilupp fl-14-il FYP li jibbenefika lill-produtturi tat-tajers huwa l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp b’mod partikolari permezz taċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka tal-Inġinerija għat-Tagħmir Avvanzat tat-Tajers u l-Materjali Ewlenin. Barra minn hekk, l-applikant issottolinja li l-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”, Ministry of Industry and Information Technology) għażel ukoll lil Sailun Group “fl-ewwel lott tiegħu ta’ ‘Intrapriża Nazzjonali ta’ Dimostrazzjoni ta’ Proġetti Pilota Intelliġenti’ u ‘Intrapriża Nazzjonali ta’ Dimostrazzjoni ta’ Proġett Pilota Industrijali bl-Internet’ fl-industrija, u l-ewwel lott ta’ ‘Pjattaforma tal-Internet tal-Karatteristiċi Industrijali għall-Industriji Ewlenin’.” |
|
(94) |
Minbarra diversi politiki provinċjali, l-applikant ibbaża ruħu fuq għadd ta’ miżuri oħra fosthom:
|
|
(95) |
Fir-rigward tal-industriji downstream, l-applikazzjoni semmiet:
|
|
(96) |
Fir-rigward tal-miżuri finanzjarji, l-applikant innota b’mod partikolari li:
|
|
(97) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni tiddikjara li minbarra l-miżuri li jieħdu l-forma ta’ appoġġ finanzjarju mifrux, il-GTĊ, permezz tal-entitajiet lokali tiegħu, interferixxa fil-ġestjoni tal-kumpaniji billi ppromwova fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet. |
|
(98) |
Fl-aħħar nett, l-applikant irrefera għal politiki ta’ espansjoni globali għall-benefiċċju tal-industrija tat-tajers. Inkluż il-ħolqien ta’ swieq permezz tal-“inizjattiva ‘belt and road’”; appoġġ indirett għall-esportazzjoni bil-baħar; il-fatt li l-“inizjattiva ‘belt and road’” tiddiskrimina b’mod wiesa’ u hija essenzjalment mezz moħbi ta’ finanzjament ta’ kumpaniji Ċiniżi barra mill-pajjiż għad-detriment tal-pajjiżi parteċipanti. |
|
(99) |
Ir-raba’ nett, bħal fi kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, is-settur tal-industrija tat-tajers huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà.
|
|
(100) |
Il-ħames nett, il-kostijiet tal-pagi huma distorsivi fis-settur tal-industrija tat-tajers ukoll. |
|
(101) |
Skont l-applikant, hemm evidenza li pożizzjonijiet għolja fit-trade union huma okkupati minn personalitajiet għolja tal-Partit fl-SOEs, jew minn maniġers f’intrapriżi mhux tal-Istat, u b’hekk il-kapaċità tagħha li tirrappreżenta b’mod effiċjenti lill-ħaddiema hi purament teoretika. Huwa jsemmi wkoll li r-RPĊ ukoll għadha ma rratifikatx diversi konvenzjonijiet internazzjonali mill-aktar importanti dwar ix-xogħol u jirreferi għall-eżistenza ta’ restrizzjonijiet istituzzjonali li jipprevjenu l-iffissar liberu tal-pagi. Barra minn hekk, l-applikant iqis li l-forza tax-xogħol Ċiniża hija affettwata mill-hekk imsejħa sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi u ddikjarat li l-użu tax-xogħol furzat fir-Reġjun ta’ Xinyang jikkontribwixxi għall-eżistenza ta’ distorsjoni fuq il-pagi, peress li x’aktarx jibbenefika lill-manifatturi tat-tajers b’faċilitajiet fir-reġjun, bħall-SOE Double Coin (Xinjiang) Kunlun Engineering Tire Co., Ltd, direttament u permezz ta’ atturi upstream. |
|
(102) |
Is-sitt nett, il-produtturi tat-tajers għandhom aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jkunux qed jaġixxu b’mod indipendenti mill-istat.
|
|
(103) |
L-applikant sostna li d-distorsjonijiet imsemmija hawn fuq huma sistemiċi u ddikjara li l-GTĊ jintervjeni fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tat-tajers, u b’hekk joħloq sitwazzjoni fejn l-input, l-input ta’ dak l-input u l-bqija, huma kollha affettwati b’xi mod jew ieħor mid-distorsjonijiet tal-gvern. |
|
(104) |
Bħala konklużjoni, l-applikant argumenta li fis-settur tat-tajers hemm preżenti distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl inkludiet l-evidenza li tinsab fir-Rapport, kif ukoll fil-verżjoni aġġornata tiegħu (“Rapport aġġornat”) (22), li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. |
|
(106) |
Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka proprja tagħha dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.3.2. Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina
|
(107) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema” (23). |
|
(108) |
L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat li jiżgura l-“konsolidazzjoni u t-tkabbir” tagħha (24). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda interventi bħal dawn huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema legali kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. |
|
(109) |
Il-liġi tal-proprjetà Ċiniża hija eżempju ewlieni: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Jiġu ttollerati forom oħrajn ta’ sjieda, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (25). |
|
(110) |
Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u dawk tal-Istat. |
|
(111) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar, billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(112) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” ddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (26) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(113) |
Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali ta’ pajjiżi oħra, fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limiti tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles. |
|
(114) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (27). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(115) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(116) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu sostnuti l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(117) |
Taħt il-pjanijiet, setturi industrijali u/jew proġetti individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u huma attribwiti lilhom għanijiet speċifiċi għall-iżvilupp (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). |
|
(118) |
L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma, jeħtiġilhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont din is-sistema, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (28). |
|
(119) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (29). |
|
(120) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokkijiet, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex intenzjonati biex jimmassimizzaw il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (30). |
|
(121) |
It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet (31). |
|
(122) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ jżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (32). |
|
(123) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jħeġġu bost interventi tal-gvern. Dawn l-interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (33). |
3.3.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut sa punt sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida politika tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(124) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni jew il-gwida politika mill-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali tal-ekonomija. |
|
(125) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi prinċipalment minn kumpaniji SOE, bħal: China National Tyre & Rubber Co. Ltd (CNRC) miżmuma minn SINOCHEM (SOE taħt il-kontroll tal-SASAC) (34), Aeolus Tyres 57,5 % miżmuma minn SOE CNRC (35), u Shuangqian (Double Coin) Tire Group Co., Ltd li hija 58,57 % proprjetà tal-Istat (36). |
|
(126) |
Barra minn hekk, kumpaniji oħra għandhom grad sinifikanti ta’ sjieda tal-istat inkluż Qingdao Doublestar li hija 42,4 % proprjetà tal-Istat (37), u Guizhou Tyre Co., Ltd li hija 26,47 % proprjetà tal-Istat (38). |
|
(127) |
Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-intrapriżi tal-istat (“SOEs”), iżda wkoll f’kumpaniji privati (39), bis-CCP jiddikjara t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fil-kumpaniji effettivament tirriżulta f’li l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-gvern, meta wieħed iqis kemm kibru flimkien l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit fiċ-Ċina. |
|
(128) |
Barra minn hekk, is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern, bħall-Opinjoni ta’ Gwida tal-MIIT dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industriji tal-Kimika u tal-Petrokimika matul l-14-il FYP li fit-Taqsima II.3 tiegħu jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ “azzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-provvista tal-prodotti kimiċi. Fokus fuq industriji emerġenti strateġiċi […] u aċċellerazzjoni tal-iżvilupp ta’ […] materjali tal-lastiku u tal-plastik ta’ prestazzjoni għolja, […]. Żieda fil-proporzjon ta’ prodotti ekoloġiċi f’industriji bħal […] tajers, […]. L-intrapriżi jitħeġġu jtejbu l-kwalità tal-prodott u joħolqu u jrawmu marki”. Barra minn hekk, it-Taqsima V ta’ din l-Opinjoni ta’ Gwida tipprevedi l-bini ta’ “monitoraġġ tal-katina industrijali bbażat fuq l-internet applikabbli għal prodotti bl-ingrossa bħal fertilizzanti u tajers” (40). |
|
(129) |
L-industrija tat-tajers hija koperta wkoll minn politiki f’livelli provinċjali bħall-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-kimika li jipprovdi dan li ġej speċifikament għall-“industrija tat-tajers: Jiġu implimentati b’mod strett il-politiki tal-industrija u l-istandards tal-industrija, jiġu integrati u rtirati intrapriżi b’kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ inqas minn 1,2 miljun tajer radjali magħmulin bl-azzar biss (ħlief tajers tal-inġinerija, tajers tal-avjazzjoni, u tajers mingħajr tubu ta’ sezzjoni wiesgħa) u inqas minn 5 miljun tajer radjali magħmulin parzjalment bl-azzar (ħlief tajers run-flat, tajers tat-tlielaq ta’ livell għoli, u tajers b’sezzjoni baxxa ħafna) . […]Skont kif jiżviluppaw is-swieq ta’ livell għoli u segmentati, jiġu żviluppati prodotti ta’ livell għoli bħal sezzjoni baxxa ħafna, iċċattjar, reżistenza baxxa għad-dawrien, storbju baxx, u run-flat, jiġu estiżi r-R&Ż u l-produzzjoni ta’ tajers radjali ta’ prestazzjoni għolja bħal tajers intelliġenti, tajers tas-sikurezza, tajers b’reżistenza baxxa għad-dawrien, u tajers reżistenti ħafna għat-tkagħbir bl-użu sabiex jiżdiedu l-valur miżjud u l-ishma mis-suq tal-prodotti . Jiġu msaħħa r-ragruppamenti tal-industrija tat-tajers fil-peniżola ta’ Shandong kif ukoll fit-Tramuntana ta’ Shandong, jiġu msaħħa l-konnessjonijiet mal-faċilitajiet ta’ appoġġ tal-industrija, jiġi żviluppat il-cluster tal-industrija tal-addittivi tal-lastiku fil-Punent ta’ Shandong, u jiġi estiż ir-ragruppament tal-industrija tat-tagħmir tal-ipproċessar tal-lasktu fil-Lvant ta’ Shandong . B’mod komprensiv jiġu mtejba d-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp tan-network u l-iżvilupp intelliġenti tal-industrija tat-tajers, tiġi promossa l-kostruzzjoni ta’ fabbriki intelliġenti fl-industrija tat-tajers fil-provinċja kollha, u tinħoloiq pjattaforma tal-cloud fuq l-internet tal-industrija tal-manifattura tat-tajers . Jiġu promossi b’mod attiv il-proċessi tal-produzzjoni tat-tajers ekoloġiċi bħar-raffinar kimiku tal-lastiku u t-teknoloġija tar-radjazzjoni ta’ qabel il-vulkanizzazzjoni, jiġi mħeġġeġ l-użu sekondarju tat-tajers, jiġu promossi l-piroliżi ekoloġika u t-teknoloġija tar-riġenerazzjoni tal-iswed tal-karbonju tat-tajers skartati, u jippromwovu l-iżvilupp ċirkolari ekoloġiku tal-industrija . […] Sal-2025, il-valur tal-output tal- industrija tat-tajers se jilħaq RMB 200 biljun; se jkun hemm 8 kumpaniji tat-tajers bi dħul li jaqbeż l-RMB 10 biljun, li minnhom aktar minn 2 se jaqbżu l-RMB 20 biljun, u 1-2 kumpaniji se jidħlu fl-akbar 10 fl-industrija globali tat-tajers ” (41). |
|
(130) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni ta’ politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (42). |
|
(131) |
Pereżempju, iċ-China Rubber Industry Association (“CRIA”), li s-CNRC, Aeolus Tyres, Qingdao Doublestar, Shuangqian (double coin) Tire Group Co., Ltd, u Guizhos Tyre Co., Ltd huma membri tagħha (43), tiddikjara fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista Ċiniż. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista Ċiniż, l-Assoċjazzjoni tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista Ċiniż, twettaq l-attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. L-awtorità li tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili, u l-awtorità li tieħu ħsieb il-bini tal-Partit hija l-Kumitat tal-Partit tas-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat u l-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Istat. L-Assoċjazzjoni taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju tal-awtorità li tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, u tal-awtorità li tieħu ħsieb il-bini tal-Partit kif ukoll tad-dipartiment amministrattiv rilevanti li jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-industrija.” (44). L-Artikolu 36 isostni wkoll li l-persuni inkarigati mill-Assoċjazzjoni jeħtiġilhom jissodisfaw kundizzjonijiet bħal li “Josservaw it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż, jappoġġaw is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimentaw b’mod determinat il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jkollhom kwalitajiet politiċi tajbin” (45) . |
|
(132) |
Barra minn hekk, is-CRIA għandha 15-il fergħa u kumitat professjonali, li minnhom il-Fergħa tat-Tajers hija l-akbar fergħa tagħha. Hemm aktar minn 270 unità membru, prinċipalment manifatturi tat-tajers, u l-bqija huma istituti tar-riċerka, manifatturi tal-makkinarju tal-lastiku, kumpaniji tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-materja prima u anċillari relatati mal-produzzjoni tat-tajers. Il-fergħa tat-tajers tas-CRIA ssegwi d-dispożizzjonijiet tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni taċ-China Rubber Industry Association, tqis l-element fejn isservi l-membri bħala l-għan tagħha, taqdi r-rwol ta’ pont bejn il-gvern u l-intrapriżi, u twettaq diversi kompiti taħt it-tmexxija tal-Assoċjazzjoni Ġenerali (46). |
|
(133) |
Il-produzzjoni tat-tajers tal-kumpaniji membri tammonta għal madwar 80 % tal-produzzjoni domestika Ċiniża tat-tajers. L-assoċjazzjoni għandha 62 unità governattiva, l-unità tal-president hija Zhongce Rubber Group Co., Ltd, u l-unitajiet tal-viċi president huma Sailun Group Co., Ltd, Linglong Tire Co., Ltd, SHUANGQIAN Tire Group Co., Ltd, Triangle Tire Co., Ltd, Michelin (iċ-Ċina) Investment Co., Ltd u kumpaniji domestiċi u barranin tat-tajers oħrajn magħrufa sew (47). |
|
(134) |
L-Assoċjazzjoni nnifisha tissottolinja l-impatt tal-politiki tagħha fuq is-suq , filwaqt li tiddikjara b’mod partikolari li “[Fl-2023,] il-prezzijiet tal-materja prima ewlenija kellhom xejra ta’ tnaqqis fl-ewwel nofs tas-sena, u komplew jiżdiedu fit-tielet trimestru, li wassal għal mewġa ta’ żidiet fil-prezzijiet fl-industrija tat-tajers. Minkejja dan, fl-ewwel 10 xhur, il-profitti tal-iswed tal-karbonju, l-addittivi tal-lastiku, u l-kordi tal-azzar xorta wrew tnaqqis sinifikanti sena wara sena, li fosthom l-iswed tal-karbonju naqas b’14,99 %, l-addittivi naqsu b’7,45 %, u l-materjali bażiċi l-oħra naqsu bi 2,90 %”. L-Assoċjazzjoni tenfasizza wkoll l-impatt tal-politiki fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tat-tajers filwaqt li ssemmi li “s-suq tal-esportazzjoni barra mill-pajjiż huwa partikolarment favorevoli, u jagħmel tajjeb għad-diskrepanza fil-konsum domestiku u jsir fattur importanti biex tiġi appoġġjata ż-żieda fil-bejgħ. Skont l-istatistika taċ-China Rubber Association, minn Jannar sa Ottubru, ir-rata tal-esportazzjoni tal-industrija kienet ta’ 37,5 % (f’valur). Matul dan il-perjodu ta’ żmien, l-esportazzjonijiet tat-tajers żammew xejra għolja ta’ tkabbir, u r-rata tal-esportazzjoni (valur) baqgħet ogħla minn 50 % għal diversi xhur konsekuttivi. (…). Data statistika mill-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana turi li minn Jannar sa Novembru, l-esportazzjonijiet ġodda tat-tajers pnewmatiċi tal-lastiku ta’ pajjiżi kienu madwar 564 miljun, żieda ta’ 11,4 %; il-volum tal-esportazzjoni kien ta’ madwar 7,86 miljun tunnellata, żieda ta’ 16,8 %; il-valur tal-kummerċ tal-esportazzjoni kien ta’ RMB 137,51 biljun, żieda ta’ 20,3 %” (48). |
|
(135) |
Il-kumpaniji tat-tajers isemmu wkoll b’mod espliċitu l-influwenza tas-CCP fuq l-imġiba tagħhom. Pereżempju, Qingdao Doublestar tiddikjara fir-rapport annwali tagħha tal-2023 li: “[f]l-2023, il-kumpanija kompliet tieħu l-bini tal-Partit bħala l-gwida, l-iżvilupp ta’ kwalità għolja bħala l-għan, implimentat b’mod attiv l-istrateġija tal-“erba’ modernizzazzjonijiet ġodda” tal-ekoloġija, it-teknoloġija avvanzata, il-lokalizzazzjoni, u d-diġitalizzazzjoni, iffokat fuq iż-żewġ linji ewlenin tat-titjib tan-negozju u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja” u ssottolinjat “[k]isbiet ġodda fit-tmexxija tal-bini tal-Partit: Taderixxi mat-tmexxija tal-bini tal-Partit, tiffoka fuq ir-responsabbiltajiet ewlenin u n-negozju ewlieni, tiżviluppa u tapprofondixxi l-edukazzjoni dwar it-tema tal-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, issaħħaħ il-kostruzzjoni politika, tikkonsolida l-bini tal-Partit fil-livell taċ-ċittadini, u tagħti rwol sħiħ lir-rwol tal-kumitati tal-fergħat fil-gruppi ta’ ħidma u r-rwol tal-membri tal-Partit fuq quddiem nett” (49). Bl-istess mod, Shuangqian (double coin) Tire Group Co., Ltd issemmi li “[t]aħt it-tmexxija b’saħħitha tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija u tal-Bord tad-Diretturi, id-diriġenti u l-impjegati kollha saħħew il-fiduċja tagħhom, iffaċċjaw l-isfidi b’mod dirett, għelbu l-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tar-riċessjoni fiċ-ċiklu tal-industrija, u għamlu progress kostanti fil-produzzjoni u l-operat tal-kumpanija, filwaqt li kontinwament tejbu l-kompetittività ewlenija tagħha u aċċelleraw il-pass tal-bini ta’ intrapriża ta’ klassi dinjija.” (50) Fl-aħħar nett, Guizhou Tire Co., Ltd tqis li “[b]ħala kumpanija azzjonarja tal-Istat, il-kumpanija dejjem tosserva t-“tmexxija soda tal-Partit fuq l-intrapriżi tal-Istat”. L-Istatuti ta’ Assoċjazzjoni jikkonfermaw l-istatus legali tal-organizzazzjoni tal-Partit fil-governanza korporattiva u jintegra t-tmexxija tal-Partit fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva.” (51) |
