Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU III: AGRIKOLTURA U SAJD - Artikolu 40 (ex Artikolu 34 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0063 - 0064
Artikolu 40 (ex Artikolu 34 TKE) 1. Sabiex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 39, organizazzjoni komuni għal swieq agrikoli għandha tiġi stabbilita. Din l-organizazzjoni għandha tieħu waħda minn dawn il-forom skond il-prodotti konċernati: a) regoli komuni dwar il-kompetizzjoni; b) il-koordinament obbligatorju tad-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq; ċ) Organizzazzjoni tas-suq Ewropea. 2. L-Organizzazjoni komuni f’waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tikkomprendi l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 39, b’mod partikolari, kontrolli tal-prezzijiet, sussidji lill-produzzjoni u l-marketing ta' diversi prodotti, arranġamenti dwar twarrib ta' prodotti u dwar riporti, u mekkaniżmu sabiex jistabbliżżaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni. L-organizzazzjoni komuni għandha tillimita ruħha sabiex issegwi l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 u għandha teskludi kull diskrimnazzjoni bejn il-produtturi jew konsumaturi ta' l-Unjoni. Kull politika komuni tal-prezzijiet għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni u metodi uniformi ta' kalkolu. 3. Sabiex l-organizzazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 tkun tista’ tikseb l-għanijiet tagħha, jistgħu jiġu stabbiliti fond wieħed jew aktar agrikoli ta' gwida u ta' garanzija. --------------------------------------------------