|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1439 |
27.5.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1439
tal-24 ta’ Mejju 2024
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-fenażakwin, il-mepikwat u l-propamokarb, f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (maximum residue levels, “MRLs”) għas-sustanzi attivi fenażakwin u propamokarb ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għas-sustanza attiva mepikwat ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-fenażakwin, tressqet applikazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat għat-tolleranzi tal-importazzjoni għall-użu ta’ dik is-sustanza fuq il-ħops fl-Istati Uniti, skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-applikant ipprovda evidenza li l-użi tal-fenażakwin fuq il-ħops awtorizzati fl-Istati Uniti jwasslu għal residwi li jaqbżu l-MRLs previsti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa MRLs ogħla biex jiġu evitati ostakli għall-kummerċ meta tiġi importata dik l-għalla. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-propamokarb, tressqet applikazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat li titlob modifika tal-MRLs eżistenti għall-għasel skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bagħtet l-applikazzjonijiet, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni, u d-dossiers ta’ sostenn lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(5) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (2). L-Awtorità bagħtet l-opinjonijiet motivati tagħha lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-mepikwat, ġew stabbiliti MRLs temporanji għall-faqqiegħ ikkultivat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/50 (3) u għall-faqqiegħ tal-ferla bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1791 (4), li se jiġu riveduti biex titqies l-informazzjoni l-ġdida li se titressaq sal-31 ta’ Diċembru 2022, biex tiġi indirizzata kontaminazzjoni kroċjata li affettwat il-faqqiegħ ikkultivat mhux ittrattat b’tiben ittrattat legalment bil-mepikwat. |
|
(7) |
Tressqet applikazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat li titlob modifika tal-MRLs temporanji eżistenti għall-mepikwat fil-faqqiegħ ikkultivat u l-faqqiegħ tal-ferla skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta’ evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bagħtet l-applikazzjoni, ir-rapport ta’ evalwazzjoni, u l-fajls ta’ sostenn lill-Awtorità. |
|
(9) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta’ evalwazzjoni, eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (5). L-Awtorità bagħtet l-opinjoni motivata tagħha lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-modifika tal-MRL temporanju għall-mepikwat fil-faqqiegħ ikkultivat mitluba mill-applikant, l-Awtorità vvalutat id-data ta’ monitoraġġ ipprovduta mal-applikazzjoni u dik derivata mill-programm ta’ monitoraġġ tal-Unjoni, u dan wera li l-MRL eżistenti huwa biżżejjed biex jitqies l-assorbiment tar-residwi fil-faqqiegħ ikkultivat. |
|
(11) |
Għalhekk huwa xieraq li l-MRL temporanju eżistenti għall-mepikwat fil-faqqiegħ ikkultivat ma jiġix immodifikat. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-modifika tal-MRL temporanju għall-mepikwat fil-faqqiegħ tal-ferla mitluba mill-applikant, l-Awtorità vvalutat id-data ta’ monitoraġġ ipprovduta mal-applikazzjoni u dik derivata mill-programm ta’ monitoraġġ tal-Unjoni u kkonkludiet li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju dwar jekk l-MRL il-ġdid jiġix stabbilit fil-livell ta’ 1 mg/kg, kif derivat mill-Awtorità abbażi tal-95 perċentil tal-popolazzjoni tad-data, jew fil-livell ta’ 3 mg/kg, kif derivat mill-Awtorità abbażi tal-95 perċentil tal-popolazzjoni tad-data fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. |
|
(13) |
Billi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 (6), il-proposti għal MRLs temporanji bbażati fuq id-data ta’ monitoraġġ iridu jkopru l-95 perċentil tal-popolazzjoni tad-data fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %, huwa xieraq li jiġi stabbilit MRL temporanju għall-mepikwat fil-faqqiegħ tal-ferla fil-livell ta’ 3 mg/kg. |
|
(14) |
Huwa xieraq li jkomplu jiġu mmonitorjati l-livelli tal-mepikwat fil-faqqiegħ ikkultivat u fil-faqqiegħ tal-ferla u li dawk l-MRLs jiġu rieżaminati abbażi tad-data ta’ monitoraġġ imressqa lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2030. |
|
(15) |
Fir-rigward tal-modifiki l-oħrajn kollha tal-MRLs għall-fenażakwin, il-mepikwat u l-propamokarb mitluba mill-applikanti, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha tad-data u li dawn il-modifiki kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi ta’ dawn is-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi mill-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawk is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba l-konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma juri li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(16) |
Abbażi tal-opinjonijiet tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ġie konkluż li l-modifiki proposti għall-MRL huma aċċettabbli. |
|
(17) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) EFSA 2023. Setting of an import tolerance for fenazaquin in hops. EFSA Journal, 21(12), e8424. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8424.
EFSA 2023. Modification of the existing maximum residue level for propamocarb in honey. EFSA Journal, 21(11), e8422. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8422.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/50 tal-11 ta’ Jannar 2019 li jemenda l-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għall-klorantraniliprol, il-klomażon, iċ-ċiklaniliprol, il-fenażakwin, il-fenpikossammid, il-fluoxastrobin, il-lambda ċjalotrina, il-mepikwat, iż-żejt tal-basal, it-tijakloprid u l-valifenalat f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 10, 14.1.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/50/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1791 tas-17 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għal 1-dekanol, 2,4-D, ABE-IT 56, cyprodinil, dimethenamid, alkoħols xaħmin, florpyrauxifen-benzyl, fludioxonil, fluopyram, mepiquat, pendimethalin, picolinafen, pyraflufen-ethyl, pyridaben, aċidiu S-Abxissiku u trifloxystrobin fi jew fuq ċerti prodotti (ĠU L 277, 29.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1791/oj).
(5) EFSA 2024. Modification of the temporary maximum residue levels for mepiquat in cultivated fungi and oyster mushrooms. EFSA Journal, 22(1), e8476. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8476.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta’ Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/283/oj).
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonni għall-fenażakwin u l-propamokarb jinbidlu b’dan li ġej: " Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonna għall-mepikwat hija sostitwita b’dan li ġej: " Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I
((+)) Kombinament ta’ pestiċidi u prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista tan-noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.
(*2) Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I
((+)) Kombinament ta’ pestiċidi u prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista tan-noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1439/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)