|
(136) |
Konsegwentement, il-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat huma pprevenuti milli joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u gwida politika. |
3.3.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat fid-ditti li tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet
|
(137) |
Il-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Tabilħaqq, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(138) |
Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP f’kull kumpanija (b’mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (52)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. |
|
(139) |
Fil-passat, dan ir-rekwiżit deher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, is-CCP ilu mill-inqas mill-2016 isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (53), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u biex isegwu d-dixxiplina tal-Partit (54). |
|
(140) |
Diġà fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (55). Stimi simili ġew irrapportati fl-2022 (56). Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(141) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titlu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida ( “il-Linji Gwida” ) (57), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(142) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara li: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tgħid: “[i]rridu nkomplu nżidu r-ritmu tal-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jkattru r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (58). |
|
(143) |
L-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll koinċidenzi bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP / il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tat-tajers. Bħala eżempju, id-diversi maniġers u/jew membri tal-bord ta’ China National Tyre & Rubber Co Ltd, Qingdao Doublestar, Shuangqian (double coin) Tire Group Co., Ltd, u Guizhou Tyre Co., Ltd huma membri tas-CCP u jokkupaw pożizzjonijiet fis-segretarjat tal-Kumitat tal-Partit. (59) Dan huwa wkoll il-każ għall-President tal-Bord tad-Diretturi, il-Maniġer Ġenerali, u l-membri tal-bord ta’ Aeolus, filwaqt li huwa nnotat li membru wieħed tal-bord iservi wkoll bħala d-direttur finanzjarju ta’ China National Chemical Rubber Co., Ltd (60) |
|
(144) |
Il-preżenza u l-intervent tal-istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (61). Għalhekk il-preżenza tal-Istat f’ditti fis-settur tat-tajers u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.3.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(145) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom jeħtiġilhom jiffukaw il-gvernijiet ċentrali, provinċjali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet skont il-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. |
|
(146) |
B’mod kumplessiv, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (62). |
|
(147) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(148) |
L-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (63) għandu l-għan li jikseb avvanz fil-kategoriji ewlenin ta’ materja prima “[b]illi jiffoka fuq l-oqsma ta’ applikazzjoni ewlenin bħal […] lastiku sintetiku bijoniku” (64). Dispożizzjonijiet ulterjuri speċifiċi għall-industrija tat-tajers huma inklużi wkoll fl-Opinjoni ta’ Gwida tal-MIIT dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industriji tal-Kimika u tal-Petrokimika matul l-14-il FYP, l-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija kimika kif imsemmi fil-premessi (128) u (129) hawn fuq. |
|
(149) |
Fil-livell tal-provinċja, bl-istess mod, skont l-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Anhui dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materjali ġodda (65), l-awtoritajiet tal-gvern huma mistennija li jsawru t-tqassim industrijali tas-settur kif ġej: “[j]iffokaw fuq is-setturi tal-karozzi, tal-elettronika, tal-ferroviji ta’ veloċità għolja, tal-ajruspazju u tal-enerġija nukleari, u d-dipendenza fuq il-bażijiet industrijali ta’ Anqing, Huainan u postijiet oħra, iżidu l-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni, u jiżviluppaw b’mod vigoruż prodotti ta’ materjal tal-lastiku bi proprjetajiet u proċessi speċjali bħar-reżistenza għal temperatura għolja u baxxa, ir-reżistenza għat-tixjiħ, ir-reżistenza għall-ablazzjoni, ir-reżistenza kimika medja, ir-reżistenza għat-temp, ir-reżistenza għall-ożonu, ir-reżistenza għall-ark, eċċ.”. Dan isemmi wkoll fil-lista ta’ prodotti ewlenin “lastiku tan-nitril idroġenat, lastiku tan-nitril bromurat, polimerizzazzjoni ta’ soluzzjoni tal-lastiku styrene-butadiene, lastiku isopren u l-monomeri tiegħu, lastiku tal-akrilat, lastiku speċjali li fih il-fluworu, lastiku tal-fluworosilikon, lastiku tas-silikon iżolanti bl-elettriku” u fil-lista ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji “Teknoloġija tal-idroġenizzazzjoni tal-lastiku tan-nitril, tan-nitrat tal-karboksil, teknoloġija ta’ preparazzjoni tal-lastiku tan-nitril karbossiliku, teknoloġija funzjonali tal-produzzjoni tal-SSBR, teknoloġija ta’ ffrankar tal-enerġija tal-proċess ta’ tnixxif tal-lastiku sintetiku, teknoloġija tal-konċentrazzjoni tal-polimerizzazzjoni tal-emulsjoni, teknoloġija ta’ sostituzzjoni tal-addittivi li ma tagħmilx ħsara lill-ambjenti, eċċ.” (66). |
|
(150) |
Bl-istess mod, l-14-il FYP tal-provinċja ta’ Gansu dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (67) jinkludi taqsima dwar “l-industrija tal-kimika fina” li tipprevedi li “[s]al-2025, il-valur tal-output industrijali totali tal-industrija se jfittex li jilħaq 50 biljun yuan” u li fil-qasam tal-Lastiku sintetiku, l-objettiv huwa li “[t]iddependi fuq intrapriżi ewlenin, [biex] jiżviluppaw b’mod vigoruż addittivi tal-lastiku li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, aċċelleratur tal-lastiku tas-serje CBS/MBS, disulfur tal-karbonju, kubrit insolubbli, iswed tal-karbonju ta’ kwalità għolja u prodotti oħra ” u għal materjali petrokimiċi ġodda avvanzati “[t]iddependi fuq intrapriżi ewlenin, [biex] itejbu l-livell u l-kapaċità tal-Provinċja ta’ Gansu fi plastiks tal-inġinerija speċjali, lastiku sintetiku speċjali , [eċċ.]” u li “[j]iżviluppaw b’mod rigoruż materjali strateġiċi ġodda ewlenin”. Fil-qasam tal-petrokimiċi, “jiġu żviluppati plastiks tal-inġinerija, lastiku sintetiku speċjali , fibri speċjali, materjali bijodegradabbli ta’ prestazzjoni għolja u materjali komposti ta’ prestazzjoni għolja”. |
|
(151) |
L-14-il FYP tal-provinċja ta’ Gansu jsemmi wkoll fil-lista tiegħu ta’ proġetti ewlenin il-Kumpanija Petrokimika ta’ PetroChina Lanzhou u l-bini ta’ unità ġdida ta’ 35 000 tunnellata/sena tal-lastiku speċjali tan-nitril, li prinċipalment tinkludi unità ta’ preparazzjoni kimika, unità ta’ polimerizzazzjoni, unità għall-irkupru tal-monomeru, ħżin tad-demel likwidu, unità ta’ taħlit u unità tat-tnixxif u l-imballaġġ tal-koagulazzjoni, eċċ., għal investiment totali ta’ aktar minn CNY 84 miljun (68). |
|
(152) |
L-14-il FYP tal-provinċja ta’ Jiangxi dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-petrokimika (69) jiddikjara li “[Aħna se…] nespandu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ […] prodotti organosiliċi bħaż-żejt tas-siliċju, il-lastiku tas-siliċju , (…) u l-iswed tal-karbonju abjad . Aħna se insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ materjali kimiċi ġodda, u niżviluppaw b’mod vigoruż materjali ġodda mill-aktar avvanzati bħal- lastiku speċjali (…)”. Fir-rigward tal-lastiku speċjali, dan jipprevedi wkoll li l-gvern se “jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjoni tal-gomma styrene-butadiene (SSBR, solution styrene butadiene rubber), lastiku idroġenat tan-nitril, lastiku aloġenat tal-butil, elastomeri termoplastiċi tal-istiren idroġenat (HSBCs, hydrogenated styrene thermoplastic elastomers), lastiku isopren (IR, isoprene rubber), vulkaniżat termoplastiku, lastiku tal-etilen-propilen (EPR, ethylene propylene rubber), eċċ.”. |
|
(153) |
Fl-aħħar nett, l-14-il FYP tal-provinċja ta’ Jilin dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-petrokimika (70) jipprevedi li l-gvern se “jippromwovi bis-sħiħ l-iżvilupp tal-industrija tal-materjali kimiċi ġodda bħall-inġinerija tal-plastik, il- lastiku sintetiku speċjali , u l-fibri ta’ prestazzjoni għolja, jespandi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ materjali kimiċi ġodda fl-oqsma tal-karozzi , it-trasport bil-ferrovija, l-ajruspazju, eċċ., u jirrealizza l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tas-sistema tal-industrija tal-petrokimika fil-provinċja tagħna” u “[j]saħħaħ il-prodotti tal-għaxar pilastri, l-iepolietilen, l-ABS, l-akrilonitril, il-metakrilat tal-metil, il-fenol/aċeton, il-benżen, il-butil ottanoat, l-ossidu tal-etilen, il- lastiku tal-propilen tal-etilen , u l-etanol tal-fjuwil, l-irfinar tal-fibra tal-karbonju speċjali, il-poliisobutilen attiv ħafna, il- materjali speċjali tal-lastiku u tal-plastik u prodotti speċjalizzati oħra, (…) u jifforma tliet setturi kompetittivi ewlenin ta’“ reżina sintetika, lastiku sintetiku u materja prima kimika organika bażika ”, itejjeb il-kompetittività u l-momentum tal-iżvilupp endoġenu tal-industrija tal-petrokimika, u jgħin biex jiġu kkultivati ragruppamenti ta’ prodotti kompetittivi u ktajjen ta’ prodotti speċifiċi”. |
|
(154) |
Ir-rapport annwali tal-kumpaniji ewlenin tat-tajers isemmi wkoll l-eżistenza ta’ sussidji jew appoġġ governattivi. Pereżempju, ir-rapport annwali ta’ Aeolus tyres isostni li l-kumpanija bbenefikat minn CNY 9,4 miljun f’sussidji governattivi fl-2023, u 11-il miljun fl-2022 (71). Qingdao bbenefikat minn sussidji governattivi ta’ CNY 105,6 miljun fl-2023, u 625 miljun fl-2022 (72). Shuangqian (Double Coin) Tire Group Co., Ltd irrapportat CNY 163 miljun fl-2023 u CNY 760,8 miljun fl-2022 (73). Fl-aħħar nett, ir-rapport annwali ta’ Guizhou Tyre Co., Ltd juri li l-kumpanija rċeviet sussidji tal-Gvern relatati ma’ operazzjonijiet kummerċjali ta’ CNY 25,2 miljun fl-2023 u 19,8 miljun fl-2022 (74). |
|
(155) |
Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream. |
|
(156) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi ta’ politika pubblika li jirrigwardaw is-settur. Miżuri bħal dawn jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.3.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà
|
(157) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju li tissalda l-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li hu msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali fuq prinċipji li huma simili għal dawk applikati fil-liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra barra ċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hi kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(158) |
L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ notorjament baxx fir-rigward tad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-iffajljar tal-fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (75). |
|
(159) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina (76). L-art kollha hija proprjetà tal-istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (77). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (78). |
|
(160) |
Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji rigward il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma kompletament applikabbli anki fis-settur tal-industrija tat-tajers. L-investigazzjoni attwali ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(161) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.3.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni
|
(162) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mfixkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (79). |
|
(163) |
Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni tat-trade unions waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (80). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(164) |
Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (81). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(165) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tat-tajers ma huwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed isir il-prodott ikkonċernat jew il-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina). |
3.3.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(166) |
L-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(167) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (82), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzjament, jieħdu inkunsiderazzjoni kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek għadhom konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla diriġenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (83) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(168) |
Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (84). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza kbira, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(169) |
Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet globali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (85). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (86). |
|
(170) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal varjetà ta’ raġunijiet inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju hija influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (87). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi magħżulin mill-gvern bħala li għandhom jiġu inkoraġġuti jew inkella bħala importanti (88). Dan jirriżulta fi preġudizzju favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(171) |
It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi mħaddma fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali. |
|
(172) |
It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem tas-self bir-rata normattiva jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa tmiem l-2018 (89). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li titbaxxa r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self” (90). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(173) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, u l-GTĊ għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (pereżempju permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema kumplessiva tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(174) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(175) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza fl-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(176) |
Fil-fatt, ir-rapport annwali u s-sorsi disponibbli għall-pubbliku juru li l-kumpaniji ewlenin attivi fis-settur tal-industrija tat-tajers irċevew appoġġ mill-banek politiċi. Pereżempju, is-sorsi pubbliċi semmew li l-“il-Fergħa ta’ Henan tal-Export-Import Bank of China implimentat b’mod attiv il-kunċett il-ġdid ta’ żvilupp, imxiet mar-responsabbiltà u l-missjoni tas-servizzi finanzjarji għall-ekonomija reali, u pprovdiet kreditu ta’ 1 biljun yuan u self ta’ RMB 300 miljun lil Aeolus Tire Co., Ltd (minn hawn ’il quddiem “Aeolus Tire”) biex tgħin lill-kumpanija tiżviluppa n-negozju tagħha orjentat lejn l-esportazzjoni u tkompli ttejjeb il-kompetittività tas-suq internazzjonali tagħha ” (91). Bl-istess mod, il-media rrapportat li “[f]it-12 ta’ Awwissu, id-Doublestar Group u l-Industrial and Commercial Bank of China tal-Fergħa ta’ Qingdao organizzaw ċerimonja ta’ iffirmar ta’ kooperazzjoni strateġika fid-Doublestar Global Model and Market Innovation Center, u b’hekk ħadu il-mudell ta’ kooperazzjoni bejn il-banek u l-intrapriżi ta’ “kożvilupp u kotkabbir” għal livell ġdid. Chai Yongsen, Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u President tad-Doublestar Group, Zhang Junhua, Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u President, Cai Qian, Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u President tal-Industrial and Commercial Bank of China tal-Fergħa ta’ Qingdao, Li Xia, Membru tal-Kumitat tal-Partit u Viċi President, u mexxejja oħra attendew iċ-ċerimonja” u li “Fergħa ta’ Qingdao tal-ICBC se tkompli tipprovdi servizzi finanzjarji tajbin, żieda fl-iskala tal-kreditu u tas-self għad-Doublestar Group, u appoġġ sħiħ għall-iżvilupp rapidu tad-Doublestar Group”, jew li “[l]-iżvilupp tad-Doublestar huwa inseparabbli mill-appoġġ qawwi tal-ICBC” (92). Ġew irrapportati wkoll rabtiet b’saħħithom mal-Bank of Communications u l-Bank of China b’artikli li jiddikjaraw li “Il-Fergħa ta’ Qingdao tal-Bank of Communications se tieħu lid-Doublestar Group bħala klijent ewlieni, u fir-rigward tal-iżvilupp futur tad-Doublestar Group, tipprovdi appoġġ qawwi fl-investiment u l-linji ta’ kreditu ta’ finanzjament, proġetti ta’ aġġornament tal-kapaċità tal-manifattura avvanzata barra mill-pajjiż ta’ Kumho Tire, tgħin lit-“tielet intraprenditorija” tad-Doublestar, u tappoġġa lid-Doublestar biex issir intrapriża ta’ klassi dinjija b’teknoloġija avvanzata, diġitalizzazzjoni u responsabbiltà soċjali malajr kemm jista’ jkun” u li “Yu Qun, segretarju tal-Kumitat tal-Partit u president ta’ kreditu tal-Fergħa ta’ Qingdao tal-Bank of China, qal li se jappoġġa bis-sħiħ l-iżvilupp tal-ekonomija reali fi Qingdao u jżid l-iskala ta’ kreditu u self tad-Doublestar Group biex jappoġġa l-iżvilupp rapidu tiegħu. Wara l-iffirmar, iż-żewġ partijiet se jkomplu jespandu l-kooperazzjoni kummerċjali tagħhom, billi jibdew mill-ħtiġijiet ġenerali tal-iżvilupp futur tad-Doublestar, biex jiksbu żvilupp u tkabbir komuni, irawmu b’mod konġunt kisbiet ġodda fl-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozju rispettiv tagħhom, u jiksbu sitwazzjoni ta’ “vantaġġ għal kulħadd” ta’ promozzjoni reċiproka bejn il-banek u l-intrapriżi” (93). |
