22004D0048

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE - Direttiva tal-Kummissjoni 2003/73/KE

Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0015 - 0015


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 48/2004

tat-23 ta' April 2004

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 160/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/73/KE tal-24 ta' Lulju 2003 li temenda l-Anness III li jinsab mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 21ac (Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 32003 L 0073: Direttiva tal-Kummissjoni 2003/73/KE tal-24 ta' Lulju 2003 (ĠU L 186, tal-25.7.2003, p. 34)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2003/73/KE fil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 58.

[2] ĠU L 186, tas-25.7.2003, p. 34.

[3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------