Official Journal L 117 , 04/05/2002 P. 0013 - 0014
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2001/296/KE dwar il-lista ta’ laboratorji approvati li jeżaminaw l-effettività ta’ tilqim kontra r-rabja għal ċerti annimali karnivori domestiċi (notifikata bid-dokument numru K(2002) 1584) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2002/341/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu, 2000, li waqqfet istitut partikolari b’responsabbiltà li jagħmel il-kriterji meħtieġa għal eżamijiet seroloġiċi standard li jissorveljaw l-effettività ta’ tilqim kontra r-rabja [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju, 1992, li tistabbilixxi ħtiġijiet sanitarji għal annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni, li ma mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet sanitarji għal annimali stabbiliti b’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE [3], tipprovdi għal sistema alternattiva flok kwarantina għad-dħul ta’ ċerti karnivori domestiċi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri ħielsa mir-rabja. Dik is-sistema jeħtiġilha li jkollha laboratorji approvati uffiċjalment biex jeżaminaw l-effettività tat-tilqim b’dożi ta’ anti-korpi. (2) Skond id-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-Laboratorju AFSSA, Nancy, Franza, inħatar biex ikun l-istitut responsabbli biex jagħmel l-eżamijiet meħtieġa ta’ profiċjenza għall-approvazzjoni tal-laboratorji li jkunu jridu jagħmlu dawn l-eżamijiet. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/296/KE, tad-29 ta’ Marzu, 2001, li tawtorizza laboratorji biex jeżaminaw l-effettività ta’ tilqim kontra r-tabja għal ċerti karnivoridomestiċi [4], kif emendata bid-Deċiżjoni 2001/808/KE [5], għamlet lista ta’ laboratorji approvati fl-Istati Membri. (4) Fuq talba tal-Ġermanja, Franza u l-Italja, u wara r-riżultat tajjeb ta’ l-eżami ta’ profiċjenza li kien sar mil-Laboratorju AFSSA, Nancy, ikun jixraq li jiżdiedu laboratorji ġodda fil-lista għal dawk it-tliet Stati Membri. (5) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ Ikel u Saħħa ta’ Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻŻJONI: L-Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/296/KE huwa emendat skond kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 3 ta’ Mejju 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 40. [2] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. [3] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 63. [4] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 58. [5] ĠU L 305, tat-22.11.2001, p. 30. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/296/KE huwa emendat kif ġej: 1. Fil-lista tal-Ġermanja għandhom jiżdiedu dawn il-paragrafi: "4. Landesveterinär und Lebensmitteluntersuchungsamt Sachsen-Anhalt Außenstelle Stendal Haferbreiter Weg 132-135 D-39576 Stendal . 5. Staatliches Veterinäruntersuchungsamt Zur Taubeneiche 10-12 D-59821 Arnsberg . 6. Institut für epidemiologische Diagnostik Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere Seestraße 155 D-16868 Wusterhausen ." 2. Fil-lista ta’ Franza għandu jiżdied dan il-paragrafu: "4. Laboratoire départemental d’analyses du Pas-de-Calais Parc des Bonnettes 2, rue du Genévrier F-62022 Arras Cedex ." 3. Fil-lista ta’ l-Italja għandu jiżdied dan il-paragrafu: "3. Istituto Zooprofilattico Sperimentale del Lazio e della Toscana Via Appia Nuova 1411 I-00178 Roma Capannelle ." --------------------------------------------------