3.3.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(177) |
Il-Kummissjoni nnutat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport aġġornat huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiki tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport aġġornat japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport aġġornat. |
|
(178) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott ikkonċernat, ċerti inputs huma meħtieġa. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) ikunu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessi (66) sa (106). Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet tapplika b’mod ġenerali, bil-produtturi tat-tajers ikunu soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(179) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat mhux biss mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inkluż il-materja prima, tal-enerġija, l-art, il-finanzjament, tal-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat. |
|
(180) |
Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lejn l-input u l-bqija. |
|
(181) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
3.3.10. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.10.1. Kummenti ġenerali
|
(182) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(183) |
Kif spjegat fil-premessi (57) u (59), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota tal-14 ta’ Jannar 2024 u t-Tieni Nota tas-16 ta’ Lulju 2024. |
|
(184) |
Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. |
|
(185) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
|
(186) |
Abbażi tas-sottomissjonijiet inizjali li waslu mingħand il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiġbor flimkien il-materja prima abbażi tal-piż tagħha f’termini ta’ kostijiet tal-produzzjoni. Ġew definiti tliet kategoriji: il-materja prima ewlenija li tirrappreżenta b’kollox aktar minn 35 % tal-kostijiet totali, il-materja prima sekondarja li tirrappreżenta b’kollox aktar minn 10 % u l-aħħar kategorija bil-materja prima l-oħra f’termini ta’ kostijiet tal-produzzjoni. Dawn il-kategoriji mbagħad ġew eżaminati abbażi tal-bażi tad-data tal-importazzjoni tal-Global Trade Atlas (95) biex jiġi żgurat li dawn ikunu rappreżentattivi. |
|
(187) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-materja prima kinitx soġġetta għal restrizzjonijiet (abbażi tal-Inventarju tal-OECD) dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-Materja Prima Industrijali (96), il-bażi tad-data tal-Global Trade Alert (97) u l-Mappa tal-Aċċess għas-Suq (98). Ma ġiet identifikata l-ebda restrizzjoni għat-Turkija. |
3.3.10.2. L-Ewwel Nota
|
(188) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Indoneżja, lill-Malażja, lit-Tajlandja, lit-Turkija u lill-Afrika t’Isfel bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji (jiġifieri l-pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross) fejn kien magħruf li saret il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(189) |
Abbażi tas-sottomissjonijiet inizjali mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qieset li l-Brażil u t-Turkija kellhom biżżejjed importazzjonijiet għall-biċċa l-kbira tal-materja prima, u l-importazzjonijiet ġenerali ma kinux affettwati b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. |
|
(190) |
Għat-tieni kriterju, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji dettaljati disponibbli faċilment fil-Brażil u fit-Turkija: Vipal Borrachas S.A. (99) fil-Brażil, u Brisa Bridgestone Sabancı Lastik Sanayi u Ticaret AŞ (100) fit-Turkija. Vipal Borrachas huwa produttur ta’ materjali tal-wiċċ filwaqt li Bridgestone jipproduċi tajers ġodda. |
|
(191) |
Il-Kummissjoni qieset li l-għażla tal-Brażil hija aktar xierqa peress li kien hemm ukoll produzzjoni ta’ tajers ġodda għat-trakkijiet. |
|
(192) |
Il-Kummissjoni stiednet kummenti dwar ir-raġunament użat biex jinstab pajjiż rappreżentattiv fl-Ewwel Nota. |
3.3.10.3. Asserzjonijiet magħmula għal kull pajjiż rappreżentattiv potenzjali wara l-ħruġ tal-Ewwel Nota.
|
(193) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-grupp Giti, mill-grupp Hankook u mill-Koalizzjoni kontra l-importazzjonijiet inġusti tat-tajers. |
|
(194) |
Giti sostna li l-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda prova għas-suppożizzjoni li l-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi jista’ jaffettwa l-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn sorsi mhux taċ-Ċina. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-asserzjoni u qieset li l-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi fil-Malażja huwa tali li l-volum tal-importazzjonijiet ma setax jitqies bħala rappreżentattiv peress li x’aktarx li jiġi affettwat mid-distorsjonijiet, jekk id-distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku jiġu kkonfermati fid-divulgazzjoni finali. Minħabba dan ir-riskju u l-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi fit-Turkija kienu ferm aktar baxxi, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni u kkonfermat l-għażla tat-Turkija. |
Il-Brażil
|
(196) |
Giti sostna li peress li l-produttur Brażiljan propost biex tinkiseb id-data finanzjarja (SG&A u l-profitt) ma pproduċiex tajers ġodda, dan ma jistax jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. Barra minn hekk, il-produttur Brażiljan propost, ladarba titneħħa l-ekwivalenza tal-ekwità li tirriżulta mir-rapport tal-Profitt u t-Telf, irrapporta telf operazzjonali għas-sena 2022. |
|
(197) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-asserzjoni u kkonfermat li l-produttur propost irrapporta telf għas-sena 2022. Għalhekk, minbarra l-analiżi ta’ hawn fuq, li turi n-nuqqas ta’ importazzjonijiet fil-Brażil għal erba’ prodotti fit-tieni kategorija, meta jitqies il-fatt li ma kien hemm l-ebda data finanzjarja alternattiva disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil ma kienx pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
L-Indoneżja
|
(198) |
Giti sostna li jenħtieġ li l-Indoneżja ma tiġix injorata minħabba importazzjonijiet insuffiċjenti jew l-ebda importazzjoni għall-kodiċijiet SA 4001 21 , 4001 22 u 4002 80 peress li jista’ jintuża punt ta’ riferiment internazzjonali għas-sostituzzjoni tal-valuri (jiġifieri l-iskambju ta’ Prodotti Bażiċi ta’ Singapore). Giti ma spjegax għaliex l-Indoneżja tista’ tkun pajjiż rappreżentattiv potenzjali xieraq u għaliex l-iskambju ta’ Prodotti bażiċi ta’ Singapore huwa sors affidabbli ta’ data. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li din l-asserzjoni ma kinitx sostanzjata. |
|
(199) |
Il-Kummissjoni qieset li f’sitwazzjoni fejn ma kien hemm l-ebda valur affidabbli tal-importazzjoni għal ċerta materja prima (jiġifieri l-kodiċi SA 4001 22 ), hija tista’ tirreferi għal valuri miksuba minn sorsi oħra. Madankollu, f’dak il-każ partikolari l-importazzjonijiet għall-materja prima msemmija hawn fuq instabu għal pajjiżi rappreżentattivi potenzjali oħra. |
|
(200) |
Giti sostna wkoll li l-kunsiderazzjoni ta’ ċertu kodiċi SA kienet irrilevanti fil-każ tagħha peress li ma kinitx tikkonsma tali materja prima. |
|
(201) |
Il-Kummissjoni tfakkar li hija stabbiliet il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni abbażi tas-sottomissjonijiet li saru mill-gruppi kollha ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun peress li l-analiżi kellha tkun valida għalihom kollha. |
|
(202) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ data dwar l-importazzjonijiet għall-Indoneżja għall-kodiċijiet rilevanti u d-disponibbiltà ta’ data bħal din f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali oħra, il-Kummissjoni ma tistax tqis lill-Indoneżja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
Il-Malażja
|
(203) |
Giti sostna li l-Malażja ntużat bħala l-pajjiż surrogat primarju mid-DoC tal-Istati Uniti (101) għall-istess tip ta’ prodotti. Barra minn hekk, il-Malażja hija l-uniku pajjiż li għalih hemm importazzjonijiet sinifikanti bi prezzijiet rappreżentattivi għall-materja prima kollha tal-kategorija ewlenija. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-materja prima għat-tieni kategorija huma rappreżentattivi wkoll peress li huma konformi mal-prezzijiet tal-importazzjoni f’pajjiżi oħra li għalihom il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda kwistjoni rigward ir-rappreżentattività jew l-affidabbiltà. Barra minn hekk, il-Malażja ma ssofri l-ebda inflazzjoni għolja, rati ta’ żvalutazzjoni u rati tal-imgħax għoljin meta mqabbla mat-Turkija. Il-partit ippropona l-użu tad-data finanzjarja tat-Toyo Tyre Malaysia li ntużat ukoll mid-DoC tal-Istati Uniti. |
|
(204) |
Fir-rigward tal-produttur propost mill-parti, il-Kummissjoni nnotat li, abbażi tas-sit web korporattiv, Toyo Tyre Malaysia mhux qed tipproduċi tajers tat-trakkijiet (102) iżda tajers tat-trakkijiet ħfief (jiġifieri għall-SUVs u għall-vetturi 4x4) peress li l-proċediment tal-Istati Uniti msemmi ma kienx jikkonċerna t-tajers tat-trakkijiet. |
|
(205) |
Il-Kummissjoni qieset li minħabba l-volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina tal-inputs ewlenin fil-Malażja, l-importazzjonijiet ma setgħux jitqiesu rappreżentattivi peress li x’aktarx jiġu affettwati minn distorsjonijiet, jekk id-distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku jiġu kkonfermati fid-divulgazzjoni finali. |
|
(206) |
Minħabba dan ir-riskju, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
|
(207) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti tenna li l-Malażja kellha kundizzjonijiet ekonomiċi stabbli b’rata ta’ inflazzjoni baxxa ta’ 3,3 % fl-2022 u żvalutazzjoni modesta ta’ 10 % tal-munita tagħha, u b’hekk il-Malażja saret pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq. |
|
(208) |
Kif spjegat fil-premessa (222), il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiż rappreżentattiv potenzjali ma għandhiex titqies bħala fattur negattiv deċiżiv. Dan għaliex l-istabbiliment ta’ parametri referenzjarji mhuwiex affettwat direttament mis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż. L-approċċ tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi parametri referenzjarji huwa bbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni għall-materja prima, kif ukoll l-użu ta’ perċentwali għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u l-profitt, li jgħinu biex jiġu kkumpensati l-fluttwazzjonijiet interni. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-enerġija jiġu kkonvertiti f’yuan Ċiniż (CNY) bl-użu ta’ rata tal-kambju li tirrifletti l-evoluzzjoni tal-munita lokali kontra CNY. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qieset lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. L-asserzjoni ġiet injorata. |
|
(209) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti sostna li kemm Brisa Bridgestone kif ukoll Goodyear Lastikleri pproduċew primarjament tajers għal karozzi u trakkijiet ħfief, simili għall-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, l-SG&A u l-parametri referenzjarji tal-profitt proposti kienu fil-biċċa l-kbira bbażati fuq tajers tal-karozzi u tat-trakkijiet ħfief, li jwassal biex Toyo Tyre Malaysia tkun referenza xierqa. |
|
(210) |
It-tfittxija tal-Kummissjoni għal pajjiż rappreżentattiv żvelat li l-ebda pajjiż ma kellu kumpanija li pproduċiet esklużivament tajers tat-trakkijiet. Kif imsemmi fil-premessa (204), Toyo Tyre Malaysia ma pproduċietx tajers tat-trakkijiet, filwaqt li Brisa Bridgestone u Goodyear Lastikleri mmanifatturaw tajers tat-trakkijiet fil-faċilitajiet Torok tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprijoritizza lill-kumpaniji li jipproduċu tajers tat-trakkijiet meta tistabbilixxi l-parametri referenzjarji għall-SG&A u għall-profitt. Dan l-approċċ jiżgura li l-parametri referenzjarji jkunu aktar rilevanti u rappreżentattivi tal-industrija. |
It-Tajlandja
|
(211) |
Giti sostna li t-Tajlandja jenħtieġ li tkun l-aktar għażla xierqa fost dawk ikkunsidrati mill-Kummissjoni. Giti u Hankook sostnew li jenħtieġ li t-Tajlandja ma tiġix injorata minħabba importazzjonijiet insuffiċjenti jew l-ebda importazzjoni għall-kodiċijiet SA 4001 21 , 4001 22 u 4002 80 peress li punt ta’ riferiment internazzjonali jista’ jintuża biex jissostitwixxi l-valuri (jiġifieri s-suq tal-materja prima ta’ Singapore jew Statista) u li ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni fir-Regolament Bażiku li tirrikjedi l-użu tad-data tal-importazzjoni. Barra minn hekk, Giti sostna li l-kunsiderazzjoni tal-4001 21 kienet inutli fil-każ tiegħu peress li ma kkonsmax tali materja prima. L-istess parti pprovdiet lista ta’ tliet produtturi ta’ tajers tat-trakkijiet. |
|
(212) |
Il-Kummissjoni nnotat li Giti ma ssostanzjax l-asserzjoni tiegħu u ma spjegax għaliex it-Tajlandja hija l-aktar għażla xierqa għal pajjiż rappreżentattiv, u lanqas ma spjega għaliex l-iskambju ta’ Prodotti Bażiċi ta’ Singapore jew Statista (103) huma sorsi affidabbli ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar li hija stabbiliet il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni abbażi tas-sottomissjoni magħmula mill-gruppi kollha ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun peress li l-analiżi kellha tkun valida għalihom kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li f’sitwazzjoni ta’ kważi nuqqas ta’ importazzjonijiet għal wieħed mill-inputs ewlenin mill-kategorija ewlenija msemmija hawn fuq, it-Tajlandja ma tistax titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
It-Turkija
|
(213) |
Il-Koalizzjoni kontra l-importazzjonijiet inġusti sostniet li l-Kummissjoni ma qisitx li t-Turkija importat ammonti sinifikanti ta’ inputs mir-Russja. Il-flussi kummerċjali mir-Russja ġew affettwati serjament mis-sanzjonijiet wara l-invażjoni tal-Ukrajna fi Frar 2022 u volumi kbar ta’ prodotti ġew diretti mill-ġdid lejn swieq mhux tal-UE f’kundizzjonijiet kummerċjali li ma jistgħux jiżguraw li jinżammu l-kundizzjonijiet tas-suq ħieles. Għalhekk, skont il-Koalizzjoni kontra l-importazzjonijiet inġusti, it-Turkija ma tistax titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(214) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-asserzjoni u sabet li kien hemm volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet Russi fit-Turkija ta’ żewġ kodiċijiet SA tal-kategorija ewlenija (kif definit fl-Ewwel Nota: 2803 00 u 4002 19 ). Madankollu, il-parti ma pprovdietx evidenza li l-importazzjonijiet mir-Russja jistgħu jagħmlu l-importazzjonijiet fit-Turkija mhux affidabbli. Il-Kummissjoni ma osservatx evidenza ta’ xi fluttwazzjoni anormali fil-prezzijiet għall-importazzjoni mir-Russja lejn it-Turkija taż-żewġ kodiċijiet SA li ma nbiegħux bi skontijiet sinifikanti meta mqabbla mal-prezz medju tal-importazzjoni ta’ dak l-input fit-Turkija. Għaldaqstant, l-asserzjoni ġiet injorata. |
|
(215) |
Giti sostna li t-Turkija imponiet miżuri anti-dumping biex tipproteġi l-industrija tal-azzar tagħha, u b’hekk dawn il-miżuri fixklu l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-wajer tal-azzar (input għall-produzzjoni tat-tajers) u li barra minn hekk il-produtturi lokali tat-tajers gawdew minn protezzjoni sinifikanti, jiġifieri miżuri anti-dumping fuq it-tajers, li wasslu għal profitti elevati b’mod artifiċjali. Il-Kummissjoni qieset li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma kinitx immirata biex tipproteġi lill-produtturi lokali mill-kompetizzjoni iżda, għall-kuntrarju, stabbiliet mill-ġdid sitwazzjoni kompetittiva normali. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(216) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti sostna li l-Kummissjoni ma indirizzatx asserzjoni li saret wara d-divulgazzjoni tat-Tieni Nota dwar l-FOP li l-wajer tal-azzar użat fil-prodott li qed jiġi investigat huwa prodott bażiku tal-azzar li tipikament jinkiseb domestikament filwaqt li l-importazzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu prodotti ta’ speċjalità aktar milli xejriet ġenerali tas-suq. Din id-distorsjoni ġiet evidenzjata billi tqabbel il-prezz tal-esportazzjoni tat-Turkija mal-prezz tal-importazzjoni li kien bejn wieħed u ieħor nofs il-prezz tal-importazzjoni. |
|
(217) |
Giti sostna li ntuża tip speċifiku ta’ wajer tal-azzar fil-produzzjoni ta’ tajers tat-trakkijiet, iżda naqset milli tipprovdi xi evidenza biex tappoġġa din l-asserzjoni. Fin-nuqqas ta’ evidenza bħal din, il-Kummissjoni qieset l-asserzjoni bħala spekulattiva u għalhekk ma kkunsidrathiex. |
|
(218) |
