2003R0546 — MT — 20.01.2010 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 546/2003 tas-27 ta’ Marzu 2003 (ĠU L 081, 28.3.2003, p.12) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 504/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 |
L 151 |
22 |
16.6.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 41/2010 tat-18 ta’ Jannar 2010 |
L 12 |
1 |
19.1.2010 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 546/2003
tas-27 ta’ Marzu 2003
dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 493/2002 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2002 ( 4 ), u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni għall-ovalbumina u l-laktalbumina ( 5 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 ( 6 ), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 572/1999 tas-16 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna ċerti komunikazzjonijiet reċiproki bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jirrigwardjaw il-bajd u l-laħam tat-tjur u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1527/73(6) introduċa sistema li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinnotifikaw lill-xulxin bil-prezzijiet fis-swieq tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, bil-għan ta’ l-amministrazzjoni soda tagħhom. |
|
(2) |
L-esperjenza indikat ħtieġa li jsir xi titjib fis-sistema. Ir-Regolament (KE) Nru 572/1999 għandu għalhekk ikun mibdul. |
|
(3) |
Il-prezzijiet ta’ kull ġimgħa għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni b’sistema ta’ trasmissjoni ta’ data eletronika aċċettabbli għaliha u l-prezzijiet għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni b’meżżi eletroniċi. |
|
(4) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Bajd u l-Laħam tat-Tjur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Sa mhux aktar tard minn 12:00 (ħin ta’ Brussell) kull nhar ta’ Erbgħa, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni elettronikament:
(a) il-prezz tal-bejgħ fl-istabbilimenti tal-ippakkjar għall-bajd tal-klassi A minn tiġieġ fil-gaġeġ, jiġifieri l-medja tal-kategoriji L u M, jew, fejn il-produzzjoni fil-gaġeġ ma għadhiex rappreżentattiva, il-prezz tal-bejgħ tal-bajd prodott minn tiġieġ tal-bidien miżmuma f’sistema tal-matmura, filwaqt li jindikaw li l-prezz tal-bejgħ jirreferi għal bajd prodott fil-matmura;
(b) il-prezz tal-bejgħ fl-impjanti tat-tbiċċir jew il-prezzijiet bl-ingrossa rreġistrati fis-swieq rapreżentattivi għal tiġieġ sħiħ tal-klassi A magħrufa bħala “tiġieġ tal-65 %”, jew inkella għal preżentazzjoni oħra ta’ tiġieġ sħiħ, jekk tkun aktar rappreżentattiva.
2. Il-prezzijiet referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu l-prezzijiet medji fil-ġimgħa li tippreċedi l-ġimgħa tan-notifika. Dawn għandhom jeskludi l-VAT u jkunu espressi fil-munita nazzjonali għal kull 100 kg.
3. L-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2003 sistema tat-trasmissjoni eletronika tad-data li tkun aċċettabbli għall-Kummissjoni.
Artikolu 2
Mill-anqas darba fix-xhar fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi sommarju tal-prezzijiet notifikati permezz ta’ l-Artikolu 1 u għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri fuq il-website tagħha.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 572/1999 huwa hawnhekk imħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.
( 2 ) ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 7.
( 3 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.
( 4 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 104.
( 5 ) ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49.
( 6 ) ĠU L 70, 17.03.99, p. 16.