Fir-rigward tat-Turkija, Hankook sostna li r-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Brisa Bridgestone kienu jinkludu sussidjarji ta’ Arvento li kienu involuti fl-iżvilupp u fil-manifattura ta’ teknoloġiji mobbli. Għalhekk, Brisa Bridgestone tqieset manifestament mhux rappreżentattiva għall-fini tal-kostruzzjoni tal-valur normali. Il-parti pproponiet l-użu ta’ Goodyear Lastikleri Turk (104) li jkun aktar xieraq minn Brisa Bridgestone peress li ma kienx hemm konsolidazzjoni ta’ tipi oħra ta’ attivitajiet. |
|
(219) |
Fir-rigward ta’ Brisa Bridgestone u Arvento, il-Kummissjoni nnotat li l-parti ma ssostanzjatx l-asserzjoni tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tal-fatturat ta’ Arvento fuq ir-rapporti finanzjarji konsolidati. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone baqgħet sors xieraq għall-istabbiliment tal-SG&A u l-perċentwali tal-profitt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset l-asserzjoni dwar Goodyear Lastikleri Turk u kkonkludiet li d-data finanzjarja ta’ dan il-produttur ta’ tajers tat-trakkijiet tista’ tkun ukoll sors għall-istabbiliment tal-SG&A u tal-perċentwali tal-profitt biex jinbena l-valur normali fit-Turkija, minbarra d-data ta’ Brisa Bridgestone. Tabilħaqq, id-data finanzjarja ta’ Goodyear Lastikleri Turk hija faċilment disponibbli u l-kontijiet tagħha jiġu vverifikati. Abbażi taż-żewġ produtturi, ir-rati medji ponderati għall-SG&A u l-profitt, espressi bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa, huma 22,0 % u 10,8 % rispettivament jistgħu jitqiesu bħala raġonevoli għal industrija bħal din. |
|
(220) |
Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(221) |
Giti u Hankook sostnew li l-kundizzjonijiet ekonomiċi (bħall-inflazzjoni għolja, l-iżvalutazzjoni tal-lira Torka, iż-żieda fir-rati ta’ self jew il-prezz tal-enerġija) jaffettwaw l-ekonomija Torka, u li l-kostijiet lavorattivi kienu affettwati minn deċiżjoni politika. Fil-fehma tagħhom dan jista’ jaffettwa l-affidabbiltà tal-ispejjeż indiretti u jimmina l-affidabbiltà tal-valur normali. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni ma kinux affettwati mill-iżvalutazzjoni tal-lira Torka, il-Kummissjoni qieset li kwalunkwe żieda se tkun riflessa minn żieda fil-kostijiet totali tal-oġġetti mibjugħa u/jew l-ispejjeż SG&A u għalhekk fit-tnaqqis tal-marġni ta’ profitt tal-produttur rappreżentattiv. Peress li l-SG&A u l-marġnijiet tal-profitt ġew espressi f’perċentwal, dan ma kellu l-ebda impatt fuq il-kalkolu tal-valur normali. Fir-rigward tal-inflazzjoni ta’ ċerti kostijiet speċifiċi, bħall-manodopera jew l-elettriku, il-Kummissjoni qieset li l-inflazzjoni rrappurtata fit-Turkija hija fil-biċċa l-kbira mmitigata mill-evoluzzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-lira Torka u r-Renminbi. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(223) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti argumenta li l-approċċ tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż SG&A naqas milli jqis l-impatt sinifikanti tal-iżvalutazzjoni tal-munita fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet, li kienu denominati f’muniti barranin. B’mod partikolari, Giti nnota li r-rekwiżit tal-Kummissjoni li tiddistingwi bejn qligħ/telf mill-kambju realizzat u dak tat-traduzzjoni ma kienx fattibbli, peress li d-data finanzjarja tal-kumpaniji Torok ma pprovdietx dan il-livell ta’ dettall. |
|
(224) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-impatt potenzjali tal-qligħ jew it-telf mill-kambju fuq il-marġni SG&A, iżda ma sabet l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li dan kien sinifikanti. Fi kwalunkwe każ, huwa ċar li kwalunkwe bidla fl-ammont totali SG&A jkollha impatt korrispondenti fuq l-ammont ta’ profitt totali, u għalhekk ma taffettwax id-determinazzjoni finali tal-marġnijiet tad-dumping. Għaldaqstant, l-asserzjoni ġiet injorata. |
L-Afrika t’Isfel
|
(225) |
Għall-Afrika t’Isfel, Giti jaqbel mal-Kummissjoni li l-Afrika t’Isfel ma tidhirx li tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba l-importazzjonijiet negliġibbli għall-fatturi kollha tal-produzzjoni. |
|
(226) |
Għalhekk, il-Kummissjoni beħsiebha tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv. |
3.3.11. It-Tieni Nota
|
(227) |
Wara d-divulgazzjoni tal-Ewwel Nota, il-grupp Hankook irreveda diversi drabi s-sottomissjoni inizjali tiegħu dwar il-fatturi tal-produzzjoni. Dan wassal biex il-Kummissjoni tirrevedi l-lista tal-kodiċijiet SA ta’ kull kategorija deskritta fil-premessa (186) u fl-analiżi inizjali tagħha. Wara reviżjoni, il-kategorija ewlenija fit-Tieni Nota kienet tirrappreżenta madwar 64 % tal-kostijiet materjali diretti, u t-tieni kategorija ta’ prodotti kienet tirrappreżenta madwar 22 % tal-kostijiet materjali diretti. |
|
(228) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti sostna li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjonijiet dwar ir-riklassifikazzjoni tal-kodiċi SA 4002 80 mill-kategorija A għall-kategorija B. |
|
(229) |
Kif imsemmi fil-premessa (227), il-lista tal-kodiċijiet SA ta’ kull kategorija ġiet riveduta wara r-reviżjoni tal-fatturi tal-produzzjoni ta’ Hankook. Il-metodoloġija użata għall-istabbiliment ta’ kull kategorija kienet ibbażata fuq il-piż ta’ kull kodiċi SA kif deskritt fil-premessa (186). Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija użata ġiet iddivulgata b’mod espliċitu lill-partijiet interessati. L-asserzjoni ġiet injorata. |
|
(230) |
Kif innutat fil-premessa (219), il-Kummissjoni rrevediet il-lista tal-kodiċijiet SA għal kull kategorija b’reazzjoni għar-reviżjoni tal-fatturi tal-produzzjoni ta’ Hankook. Din ir-reviżjoni saret skont il-metodoloġija deskritta fil-premessa (186), li hija bbażata fuq il-piż ta’ kull kodiċi SA. Il-Kummissjoni kienet żvelat b’mod espliċitu din il-metodoloġija lill-partijiet interessati, u għalhekk qieset li l-asserzjoni kienet infondata. Għaldaqstant, l-asserzjoni ġiet injorata. |
3.3.12. Asserzjonijiet li saru wara l-ħruġ tat-Tieni Nota
|
(231) |
Fil-kummenti tiegħu, il-grupp Hankook tenna l-asserzjoni tiegħu li r-rapporti finanzjarji konsolidati ma setgħux jintużaw (jekk jogħġbok irreferi għall-premessa (218)) u l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda evidenza biex tappoġġa l-kunsiderazzjoni ta’ Brisa Bridgestone bħala sors affidabbli. Għalhekk, Hankook Group qies li d-data finanzjarja ta’ Brisa Bridgestone ma kinitx ġustifikata u ma kinitx neċessarja. |
|
(232) |
Il-Kummissjoni sabet li l-grupp Hankook ma ssostanzjax l-asserzjoni tiegħu b’evidenza ġdida li l-assorbiment ta’ Arvento kellu impatt fuq il-marġni ta’ profitt ta’ Brisa Bridgestone. Meta r-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone u Goodyear Lastikleri Turk ġew ikkonsolidati, dawn waslu għal marġni ta’ profitt raġonevoli ta’ 10,8 %, u għalhekk jenħtieġ li titqies bħala l-aktar punt ta’ riferiment xieraq disponibbli. |
|
(233) |
Fil-kummenti tiegħu, il-grupp Giti tenna l-asserzjoni tiegħu li jenħtieġ li l-Malażja ma tiġix injorata peress li l-pajjiż intgħażel f’każijiet reċenti mill-Kummissjoni u d-DoC tal-Istati Uniti. Il-grupp Giti qies li l-Malażja kienet tikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv ħafna aktar xieraq peress li l-inputs ewlenin ġew importati fi kwantità suffiċjenti. Barra minn hekk, fir-rigward tal-għażla ta’ produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Grupp Giti qies li Toyo Tyre Malaysia xorta setgħet titqies xierqa, minkejja li pproduċiet biss tajers SUV. Dan kien ibbażat fuq il-fatt li l-produttur Tork, Goodyear Lastikleri Turk, ma pproduċiex esklussivament tajers tat-trakkijiet. B’mod partikolari, fl-ewwel trimestru tal-2023, it-tajers għall-karozzi ammontaw għal 85 % tal-għadd ta’ tajers mibjugħa mill-produttur esportatur fl-Unjoni. |
|
(234) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni peress li Toyo Tyre Malaysia ma pproduċiet xejn mill-prodott taħt rieżami. |
|
(235) |
Fir-rigward tat-Turkija, il-grupp Giti tenna l-asserzjonijiet tiegħu dwar l-inflazzjoni u l-iżvalutazzjoni tal-Lira Torka, li l-prezzijiet tal-elettriku jew il-kostijiet lavorattivi kienu influwenzati minn fatturi politiċi, u li t-tajers li joriġinaw minn diversi oriġini kienu soġġetti għal miżuri anti-dumping. |
|
(236) |
Peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza addizzjonali mill-grupp Giti, l-asserzjoni ġiet injorata. |
3.3.13. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(237) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
3.3.13.1. Konklużjoni
|
(238) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, u f’konformità mal-Artikolu 2 (6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset lit-Turkija bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq u r-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Brisa Bridgestone u ta’ Goodyear Lastikleri Turk bħala sors xieraq u raġonevoli għad-data finanzjarja. |
3.3.14. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(239) |
Fl-ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni faċilment disponibbli dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(240) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni sostniet li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) (a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li minn naħa waħda se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika (105) biex tistabbilixxi kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera, tal-gass naturali, tal-gass naturali likwifikat (“LNG”, liquefied natural gas ) u tal-fwar, u min-naħa l-oħra l-istatistika pprovduta mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (106) għall-istabbiliment tal-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku. L-istatistika pprovduta mill-Presidenza tal-Uffiċċju tal-Investiment tal-Presidenza tar-Repubblika tat-Turkija (107) se tintuża mill-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-kost mingħajr distorsjoni tal-ilma. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.3.14.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(242) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.3.14.2. Materja prima
|
(243) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (109). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2 ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(244) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
|
(245) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti sostna li l-Kummissjoni injorat b’mod żbaljat ix-xiri tagħha ta’ lastiku naturali meta importat u ffatturat direttament f’muniti barranin. |
|
(246) |
Il-Kummissjoni nnutat li, anki li kieku kellha tuża l-kost tax-xiri ta’ lastiku naturali meta importat u fatturat direttament f’muniti barranin, il-marġni tad-dumping jonqos biss b’madwar 2 % filwaqt li jibqa’ ferm ogħla minn de minimis, u b’hekk ma jibdilx is-sejba ġenerali ta’ kontinwazzjoni tad-dumping. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma indirizzatx aktar l-asserzjoni. |
3.3.14.3. Manodopera
|
(247) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija (110). Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju bbażat fuq l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa għall-attività ekonomika “Manifattura ta’ prodotti ta’ tajers u tubi tal-lasktu”, il-kodiċi NACE C.22 skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2 u kategorija tal-għadd ta’ persunal ta’ aktar minn 1 000 impjegat. Il-valuri ġew aġġustati ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (111) biex jirrifletti l-kostijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(248) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti sostna li l-parametru referenzjarju użat deher li kien minfuħ meta mqabbel ma’ każijiet reċenti oħra. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat l-asserzjoni u ma sabet ebda evidenza ta’ żbalji ta’ kalkolu. Ir-referenzi tal-parti għal każijiet oħra f’industriji differenti, bħal ħbula u kejbils tal-azzar, melamina, u karbur tat-tungstenu, ma pprovdewx bażi biex jiġu kkontestati l-kalkoli tal-Kummissjoni. Id-differenzi osservati f’dawn il-każijiet jistgħu jiġu attribwiti għall-karatteristiċi distinti ta’ kull industrija. L-asserzjoni ġiet injorata. |
3.3.14.4. Elettriku
|
(250) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA, Energy Market Regulatory Authority) (112) fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali li l-EMRA ordnat li jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar 2023, mingħajr il-VAT peress li l-produtturi Torok tal-prodott li qed jiġi investigat huma intitolati għar-rimborż tagħha. |
3.3.14.5. Gass naturali u gass tal-fwar
|
(251) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika. Il-Kummissjoni użat il-prezz disponibbli għat-tieni semestru tal-2021 u l-ewwel semestru tal-2022 li jikkorrispondi għall-faxxa tal-konsum ta’ 2 610 000 – 26 100 000 m3 (113). Dan il-prezz ġie aġġustat ulterjorment għall-inflazzjoni bl-użu tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (114) biex jirrifletti l-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-VAT, li hija inkluża fil-prezz ippubblikat, tnaqqset peress li l-produtturi Torok tal-prodott taħt investigazzjoni huma intitolati għar-rimborż tagħha. |
|
(252) |
Għall-gass bil-fwar, il-parametru referenzjarju ġie derivat mill-punt ta’ riferiment tal-gass naturali bl-użu ta’ proporzjon ta’ konverżjoni. B’mod speċifiku, taħt kundizzjonijiet standard, huwa stmat li jiġu kkunsmati madwar 0,421 tunnellata ta’ gass naturali biex tiġi prodotta tunnellata waħda ta’ gass bil-fwar. |
3.3.14.6. Ilma
|
(253) |
Il-Presidenza tal-Uffiċċju tal-Investiment tar-Repubblika tat-Turkija (115) ppubblikat il-kost tal-ilma għall-użu industrijali. Il-Kummissjoni użat il-prezz validu fl-2023 għar-reġjun ta’ Balikesir fejn tinsab Sisecam Elyaf, mingħajr VAT peress li l-produtturi Torok tal-prodott taħt investigazzjoni huma intitolati għar-rimborż tagħha. |
3.3.14.7. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(254) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(255) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala perċentwal mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(256) |
Għall-istabbiliment ta’ ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet u l-profitt tal-SG&A, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja faċilment disponibbli, għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-produtturi Torok Brisa Bridgestone u Goodyear Lastikleri Turk imsemmija fil-premessa (238) hawn fuq. |
|
(257) |
Fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Brisa Bridgestone u r-rapporti finanzjarji ta’ Goodyear Lastikleri, ir-rati medji ponderati għall-SG&A u l-profitt, espressi bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa, huma ta’ 22,0 % u 10,8 % rispettivament. Dawn ir-rati tqiesu raġonevoli għall-industrija tat-tajers. |
|
(258) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Giti sostna li l-Kummissjoni użat bħala marġni ta’ profitt parametru referenzjarju li jirrifletti l-profitt tal-kumpaniji tal-marka tal-livell 1, u għalhekk ma tistax tikkostitwixxi parametru referenzjarju raġonevoli għalih. |
|
(259) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (257), il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni disponibbli u stabbiliet marġni ta’ 8,1 % (espress bħala perċentwal tad-dħul totali). Għalkemm kalkolu bbażat fuq it-tliet livelli ma kienx fattibbli, il-Kummissjoni qieset li dan il-marġni kien qrib medja ponderata bejn il-livell 1 u l-livell 2 peress li Bridgestone u Goodyear ma jipproduċux biss tajers tat-trakkijiet tal-livell 1 iżda wkoll tajers tat-trakkijiet tal-livell 2 taħt ismijiet ta’ marki differenti. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li dan il-parametru referenzjarju kien raġonevoli għall-finijiet ta’ rieżami ta’ skadenza. Dan għaliex mhuwiex meħtieġ marġni eżatt f’rieżami bħal dan. Għaldaqstant, l-asserzjoni ġiet injorata. |
|
(260) |
Wara d-divulgazzjoni, Hankook tenna li r-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone ma għandhomx jintużaw għall-fini tal-kalkolu tad-dumping u li Hankook ippreżenta argumenti fi stadji differenti tal-investigazzjoni. Hankook qies li l-Kummissjoni ma indirizzatx l-argumenti tiegħu u b’hekk xekklet id-drittijiet tad-difiża ta’ Hankook minħabba li l-asserzjoni tiegħu evidentement ma ġietx ivvalutata skont l-istandard meħtieġ mill-prinċipji fundamentali ta’ amministrazzjoni tajba u soda. |
|
(261) |
Hankook sostna li r-raġunijiet invokati mill-Kummissjoni biex tiġġustifika l-użu ta’ Brisa Bridgestone huma sempliċi spekulazzjonijiet mhux appoġġati mill-evidenza u l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja l-għażla tagħha stess u milli tissodisfa l-prova standard meħtieġa biex tidentifika valur rappreżentattiv għall-ispejjeż SG&A u l-profitt kif mitlub mill-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(262) |
Il-Qorti Ġenerali reċentement ikkonfermat dan il-prinċipju peress li tenniet il-prinċipju fundamentali li l-parti li tixtieq tibbaża fuq asserzjoni għandha l-oneru tal-prova korrispondenti (116). F’dan il-każ speċifiku, peress li l-ispejjeż SG&A u l-profitti rilevanti mhumiex dawk ta’ Hankook Group, hija l-Kummissjoni li trid tagħti prova li dawn iċ-ċifri huma “xierqa”, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(6a). Għalhekk, huwa f’idejn il-Kummissjoni li tipprovdi evidenza konsistenti li l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, u l-għażla ta’– fost l-oħrajn - Brisa Bridgestone bħala produttur lokali rappreżentattiv, hija xierqa u ġġustifikata skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku — u mhux f’idejn il-partijiet interessati biex juru l-oppost. |
|
(263) |
Hankook sostna li l-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-produttur Malażjan minħabba l-fatt li kien attiv ukoll f’setturi oħra. |
|
(264) |
Hankook sostna li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tagħti prova li l-għażla tagħha ta’ produttur lokali rappreżentattiv hija xierqa skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u mhux f’idejn il-partijiet interessati li jagħtu prova tal-kuntrarju. |
|
(265) |
Iċ-ċifri konsolidati ta’ Brisa Bridgestone kienu jinvolvu varjetà ta’ prodotti differenti, inklużi xi wħud li huma sfaċċatament mhux relatati mal-investigazzjoni u għalhekk jagħmluhom mhux rappreżentattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(266) |
Hankook sostna li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex l-użu tar-rapporti finanzjarji ta’ Brisa Bridgestone kien meħtieġ. Barra minn hekk, Hankook iċċara li l-użu tar-rapporti finanzjarji tal-Goodyear Lastikleri qatt ma ġie ddubitat u għalhekk ma kienx hemm bżonn li tiżdied kumpanija oħra. |
|
(267) |
Dawn l-asserzjonijiet kellhom jiġu injorati. Il-Kummissjoni qieset li Brisa Bridgestone kienet produttur rappreżentattiv fil-pajjiż rappreżentattiv peress li (i) tipproduċi l-prodott ikkonċernat, (ii) kellha data finanzjarja disponibbli għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni u (iii) l-SG&A u l-profitt tagħha ma dehrux għoljin b’mod sproporzjonat u għalhekk tqiesu bħala xierqa. Għall-kuntrarju, Hankook ma pprovda l-ebda evidenza li l-konsolidazzjoni ta’ attivitajiet oħra fir-rapport finanzjarju ta’ Brisa Bridgeston irriżultat f’SG&A u profitt anormali. Għalhekk, billi kellha data finanzjarja disponibbli għal żewġ produtturi tal-prodott ikkonċernat fit-Turkija, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda element biex teskludi wieħed jew l-ieħor. |
|
(268) |
Fir-rigward tal-argument dwar l-esklużjoni tal-produttur Malażjan, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (234), huwa ma pproduċa bl-ebda mod il-prodott ikkonċernat, għall-kuntrarju taż-żewġ produtturi identifikati fit-Turkija. |
|
(269) |
Hankook u Giti sostnew li l-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod żbaljat l-SG&A peress li ċerti spejjeż, bħall-kostijiet tat-trasport u tal-ħżin, ma tneħħewx mill-ammont totali tal-ammonti SG&A. Barra minn hekk, Hankook u Giti sostnew li tipi oħra ta’ spejjeż għandhom jitneħħew ukoll mill-SG&A bħall-ispejjeż tal-kummissjonijiet jew l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(270) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat l-asserzjonijiet u ddeterminat li kienet meħtieġa reviżjoni għall-perċentwal tal-SG&A. Fir-rigward tal-metodoloġija applikata, il-Kummissjoni użat il-metodoloġija standard tagħha biex tistabbilixxi l-perċentwal nett tal-SG&A mill-ispejjeż tat-trasport: mid-dħul totali, il-kostijiet tal-oġġett mibjugħ u l-profitt tneħħew, imbagħad tnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport. |
|
(271) |
Abbażi tar-rapporti finanzjarji disponibbli, il-Kummissjoni neħħiet l-ispejjeż tat-trasport mill-ammont SG&A totali (kif stabbilit abbażi tal-metodoloġija deskritta hawn fuq). Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni trimestrali, il-Kummissjoni stmat l-ispejjeż tat-trasport matul il-PIR (Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami) abbażi tar-rapporti finanzjarji għal Jannar-Ġunju 2023. L-ispejjeż stmati tat-trasport ammontaw għal perċentwal tal-ammont SG&A totali. Bħala riżultat ta’ din ir-reviżjoni, il-perċentwal tal-SG&A naqas minn 22,0 % għal 18,5 % meta espress bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa (13 % meta espress bħala perċentwal tad-dħul totali). |
3.3.15. Kalkolu tal-valur normali
|
(272) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(273) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn il-proporzjonijiet ta’ konsum ipprovduti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew ivverifikati matul iż-żjara ta’ verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-proporzjonijiet tal-konsum bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.3.14. |
|
(274) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura kif deskritt fil-premessaa (255). |
|
(275) |
Il-Kummissjoni mbagħad żiedet SG&A ta’ 18,5 % u profitt ta’ 10,8 %, kif spjegat fil-premessa (271). |
3.3.15.1. Prezz tal-esportazzjoni
|
(276) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti u/jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi. |
|
(277) |
Jekk il-produtturi esportaturi jesportaw il-prodott taħt rieżami direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz fil-fatt imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(278) |
Jekk il-produtturi esportaturi jesportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u għall-profitti akkumulati. |
|
(279) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn importatur mhux relatat, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-profitt stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali għal importatur mhux relatat, jiġifieri 6,7 %. |
3.3.15.2. Tqabbil
|
(280) |
Il-Kummissjoni qabblet, għal kull tip ta’ prodott, il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. |
|
(281) |
Meta ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija fl-Unjoni, id-dazji doganali, l-iskontijiet tal-kwantità, il-kostijiet tal-kreditu u l-imposti bankarji. |
3.3.15.3. Marġnijiet tad-dumping
|
(282) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami li jkopri t-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(283) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu fil-firxa ta’ madwar 7 % u madwar 22 % għall-produtturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
|
(284) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping, jekk il-miżuri jitħassru. |
|
(285) |
L-elementi addizzjonali segwenti ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(286) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(287) |
Skont id-data pprovduta fit-talba mill-applikant, is-CRIA rrapportat output tal-produzzjoni ta’ 122,39 miljun tajer fl-2021, għal kapaċità tal-produzzjoni stmata ta’ 141,76 miljun tajer fl-istess sena, li timmarka żieda fit-tajers prodotti ta’ 2,72 miljun mis-sena preċedenti. Ir-rati tal-użu tal-kapaċità derivati minn dawn iċ-ċifri jkunu ta’ madwar 86 %. Fl-2022, kienu diġà żdiedu mill-inqas 1,5 miljun unità ta’ kapaċitajiet addizzjonali ta’ produzzjoni tat-tajers, kif irrapportat mis-CRIA. Dan ipoġġi l-kapaċità totali tal-produzzjoni tat-tajers għal madwar 143,25 miljun unità għall-2022. Jekk jittieħdu l-istess rati ta’ użu tal-kapaċità bħal tas-sena 2021, dan iwassal għal output ta’ madwar 123,67 miljun tajer prodott. Għalhekk, il-kapaċità mhux użata disponibbli fiċ-Ċina fl-2022 tammonta għal kważi 20 miljun unità, kważi ekwivalenti għall-konsum totali fis-suq tal-UE (117). |
|
(288) |
Il-produtturi Ċiniżi, f’konformità mal-politiki industrijali tal-GTĊ u tas-CCP deskritti hawn fuq, komplew iżidu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni diġà żviluppati żżejjed tagħhom mill-PI oriġinali. Investigazzjonijiet reċenti għad-difiża tal-kummerċ barrani ġew konklużi u wrew kemm hi sinifikanti l-kapaċità ta’ produzzjoni eżistenti fiċ-Ċina. L-investigazzjoni anti-dumping Brażiljana ppubblikata f’Mejju 2021 diġà enfasizzat l-eżistenza ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni sinifikanti, b’evidenza ta’ diversi investimenti fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni mill-akbar kumpaniji, li jkunu jistgħu jegħlbu l-konsum Brażiljan (118). L-investigazzjoni anti-dumping tal-Afrika t’Isfel ippubblikata f’Awwissu 2022 qieset bl-istess mod il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni sinifikanti tal-produtturi Ċiniżi li jkunu jistgħu jżidu l-produzzjoni tagħhom għad-domanda għall-esportazzjoni (119). |
4.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(289) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx probabbli li l-produtturi esportaturi mir-RPĊ jkomplu l-bejgħ għal esportazzjoni tagħhom bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u qabblithom mal-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni, biex tiddetermina jekk is-suq tal-Unjoni kienx attraenti f’termini ta’ livelli tal-prezzijiet. |
|
(290) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezzijiet matul il-PIR irrappurtat mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u sabet li għal tranżazzjonijiet komparabbli (jiġifieri fattura kummerċjali stabbilita fuq incoterms FOB) il-prezz unitarju tat-tajers tat-trakkijiet esportati lejn pajjiżi terzi kien jirrappreżenta madwar 80 % tal-prezz unitarju tagħhom fl-UE. Barra minn hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija riflessa fil-fatt li minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, il-volumi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni baqgħu madwar 30 % tal-volum tal-importazzjonijiet matul l-investigazzjoni inizjali. |
|
(291) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni kien jikkostitwixxi suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tat-tajers tat-trakkijiet kemm f’termini tal-prezzijiet kif ukoll tad-daqs tiegħu. |
4.3. Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(292) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ huma fis-seħħ fl-Armenja, fil-Botswana, fil-Brażil, fl-Eġittu, fl-Eswatini, fil-Każakistan, fir-Repubblika tal-Kirgistan, fil-Lesoto, fin-Namibja, fil-Federazzjoni Russa, fl-Afrika t’Isfel, fit-Turkija, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti tal-Amerka. (120) .. B’konsegwenza ta’ dan, dawn is-swieq ta’ pajjiżi terzi, li huma konsumaturi sinifikanti tat-tajers tat-trakkijiet, huma inqas attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dan huwa element addizzjonali li jappoġġa s-sejba li l-kapaċità tal-produzzjoni attwali tar-RPĊ x’aktarx tintemm fis-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitneħħew. |
4.3.1. Konklużjoni
|
(293) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi għoljin (meta mqabblin mad-daqs tas-suq) bi prezzijiet oġġett ta’ dumping matul il-PIR. |
|
(294) |
Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ kienet sinifikanti meta mqabbla mal-konsum fl-Unjoni (il-premessa (301)) matul il-PIR. Flimkien ma’ dan, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs u prezzijiet indikat il-probabbiltà li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu, u l-kapaċità ta’ riżerva tintuża wkoll biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(295) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ lejn l-Unjoni minħabba l-kapaċità ta’ riżerva kbira fir-RPĊ u l-livell tas-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ destinazzjonijiet oħrajn tal-esportazzjonijiet. |
|
(296) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni tad-dumping. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(297) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 400 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(298) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 18-il miljun tajer. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra totali tal-produzzjoni tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tat-Tajers u tal-Lastiku (“ETRMA”, European Tyre & Rubber Manufacturers Association), l-applikant u l-istatistika tal-Eurostat. Kif indikat fil-premessa (27), ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun finali jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili. Għalhekk, l-indikaturi mikroekonomiċi ġew eżaminati fuq il-bażi tad-data miksuba mit-tweġibiet ta’ dawk il-ħames produtturi tal-Unjoni. |
|
(299) |
Uħud mill-produtturi inklużi fil-kampjun instabu li jimportaw u jbigħu mill-ġdid il-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni mir-RPĊ. Madankollu, meta mqabbla mal-bejgħ globali tagħhom, l-importazzjonijiet jibqgħu marġinali (inqas minn 1 % tal-bejgħ globali tagħhom) u ma jaffettwawx il-kwalifika tagħhom bħala produtturi tal-Unjoni. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(300) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ETRMA u l-Eurostat. |
|
(301) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (f’oġġetti)
|
||||||||||||||||||||||
|
(302) |
Il-konsum fis-suq tal-Unjoni żdied b’11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kien hemm żieda notevoli minn 2020 għal 2022. Dan x’aktarx kien marbut mal-irkupru mill-kriżi tal-COVID u huwa spjegat mill-fatt li l-konsum tat-tajers huwa intrinsikament marbut ma’ kilometri vvjaġġati mill-flotot li, min-naħa l-oħra, jiddependi ħafna fuq l-attività ekonomika ġenerali u b’mod partikolari fuq il-volum tal-merkanzija ttrasportata bit-triq. Iż-żieda fil-konsum laħqet il-quċċata tagħha fl-2022 u naqqset ir-ritmu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
5.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(303) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-konsum tal-Unjoni fit-Tabella 1. |
|
(304) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 il-volum tal-importazzjonijiet (f’oġġetti) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(305) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-Unjoni jinsab fit-Tabella 3. |
|
(306) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 900 elf tajer fl-2020 għal madwar 1,1 miljun tajer fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi kienet partikolarment sinifikanti fl-2022 meta l-miżuri oriġinali ġew parzjalment annullati mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif deskritt fil-premessa (4). Il-volumi tal-importazzjonijiet baqgħu fl-istess livell anki matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minkejja t-tnaqqis fid-domanda. Dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 4,9 % għal 5,4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(307) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(308) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żvilupp kif ġej: Tabella 4 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/oġġett)
|
||||||||||||||||||||||
|
(309) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni (il-livelli kollha) żdiedu b’61 %. |
|
(310) |
Peress li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw b’mod predominanti tajers tal-Livell 1 u tal-Livell 2, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dettaljata dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-Livell 3, fejn id-dannu primarju seħħ matul l-investigazzjoni oriġinali, u sussegwentement ikkawża effett ta’ kaskata bil-maqlub fiż-żewġ livelli l-oħra. |
|
(311) |
Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni stmat it-twaqqigħ tal-prezz għat-totalità tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjoni. |
|
(312) |
Il-Kummissjoni għalhekk għamlet paragun bejn:
|
|
(313) |
Dan il-paragun wera li l-prezz medju Ċiniż tal-importazzjoni żbarkat (EUR 270/oġġett) kien taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (EUR 281/oġġett) u ftit biss ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (EUR 260/item). Jekk il-prezz tal-iżbark jiġi stabbilit mingħajr id-dazji anti-dumping, dan jammonta għal EUR 254/oġġett, li jwaqqa’ b’mod sinifikanti l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jkun ukoll taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(314) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu aktar baxxi mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(315) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook sostna li l-Kummissjoni kienet bidlet b’mod skorrett il-metodoloġija tagħha tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali. Hankook sostna li minflok ma stmat it-twaqqigħ tal-prezz għat-totalità tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni missha wettqet analiżi fuq il-bażi ta’ tip b’tip jew livell b’livell. Fil-verżjoni sensittiva tas-sottomissjoni tagħha Hankook ressaq ukoll data dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu u ddikjara li bl-użu ta’ din id-data, il-Kummissjoni setgħet tiddeduċi l-prezzijiet tal-importazzjoni għal-livelli kollha u twettaq analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz livell b’livell. |
|
(316) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. L-ewwel nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li joperaw fil-livell 3 u kif iddikjarat fil-premessa (310), il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dettaljata dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi speċjalment fil-livell 3 u ma setgħetx twettaq analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz livell b’livell. Għalhekk, kien hemm bidla fid-data sottostanti disponibbli għall-Kummissjoni. It-tieni nett, id-data mressqa minn Hankook dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu stess ma kinitx biżżejjed biex titwettaq analiżi ulterjuri tat-twaqqigħ tal-prezz. Anki skont din id-data, jibqa’ li hemm operaturi oħra fil-livelli 1, 2 u 3 li dwarhom ma hemm l-ebda informazzjoni dettaljata disponibbli u, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni Hankook, din id-data mhijiex biżżejjed biex iġġib aktar informazzjoni dwar it-twaqqigħ tal-prezz fil-livell ta’ livell b’livell jew biex tinvalida xi wieħed mir-riżultati tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz li saret mill-Kummissjoni. Għalhekk, din l-asserzjoni hi miċħuda. |
5.4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina
|
(317) |
L-importazzjonijiet ta’ tajers minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina kienu prinċipalment mit-Tajlandja, mit-Turkija u mill-Vjetnam. |
|
(318) |
Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet tat-tajers minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(319) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’madwar 2 miljun oġġett, jiġifieri b’41 %. Dan huwa aktar mgħaġġel mill-progressjoni tal-konsum tal-Unjoni u rriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq minn 26,5 % għal 33,5 %. |
|
(320) |
Iż-żieda ewlenija seħħet mill-importazzjonijiet mit-Tajlandja (856 elf oġġett), mit-Turkija (590 elf oġġett) u mill-Vjetnam (486 elf oġġett). Għal pajjiżi terzi oħra ż-żieda kienet biss modesta (53 elf oġġett). |
|
(321) |
Il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, speċjalment mit-Tajlandja u l-Vjetnam, kien ferm taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
5.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(322) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(323) |
Kif imsemmi fil-premessi (15) sa (17), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(324) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-talba għal rieżami, l-istatistika tal-Eurostat u s-sottomissjonijiet mill-ETRMA. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(325) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(326) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(327) |
L-investigazzjoni oriġinali wettqet analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi aggregata u, f’ċerti indikaturi mikroekonomiċi, anki fil-grad tal-livelli, minħabba s-segmentazzjoni tas-suq tal-Unjoni. Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fuq bażi aggregata. |
|
(328) |
Il-Kummissjoni wettqet ukoll l-analiżi ta’ ċerti indikaturi fil-livell. Kif muri fil-premessi (370) sa (377), din l-analiżi tikkonferma li x-xejriet għall-prodott ikkonċernat ikkunsidrat fl-intier tiegħu b’mod ġenerali jikkorrispondu għal dawk għal-livelli kkunsidrati separatament. |
|
(329) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni pponderat ir-riżultati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun f’konformità mas-sehem tagħhom fil-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni biex tiżgura li l-SMEs kienu rrappreżentati skont is-sehem tagħhom fil-bejgħ totali tal-Unjoni fil-mikroindikaturi kollha. Peress li l-SMEs huma attivi biss fis-segment tal-livell 3, dan l-aġġustament kellu bħala konsegwenza diretta li s-sehem tal-bejgħ tal-livell 3 jiżdied fis-sett ta’ data li joriġina mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(330) |
Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni qieset li l-ponderazzjoni oriġinali ma kinitx meħtieġa sabiex issir valutazzjoni oġġettiva tal-istat tal-industrija tal-Unjoni fil-kuntest tar-rieżami ta’ skadenza. Tabilħaqq, l-investigazzjoni sabet li l-istampa tad-dannu tal-SMEs li joperaw biss fil-Livell 3 kienet saħansitra agħar mill-istampa tad-dannu tal-Livell 3 b’mod ġenerali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li, anki mingħajr ponderazzjoni tad-data tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu fil-livelli kollha (ara l-premessi (370) sa (377)). Għalhekk, loġikament, kwalunkwe ponderazzjoni żżid biss ix-xejriet negattivi osservati bħalissa fl-istampa ġenerali tad-dannu. |
5.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(331) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(332) |
Flimkien mat-tkabbir tas-suq u l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, il-volumi tal-produzzjoni żdiedu mill-2020 sal-2021. Wara dan, il-produzzjoni naqset fl-2022 u naqset saħansitra aktar fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni kien attribwibbli għat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, li min-naħa tiegħu kien marbut mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u rriżulta fit-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni reġgħu lura għall-istess livell bħal fl-2020. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tadatta l-kapaċità tagħha għall-bidliet fil-volumi tal-produzzjoni, u b’hekk taffiet il-fluttwazzjonijiet tar-rata tal-użu tal-kapaċità - li saħansitra tjiebet ftit (b’3 %) matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(333) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(334) |
Fis-suq li qed jikber, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu mill-2020 sal-2021. Matul l-2022, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu minkejja t-tkabbir tas-suq u komplew jonqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġgħu lura għall-istess livell bħall-2020. Minħabba li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni waqa’ lura meta mqabbel maż-żieda tas-suq fl-2022 u ddeterjora aktar malajr mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem mis-suq naqas minn 69 % għal 61 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(335) |
Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-grupp Hankook sostna li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq tagħha baqgħu essenzjalment stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li t-tnaqqis żgħir mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jista’ jiġi spjegat mit-tnaqqis fil-konsum. |
|
(336) |
Is-sejbiet tal-investigazzjoni ma jappoġġawx din l-asserzjoni. Għalkemm il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2020, kien hemm tnaqqis importanti (13 %) mill-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 69 % għal 61 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(337) |
Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
5.5.2.3. Tkabbir
|
(338) |
Il-konsum tal-Unjoni l-ewwel żdied mill-2020 sat-2022 f’konformità maż-żieda fl-attività ekonomika wara l-COVID. Iż-żieda fil-konsum laħqet il-quċċata tagħha fl-2022 u naqqset ir-ritmu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li rriżulta f’żieda ġenerali ta’ 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huwa biss matul l-2021 li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni seta’ jsegwi x-xejra pożittiva tas-suq. Fl-2022, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma żdiedx bl-istess pass bħas-suq u ddeterjora aktar malajr mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (minn 69 % għal 61 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(339) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(340) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet aktar minn 2 700 impjieg dirett. Meta l-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu mill-2020 sal-2021, l-impjiegi żdiedu wkoll. Madankollu, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi wkoll ittejjeb il-produttività tagħha, l-impjiegi ma żdidux bl-istess rata bħall-volumi tal-produzzjoni. It-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni mill-2021 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami rriżulta fi tnaqqis fl-impjiegi kif ukoll f’xi telf ta’ produttività. |
5.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(341) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-marġnijiet individwali tad-dumping li nstabu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu għadhom sostanzjali (ara l-premessa (283) hawn fuq). |
|
(342) |
Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping miċ-Ċina, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, din is-sitwazzjoni pożittiva treġġgħet lura fl-2022 meta s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni reġgħet marret għall-agħar. |
5.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(343) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(344) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ tat-tajers lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni żdiedu b’25 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mill-2020 sal-2021 iż-żieda fil-prezzijiet kienet tikkoinċidi ma’ żieda fid-domanda. F’din is-sitwazzjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha aktar (b’7 %) mill-kost tal-produzzjoni li żdied (b’4 %). |
|
(345) |
Din is-sitwazzjoni favorevoli nbidlet fl-2022, u warajha l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet għall-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Għalkemm il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bi 18-il punt perċentwali bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma kinux konformi maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
|
(346) |
B’mod ġenerali, il-kost tal-produzzjoni żdied b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-aktar żieda sinifikanti seħħet mill-2021 sal-2022 meta l-kost tal-produzzjoni żdied b’30 %. |
|
(347) |
L-indikaturi ewlenin tad-dannu ġew analizzati wkoll għat-tliet livelli. |
|
(348) |
Fil-livell 1, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’EUR 55 filwaqt li l-kostijiet unitarji żdiedu b’EUR 75 matul l-istess perjodu. Il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’24 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 10 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett) – Livell 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(349) |
Fil-livell 2, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’EUR 60 filwaqt li l-kostijiet unitarji żdiedu b’EUR 68 matul l-istess perjodu. Il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’29 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 11 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett) – Livell 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(350) |
Fil-livell 3, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’EUR 40 filwaqt li l-kostijiet unitarji żdiedu b’EUR 58 matul l-istess perjodu. Il-prezz medju tal-bejgħ żdied b’24 % filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’34 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 12 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/oġġett) – Livell 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
5.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(351) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(352) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’9 % mill-2020 sal-2021 u mbagħad b’20 % mill-2021 sal-2022, u baqa’ fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.5.3.3. Inventarji
|
(353) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14 Inventarji
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(354) |
Meta mqabbel mal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq baqa’ fl-istess livell mill-2020 sal-2022 (li huwa 14 % – 16 % tal-volum tal-produzzjoni). Ġiet osservata żieda (għal 21 % tal-volum tal-produzzjoni) meta l-istokk tal-għeluq fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (it-30 ta’ Ġunju 2023) jiġi mqabbel mal-livelli tal-istokk fi tmiem is-sena fl-2020–2022. Madankollu, din iż-żieda hija fil-biċċa l-kbira spjegata mill-istaġjonalità. Volumi ogħla ta’ tajers jinbiegħu matul it-tieni nofs tas-sena meta mqabbla mal-ewwel nofs, filwaqt li l-produzzjoni hija inqas staġjonali. Minħabba din l-istaġjonalità, il-volumi tal-istokkijiet normalment ikunu ogħla fl-aħħar ta’ Ġunju meta mqabbla ma’ tmiem Diċembru. Għalhekk, bħala tali, iż-żieda apparenti tal-livelli tal-istokkijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami mhijiex indikattiva tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni. |
5.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(355) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 15 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(356) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(357) |
Il-profittabbiltà ġenerali l-ewwel tjiebet mill-2020 sal-2021 meta d-domanda tat-tajers żdiedet wara l-irkupru tat-trasport bit-triq mill-kriżi tal-COVID u meta l-importazzjonijiet ġenerali kienu għadhom ma żdidux bl-istess mod bħal wara. Kif spjegat fil-premessa (344), l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-2021 aktar miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni li kkontribwiet għal żieda fil-marġnijiet ta’ profitt minn 7,9 % għal 13,4 %. |
|
(358) |
Is-sitwazzjoni nbidlet fl-2022, meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żidiet fil-kostijiet. B’konsegwenza ta’ dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset għal livelli baxxi (1,8 % fl-2022 u 1,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). |
|
(359) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett kienet qed tonqos matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Din kienet influwenzata minn żewġ fatturi ewlenin. Minn naħa waħda, il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kkontribwiet b’mod pożittiv għall-fluss tal-flus fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din il-kontribuzzjoni ġiet prattikament eżawrita wara t-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2022. Min-naħa l-oħra, iż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni u l-livelli tal-istokk tal-għeluq assorbiet il-kapital operatorju u għalhekk diġà kellha impatt negattiv fuq il-fluss tal-flus mill-2021. B’mod ġenerali, il-fluss tal-flus naqas minn EUR 96 miljun pożittivi għal EUR 95 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(360) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-investimenti żdiedu minn EUR 50 miljun għal EUR 66 miljun, jiġifieri b’32 %. B’mod ġenerali, il-livell tagħhom baqa’ taħt l-10 % tal-fatturat totali matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(361) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. L-ewwel żdied minn –2,1 % għal 3,9 % mill-2020 sal-2021, f’konformità mal-profittabbiltà mtejba. Minn hemm ’il quddiem, meta l-profittabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat, ir-redditu tal-investimenti naqas għal –15,2 % fl-2022 u għal –16,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(362) |
L-industrija tal-Unjoni hija frammentata bejn gruppi kbar ta’ kumpaniji multinazzjonali u aktar minn 400 SME madwar l-Unjoni u eteroġenja fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jiġġneraw il-kapital. |
|
(363) |
Saret analiżi separata dwar l-istess metodoloġija kif deskritta għall-profittabbiltà fit-tliet livelli. |
|
(364) |
L-iżvilupp tal-profittabbiltà fil-livell 1 matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien simili għall-fluttwazzjoni tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kkunsidrata kollha kemm hi. L-ewwel tjieb mill-2020 sal-2021 u mbagħad naqas għal livelli baxxi (1,9 % fl-2022 u 1,3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). |
|
(365) |
Fil-livell 1, il-fluss tal-flus nett naqas minn EUR 85 miljun pożittivi għal EUR 56 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu tal-investiment l-ewwel żdied minn 1,1 % għal 7,6 % u mbagħad naqas għal –14,0 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 16 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(366) |
L-iżvilupp tal-profittabbiltà fil-livell 2 matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-ewwel tjieb mill-2020 sal-2021, imbagħad naqas għal 3,5 % fl-2022 u kompla għal 2,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(367) |
Fil-livell 2, il-fluss tal-flus nett naqas minn EUR 5,5 miljun pożittivi għal EUR 34,5 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu fuq l-investiment naqas minn 15,8 % fl-2020 għal –28,0 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 17 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 2
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(368) |
Il-livell 3 ma kienx profittabbli matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sitwazzjoni marret għall-agħar u l-profittabbiltà negattiva ta’ –1,6 % fl-2020 naqset għal –3,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Is-sitwazzjoni kienet saħansitra agħar għall-SMEs li joperaw fil-livell 3 li għalihom il-profittabbiltà varjat bejn 4,6 % u –7,0 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-“titjib” żgħir bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami wera s-suċċess limitat tal-isforzi tal-industrija biex tadatta għas-sitwazzjoni diffiċli. |
|
(369) |
Fil-livell 3, il-fluss tal-flus nett naqas minn EUR 5,3 miljun pożittivi għal EUR 4,2 miljun negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ir-redditu tal-investiment kien negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqas minn –5,9 % għal –20,0 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 18 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 3
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(370) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi wriet irkupru minn dumping tal-passat matul l-2021. Bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kien hemm treġġigħ lura ta’ dan l-irkupru. |
|
(371) |
Dan huwa partikolarment evidenti fit-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, fit-telf tas-sehem mis-suq u fl-inabbiltà li jiżdiedu l-prezzijiet f’konformità maż-żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, l-indikaturi relatati mal-profittabbiltà, bħall-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, iddeterjoraw ukoll. Dan ġie osservat b’mod speċjali fost il-produtturi tal-livell 3, li huma partikolarment esposti għall-pressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet bi prezz baxx, li min-naħa l-oħra jaffettwa b’mod negattiv il-livelli ogħla permezz tal-effett kaskata bil-maqlub deskritt fl-investigazzjoni oriġinali (121). |
|
(372) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
6. KAWŻALITÀ
|
(373) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq tagħha għall-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, b’mod partikolari t-Tajlandja, il-Vjetnam, it-Turkija u anki ċ-Ċina. |
|
(374) |
Id-deterjorament tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien parzjalment attribwibbli għaż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament parzjali tad-dazji anti-dumping u aktar importanti minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra bi prezzijiet baxxi. L-importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi għamluha diffiċli għall-industrija tal-Unjoni biex iżżid il-prezzijiet tagħha u żżomm is-sehem mis-suq tagħha fl-ambjent ta’ żieda fil-kostijiet. |
|
(375) |
Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, il-prezzijiet tal-materjali tal-input u tal-enerġija żdiedu b’mod konsiderevoli u dan irriżulta f’żieda rapida fil-kost tal-produzzjoni. Fl-istess ħin, il-volumi tal-importazzjoni żdiedu u mill-2022 l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet għall-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Għalkemm il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bi 18 % bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma kinux biżżejjed biex jikkumpensaw għaż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
|
(376) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-sitwazzjoni dannuża li tinsab fiha l-industrija tal-Unjoni ġejja fi żmien meta seħħew fatturi oħra bħal żidiet sinifikanti fil-kostijiet u żieda sostanzjali ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi oħra, speċjalment mit-Tajlandja, mill-Vjetnam u mit-Turkija. Kif muri fil-premessi (317) sa (321) hawn fuq, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja u mill-Vjetnam żdiedu b’mod sostanzjali u l-livelli tal-prezzijiet tagħhom kienu ferm taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(377) |
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkontribwew għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; madankollu, fatturi oħra b’mod partikolari ż-żieda fil-kostijiet u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, kienu kapaċi jpoġġu f’dubju r-relazzjoni ġenwina bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-effetti fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta aktar jekk id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina x’aktarx jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(378) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hankook sostna li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Hankook sostna li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma jwaqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-livell 3 u lanqas fil-livell 1. Biex jappoġġa l-asserzjoni tiegħu, Hankook ippreżenta data sensittiva dwar il-prezzijiet u l-volumi tal-esportazzjonijiet tiegħu. |
|
(379) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-asserzjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (316), id-data pprovduta minn Hankook mhijiex biżżejjed biex titwettaq analiżi ulterjuri tat-twaqqigħ tal-prezz peress li ma fihiex biżżejjed informazzjoni dwar operaturi oħra attivi fil-livelli 1, 2 u 3. Konsegwentement, din id-data ma setgħet tinvalida l-ebda wieħed mir-riżultati tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz li saret mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-premessa ta’ din l-asserzjoni, jiġifieri li ma hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell 1 jew fil-livell 3, mhijiex korretta, u għalhekk, din l-asserzjoni hi miċħuda. |
|
(380) |
Wara d-divulgazzjoni finali Hankook sostna wkoll li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi iżda minn tajers importati minn pajjiżi terzi oħra. |
|
(381) |
Kif iddikjarat fil-premessa (377), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkontribwew għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni iżda wkoll fatturi oħra, b’mod partikolari ż-żieda fil-kost u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, kienu kapaċi jpoġġu f’dubju r-relazzjoni ġenwina bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-effetti fuq l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-asserzjoni ma tinvalidax il-konklużjoni ta’ hawn fuq u għalhekk hija miċħuda. |
7. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU
|
(382) |
Il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(383) |
F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fiċ-Ċina, il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, inkluż it-twaqqigħ tal-prezz u l-livell dannuż u ż-żieda tal-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament temporanju tad-dazji anti-dumping. |
7.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(384) |
Kif stabbilit fil-premessi (286) sa (288), hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni malajr f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Kif stabbilit fil-premessa (287), il-kapaċità mhux użata disponibbli fiċ-Ċina fl-2022 tammonta għal kważi 20 miljun unità, kważi ekwivalenti għall-konsum totali fis-suq tal-UE. |
7.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(385) |
Kif stabbilit fil-premessi (289) sa (291), is-suq tal-Unjoni, li huwa t-tieni l-akbar suq fid-dinja wara l-Istati Uniti, huwa suq attraenti kemm f’termini tal-prezzijiet tiegħu kif ukoll tad-daqs tiegħu. Fl-2023, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kien ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn destinazzjonijiet ewlenin oħra, inklużi l-Istati Uniti tal-Amerka. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni baqgħu madwar 30 % tal-volum tal-importazzjonijiet matul l-investigazzjoni inizjali. |
7.3. Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi
|
(386) |
Kif stabbilit fil-premessa (292), il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott simili mir-RPĊ huma fis-seħħ fil-biċċa l-kbira tas-swieq tal-pajjiżi terzi li huma konsumaturi sinifikanti tat-tajers tat-trakkijiet. Dan jagħmel dawn is-swieq inqas attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dan huwa element addizzjonali li jappoġġa s-sejba li l-kapaċità tal-produzzjoni attwali tar-RPĊ x’aktarx tintemm fis-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitneħħew. |
7.4. Il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, inkluż it-twaqqigħ tal-prezz u l-livell dannuż.
|
(387) |
Kif muri fit-Tabella 4, il-prezzijiet tal-importazzjoni fl-Unjoni miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu ta’ EUR 218/oġġett li huwa materjalment aktar baxx mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta' EUR 281/oġġett muri fit-Tabella 9, u wkoll taħt il-kost tal-produzzjoni tagħhom ta' EUR 260/oġġett. |
|
(388) |
Għalhekk, huwa probabbli li mingħajr dazji anti-dumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi jbaxxu materjalment il-prezzijiet tal-Unjoni. |
7.5. Żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-annullament parzjali tad-dazji anti-dumping
|
(389) |
Kif muri fit-Tabella 3 u stabbilit fil-premessa (306), iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi kienet partikolarment sinifikanti fl-2022 meta l-miżuri oriġinali ġew parzjalment annullati mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(390) |
Dan jindika li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jibqgħu interessati fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet x’aktarx li jerġgħu jiżdiedu, jekk il-miżuri jitneħħew. |
|
(391) |
Fil-kummenti tiegħu mal-bidu, il-grupp Hankook sostna li x-xejriet tal-importazzjoni jindikaw li ma hemm l-ebda theddida ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu. Skont il-grupp Hankook, is-sehem mis-suq attwali tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma setax ikollu impatt sinifikanti fil-futur tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-grupp Hankook sostna li ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża ma kinitx iddedikata għas-suq tal-Unjoni iżda għal swieq oħra. |
|
(392) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Anki jekk, sa ċertu punt, id-dazji attwali jipproteġu kemxejn lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta setgħu jżidu s-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba l-livelli tal-prezzijiet Ċiniżi mingħajr dazji u l-kapaċità żejda disponibbli fiċ-Ċina, huwa probabbli li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi jiżdied sostanzjalment jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, l-asserzjoni li ż-żieda fil-kapaċità Ċiniża kienet prinċipalment diretta lejn swieq oħra matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma kinitx sostanzjata. Anki jekk korrett, il-Kummissjoni tqis li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(393) |
Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(394) |
Wara d-divulgazzjoni finali Hankook sostna li ma hemm l-ebda evidenza suffiċjenti ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, Hankook sostna li ż-żieda fl-importazzjonijiet fl-2022 ma tistax tkun marbuta mal-annullament parzjali tal-miżuri fl-2022 u mhijiex indikattiva tal-imġiba tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Hankook sostna wkoll li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell 3, li l-produtturi Ċiniżi pjuttost iridu jżidu l-profitti tagħhom milli jbaxxu l-prezzijiet tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u, minħabba li s-suq tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss 4 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, is-suq tal-Unjoni ma jistax jitqies attraenti. |
|
(395) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. L-ewwel nett, l-annullament parzjali tal-miżuri mill-Qorti Ġenerali bagħat sinjal lis-suq dwar il-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni parzjali u r-rimbors sussegwenti tad-dazji, li jagħmel l-importazzjonijiet potenzjalment aktar attraenti. It-tieni nett, kif spjegat fil-premessi (316) u (379) hawn fuq, il-premessa ta’ din l-asserzjoni li m’hemm ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell 3 mhijiex korretta. It-tielet nett, Hankook ma ppreżenta l-ebda evidenza li tappoġġa l-asserzjoni tiegħu li l-produtturi Ċiniżi pjuttost iridu jżidu l-profitti tagħhom milli jbaxxu l-prezzijiet tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Finalment, il-livell attwali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni meta d-dazji huma fis-seħħ, ma jistax jinvalida l-fatt li s-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għar-raġunijiet elenkati fil-premessi (289) - (291) u (385) hawn fuq. Għalhekk, din l-asserzjoni hi miċħuda. |
7.6. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu
|
(396) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiskadu, x’aktarx li dan jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina f’livelli ta’ prezzijiet dannużi, u għalhekk jaggrava ulterjorment is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
8. INTERESS TAL-UNJONI
|
(397) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti finali tal-Unjoni. |
8.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(398) |
Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni. |
|
(399) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli fejn ma setgħetx tgħaddi kompletament iż-żidiet fil-kostijiet għall-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u l-marġnijiet tal-profitt tagħha kienu naqsu. |
|
(400) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba li l-industrija tal-Unjoni diġà qed issofri dannu u f’każ ta’ skadenza tal-miżuri hemm probabbiltà kbira ta’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, dan iwassal għal żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u jkompli jaggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(401) |
Il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija għalhekk b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
8.2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati u tal-utenti
|
(402) |
L-ebda importatur jew utent ma kkoopera mal-investigazzjoni. |
|
(403) |
L-investigazzjoni oriġinali kkonkludiet li filwaqt li l-miżuri ma kinux fl-interess tal-importaturi li jiddependu b’mod predominanti fuq l-importazzjoni ta’ tajers irħas ħafna miċ-Ċina, huwa improbabbli li l-importaturi b’portafoll usa’ jiġu affettwati serjament mir-restawr tal-kompetizzjoni ġusta. |
|
(404) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza ġdida, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se taffettwa b’mod sinifikanti lill-importaturi jew lill-utenti. |
8.3. Interessi oħra
|
(405) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-miżuri li jipproteġu lill-manifatturi tat-tajers primjum tal-industrija tal-Unjoni li jipproduċu tajers ġodda ta’ kwalità għolja li huma ddisinjati biex ikollhom ċiklu twil ta’ ħajja u li jistgħu jingħataw wiċċ ġdid, kif ukoll lill-produtturi ta’ wċuħ ġodda attivi fis-suq tal-livell 3, huma fl-interess tal-politika tal-Unjoni biex tnaqqas l-iskart u biex timmaniġġja l-materja prima b’mod sostenibbli. Barra minn hekk, peress li ħafna mill-SMEs huma attivi fin-negozju tal-għoti ta’ wiċċ ġdid, l-impożizzjoni tal-miżuri tkun allinjata wkoll mal-objettiv importanti tal-Kummissjoni li ssostni lill-SMEs (122). |
|
(406) |
Fl-investigazzjoni oriġinali l-fornituri ta’ wċuħ ġodda kienu għamlu sottomissjonijiet li jappoġġaw l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping, u allegaw li dawn il-miżuri huma essenzjali għas-sopravivenza tal-industrija tat-tajers b’wiċċ ġdid u li jiddikjaraw li mingħajr attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ wċuħ ġodda, in-negozju tagħhom se jiġi affettwat b’mod sever. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri jkunu fl-interess tal-produtturi ta’ wċuħ ġodda. |
|
(407) |
Fin-nuqqas ta’ evidenza ġdida, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-miżuri jkunu fl-interess tal-produtturi ta’ wċuħ ġodda. |
8.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(408) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ tajers li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
9. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(409) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq it-tajers miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu. |
|
(410) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, jinħtieġu miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni ta’ dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(411) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(412) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, żieda bħal din fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(413) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(414) |
Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (123). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(415) |
Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
|
(416) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(417) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 4011 20 90 u ex 4012 12 00 (kodiċi TARIC 4012 12 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Id-dazji anti-dumping definittivi applikabbli f’EUR għal kull unità tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Iċ-Ċina |
Xingyuan Tire Group Co. Ltd; Guangrao Xinhongyuan Tyre Co., Ltd |
4,48 |
C331 |
|
Iċ-Ċina |
GITI Radial Tire (Anhui) Company Ltd.; GITI Tire (Fujian) Company Ltd.; GITI Tire (Hualin) Company Ltd.; GITI Tire (Yinchuan) Company Ltd. |
35,74 |
C332 |
|
Iċ-Ċina |
Chongqing Hankook Tire Co., Ltd; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd |
17,37 |
C334 |
|
Iċ-Ċina |
Aeolus Tyre Co., Ltd, Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd; Pirelli Tyre Co., Ltd |
0 |
C877 |
|
Iċ-Ċina |
Zhongce Rubber Group Co., Ltd |
0 |
C379 |
|
Iċ-Ċina |
Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd |
4,48 |
C875 |
|
Iċ-Ċina |
Hefei Wanli Tire Co., Ltd |
4,48 |
C876 |
|
Iċ-Ċina |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha soġġetti għall-impożizzjoni mill-ġdid skont ir-Regolament (UE) 2023/737 (124) elenkati fl-Anness I |
10,29 |
|
|
Iċ-Ċina |
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness II |
21,62 |
|
|
Iċ-Ċina |
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness III |
0 |
|
|
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
4,48 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 jew fl-Annessi I, II jew III għandha tkun kundizzjonali għall-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandu jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat(a), niċċertifika li l-(għadd ta’ oġġetti) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħin biex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea u koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jsiru soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”); |
|
(b) |
ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u |
|
(c) |
jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
5. F’każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilha ħsara qabel ma tidħol fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għaldaqstant, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jiġi mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (125), l-ammont tad-dazju anti-dumping, ikkalkolat abbażi tal-ammonti ta’ hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.
6. Jekk id-dazji kompensatorji definittivi imposti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 (126) jiġu modifikati jew imneħħija, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 [jew fl-Annessi I u II] jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni effettiv ta’ dumping misjub jew il-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
F’każijiet fejn id-dazju kompensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll iwasslu għall-valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.
7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2025
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/683 tal-4 ta’ Mejju 2018 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 116, 7.5.2018, p. 8).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).
(5) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla, Kompożizzjoni Estiża) tal-4 ta’ Mejju 2022, China Rubber Industry Association (CRIA) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) vs il-Kummissjoni Ewropea, T-30/19 u T-72/19, EU:T:2022:226.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/737 tal-4 ta’ April 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19 (ĠU L 96, 5.4.2023 p. 9–44).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/738 tal-4 ta’ April 2023 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19 (ĠU L 96, 5.4.2023, p. 45).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2217 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jtemm ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2219 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jittermina r-rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(10) ĠU C 29, 26.1.2023, p. 45.
(11) Notifika tal-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU C 379, 20.10.2023.
(12) Is-segmentazzjoni bejn il-livelli hija spjegata fit-taqsima 2.4.
(13) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2687.
(14) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(15) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017 (SWD(2017) 483 final/2).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/433 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja, ĠU L 88, 16.3.2022, p. 24.
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil, ĠU L 143, 23.5.2022, p. 11.
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1805 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ vireg tal-wajer li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 364, 13.10.2021, p. 14.
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/558 tas-6 ta’ April 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 108, 7.4.2022, p. 20.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1394 tal-11 ta’ Awwissu 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ siliċju kkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea jew mit-Tajwan kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 211, 12.8.2022, p. 86.
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/934 tal-11 ta’ Mejju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna ta’ poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 127, 12.5.2023, p. 1.
(22) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.
(23) Rapport Aġġornat – Kapitolu 2, p. 7.
(24) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 2, p. 7-8.
(25) Rapport Aġġornat – Kapitolu 2, p. 10, 18.
(26) Disponibbli fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fit-8 ta’ April 2024).
(27) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 2, p. 29-30.
(28) Rapport Aġġornat – Kapitolu 4, p. 57, 92.
(29) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 149-150.
(30) Ir-Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 153-171.
(31) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 7, p. 204-205.
(32) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 8, p. 207-208, 242-243.
(33) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 2, p. 19-24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99-100, il-Kapitolu 5, p. 130-131.
(34) https://www.sinochem.com/en/17197.html (ikkonsultat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(35) https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457883741.pdf (ikkonsultat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(36) http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-30/10153300.PDF (ikkonsultat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(37) https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457251875.pdf (ikkonsultat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(38) https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202404151630237833_1.pdf?1713215477000.pdf (ikkonsultat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(39) L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara r-Rapport aġġornat – il-Kapitolu 3, p. 47-50.
(40) https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(41) https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211201/1191133.shtml (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(42) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 2, p. 24-27.
(43) https://www.cria.org.cn/c/member (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(44) https://ccb.cria.org.cn/;https://tyre.cria.org.cn/c/id/1772857864279343106; https://www.cria.org.cn/c/id/1760859134713970690 (aċċessat fil-25 ta’ Settembru 2024).
(45) Ibid.
(46) https://tyre.cria.org.cn/c/id/1772857864279343106 (ikkonsultat fil-25 ta’ Settembru 2024).
(47) Ibid.
(48) https://www.ty-tyre.com/news/industry/2024/0124/739.html (aċċessat fil-25 ta’ Settembru 2024).
(49) https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457251875.pdf, il-paġna 14 (aċċessat fil-25 ta’ Settembru 2024).
(50) http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-30/10153300.PDF, il-paġna 9 (aċċessat fil-25 ta’ Settembru 2024).
(51) https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202404151630237833_1.pdf?1713215477000.pdf, il-paġna 41 (aċċessat fil-25 ta’ Settembru 2024).
(52) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 3, p. 40.
(53) Għal eżempju ara: Blanchette, J. - Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru. 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.
(54) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 3, p. 41.
(55) Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(56) https://asia.nikkei.com/Business/Companies/China-s-companies-rewrite-rules-to-declare-Communist-Party-ties#:~:text=HONG%20KONG%20--%20China’s%20Communist%20Party%20congress%20underlined%20fears%20that (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(57) Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(58) Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(59) https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(60) https://www.cria.org.cn/c/member (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(61) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 14, it-Taqsimiet 14.1 sa 14.3.
(62) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 4, p. 56-57, 99-100.
(63) https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(64) https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(65) L-14-il FYP tal-provinċja ta’ Anhui dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materjali ġodda, ippubblikat fit-28 ta’ Frar 2022, it-TAQSIMA III, it-Tabella 6.
(66) Ibid.
(67) https://gxt.gansu.gov.cn/gxt/c106992/202201/1959993/files/bc8a41db8b904e55b5bd7017eb42d119.pdf (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(68) Ibid.
(69) https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211115/1187880.shtml (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(70) http://gxt.jl.gov.cn/xxgk/zcwj/sgxtwj/202109/t20210914_8217060.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(71) https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457883741.pdf, il-paġna 146 (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(72) https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457251875.pdf, il-paġna 145 (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(73) http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-30/10153300.PDF, il-paġna 190 (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(74) https://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202404151630237833_1.pdf?1713215477000.pdf, il-paġna 193 (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(75) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 171-179.
(76) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 9, p. 260-261.
(77) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 9, p. 257-260.
(78) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 9, p. 252-254.
(79) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.
(80) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 13, p. 366.
(81) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 13, p. 370-373.
(82) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 137-140.
(83) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 146-149.
(84) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 149.
(85) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina tat-28 ta’ Awwissu 2020: Pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020–2022): http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fit-8 ta’ April 2024). Il-pjan jagħti struzzjonijiet biex “ jiġi implimentat aktar l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz tar-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju ”. Barra minn hekk, it-Taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ aħna se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri ”.
(86) Ara l-Avviż tas-CBIRC Notice on the Commercial banks performance evaluation method, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(87) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 157-158.
(88) Rapport Aġġornat – il-Kapitolu 6, p. 150-152, 156-160, 165-171.
(89) OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:
https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(90) http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fl-10 ta’ Lulju 2024).
(91) https://business.sohu.com/a/709659690_121375869 (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(92) https://baijiahao.baidu.com/s?id=1707938919540030050&wfr=spider&for=pc (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(93) http://www.doublestar.com.cn/news/3966.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024); http://www.doublestar.com.cn/news/3816.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(94) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(95) https://www.globaltradealert.org/data_extraction.
(96) http://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials.
(97) https://www.globaltradealert.org/data_extraction.
(99) Demonstracoes-Financeiras-Anuais-Completas-Vipal-Borrachas-2022-12-31-FhFCcWCt.pdf.
(100) brisa.com.tr/yatirimci-iliskileri/sunumlar-ve-raporlar/finansal-tablolar-ve-bagimsiz-denetci-raporu/
(101) Id-dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, Memorandum ta’ Deċiżjoni għar-Riżultati Preliminari tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Anti-dumping ta’ Ċerti Vetturi tal-Passiġġieri u Tajers ta’ Trakkijiet Ħfief mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; 2021-2022, p. 15.
(102) www.toyotiresasia.com/about-us: “Attwalment TOYO TIRES toffri firxa ta’ tajers li jinkludu tajers tal-karozzi PROXES iddisinjati għall-kilometraġġ u l-prestazzjoni, u tajers għall-KAMPANJA MIFTUĦA għal SUVs u vetturi 4x4 li jissodisfaw kemm l-utenti tat-triq kif ukoll dawk off-road fil-Malażja”.
(103) Statista hija pjattaforma globali ta’ data u ta’ intelligence kummerċjali b’ġabra estensiva ta’ statistika, rapporti u għarfien.
(104) Finansal Bilgiler (goodyear.eu)
(105) L-Istitut Tork tal-Istatistika: http://www.turkstat.gov.tr.
(106) EMRA | L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija: http://epdk.gov.tr.
(107) L-Uffiċċju tal-Investiment tat-Turkija: https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx.
(108) www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(109) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(110) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Is-sigħat tax-xogħol attwali fil-ġimgħa u l-kost lavorattiv medju fix-xahar skont l-attività ekonomika u s-sigħat tax-xogħol attwali fil-ġimgħa u l-kost lavorattiv medju fix-xahar skont l-istatus li jaqa’ taħt il-ftehim kollettiv u l-klassi tad-daqs tal-intrapriża: https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t24.005240.
(111) L-Istitut Tork tal-Istatistika – L-indiċijiet tal-kost lavorattiv: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Input-Indices-Quarter-I:-January-March,-2024-53682. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t24.005240.
(112) L-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA): https://www.epdk.gov.tr/Detay/Icerik/3-0-39/kurul-kararlari- Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t24.005240.
(113) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Il-prezzijiet tal-gass naturali tal-industrija skont il-livelli tal-konsum għall-perjodu Jannar-Ġunju, 2022: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t24.005240.
(114) L-Istitut Tork tal-Istatistika – Indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi u r-rata tal-kambju: https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Domestic-Producer-Price-Index-June-2024-53691. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Il-fajls rilevanti huma pprovduti fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t24.005240.
(115) L-Uffiċċju tal-Investiment tal-Presidenza tar-Repubblika tat-Turkija: https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx – It-taqsima dwar il-kost tan-negozju. Ikkonsultat l-aħħar fit-18 ta’ Lulju 2024. Ritratt tal-iskrin tad-data rilevanti huwa disponibbli fil-fajl għall-partijiet interessati taħt in-numru ssejvjat: t24.005240.
(116) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024, Sinopec, il-Kawża T-762/20, EU:T:2024:113, il-para. 65.
(117) Informazzjoni ppubblikata fuq diversi siti web inklużi https://finance.yahoo.com/news/synthetic-rubber-market-growth-trends-133000080.html jew: https://tracanada.ca/actualit%C3%A9s-industrie/china-tire-industry-still-recovering-from-covid-lockdowns/?lang=fr.
(118) (camex.gov.br) RESOLUÇÃO GECEX No 198, DE 3 DE MAIO DE 2021 - RESOLUÇÃO GECEX No 198, DE 3 DE MAIO DE 2021 - DOU - Imprensa Nacional (in.gov.br)
(119) 20220912111726_Report-700.pdf (itac.org.za)
(120) Abbażi tal-informazzjoni tal-Portal tad-Data dwar ir-Rimedji Kummerċjali tad-WTO, disponibbli fi: https://trade-remedies.wto.org/en, and of the WTO Anti-dumping Notification Portal, disponibbli fuq: https://ad-notification.wto.org/
(121) Ara l-premessa (242) tar-Ir-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163. ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3.
(122) Il-premessa (295) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 263, 22.10.2018, p. 3).
(123) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.
(124) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/737 tal-4 ta’ April 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Magħquda T-30/19 u T-72/19, ĠU L 96, 5.4.2023, p. 9.
(125) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558)
(126) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).
ANNESS I
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-produtturi esportaturi li kkooperaw soġġetti għall-impożizzjoni mill-ġdid skont ir-Regolament (UE) 2023/737
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Iċ-Ċina |
Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd. |
C338 |
|
Iċ-Ċina |
Triangle Tyre Co., Ltd. |
C375 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd. |
C366 |
|
Iċ-Ċina |
Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd. |
C347 |
|
Iċ-Ċina |
Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd. |
C345 |
|
Iċ-Ċina |
Guizhou Tyre Co., Ltd |
C340 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd. |
C360 |
|
Iċ-Ċina |
Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd. |
C346 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Linglong Tyre Co., Ltd. |
C363 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Jinyu Tire Co., Ltd. |
C362 |
|
Iċ-Ċina |
Sailun Group Co., Ltd |
C351 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd. |
C353 |
|
Iċ-Ċina |
Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd. |
C377 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd. |
C358 |
|
Iċ-Ċina |
Jiangsu General Science Technology Co., Ltd. |
C341 |
|
Iċ-Ċina |
Shanghai Huayi Group Corp. Ltd; Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd |
C878 |
|
Iċ-Ċina |
Qingdao GRT Rubber Co., Ltd. |
C350 |
|
Iċ-Ċina |
Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd. |
C338 |
ANNESS II
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma kinux fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Iċ-Ċina |
Bayi Rubber Co., Ltd. |
C335 |
|
Iċ-Ċina |
Bridgestone (Huizhou) Tire Co., Ltd. |
C336 |
|
Iċ-Ċina |
Megalith Industrial Group Co., Ltd. |
C342 |
|
Iċ-Ċina |
Michelin Shenyang Tire Co., Ltd. |
C343 |
|
Iċ-Ċina |
Nanjing Kumho Tire Co., Ltd. |
C344 |
|
Iċ-Ċina |
Qingdao Fudong Tyre Co., Ltd. |
C348 |
|
Iċ-Ċina |
Qingdao Hairunsen Tyre Co., Ltd. |
C349 |
|
Iċ-Ċina |
Shaanxi Yanchang Petroleum Group Rubber Co., Ltd. |
C352 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Changfeng Tyres Co., Ltd. |
C354 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Haohua Tire Co., Ltd. |
C355 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Hengfeng Rubber & Plastic Co.,Ltd |
C357 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Homerun Tires Co., Ltd. |
C359 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Hugerubber Co., Ltd. |
C361 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Mirage Tyres Co., Ltd. |
C364 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Vheal Group Co., Ltd. |
C365 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Wosen Rubber Co., Ltd. |
C367 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Yongfeng Tyres Co., Ltd. |
C368 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Yongsheng Rubber Group Co., Ltd; Shandong Santai Rubber Co., Ltd |
C369 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Yongtai Group Co., Ltd. |
C370 |
|
Iċ-Ċina |
Shengtai Group Co., Ltd. |
C372 |
|
Iċ-Ċina |
Toyo Tire (Zhucheng) Co., Ltd. |
C374 |
|
Iċ-Ċina |
Weifang Goldshield Tire Co., Ltd. |
C376 |
|
Iċ-Ċina |
Xuzhou Armour Rubber Company Ltd. |
C378 |
ANNESS III
Produtturi esportaturi Ċiniżi oħra mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Iċ-Ċina |
Briway Tire Co., Ltd. |
C337 |
|
Iċ-Ċina |
Goodyear Dalian Tire Company Limited |
C339 |
|
Iċ-Ċina |
Shandong Hawk International Rubber Industry Co., Ltd. |
C356 |
|
Iċ-Ċina |
Sichuan Kalevei Technology Co., Ltd. |
C373 |
|
Iċ-Ċina |
Zhongce Rubber Group Co., Ltd |
C379 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/58/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)