|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/198 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-5 ta' Mejju 2010
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0088/2010),
|
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari, |
|
B. |
billi fit-23 ta' April 2009 il-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għejxien u tax-Xogħol rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2007 (5), u fir-riżoluzzjoni li hemm mad-deċiżjoni ta' kwittanza, inter alia:
|
|
1. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 kienu legali u regolari; |
Rendiment
|
2. |
Jinnota li fl-2007 saret evalwazzjoni ex post tal-programm ta' ħidma 2001-2004 sabiex jiġi determinat l-impatt tal-Fondazzjoni, il-valur miżjud u l-effikaċja tagħha; jifraħ lill-Fondazzjoni dwar il-fatt li, waqt din l-evalwazzjoni, wriet li l-operazzjonijiet ippjanati ġew finalizzati b'mod effikaċi; jinnota, barra minn hekk, li informazzjoni riċenti inkluża fl-evalwazzjoni tal-Aġenziji u ordnata mill-Kummissjoni fl-2009, wriet li anki fl-2008 l-Fondazzjoni ffinalizzat b'mod effikaċi l-operazzjonijiet ippjanati tagħha; |
|
3. |
Jifraħ lill-Fondazzjoni għat-tnedija ta' eżerċizzju ieħor ta' evalwazzjoni ex post tal-programm ta' ħidma tagħha 2005-2008; jitlob għaldaqstant lill-Fondazzjoni biex iżżommu infurmat bir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni sabiex ikun jista' jiddetermina aħjar l-impatt tagħha, il-valur miżjud tagħha u l-effikaċja matul dan il-perjodu speċifiku; |
|
4. |
Jitlob, barra minn hekk, lill-Fondazzjoni biex, fit-tabella li għandha tibgħat bħala Anness mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta tqabbil bejn dak li wettqet matul is-sena ta' kwittanza eżaminata u dak li wettqet waqt is-sena finanzjarja ta' qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Fondazzjoni minn sena għall-oħra; |
Approprjazzjonijiet operattivi trasferiti
|
5. |
Josserva li, skont il-Qorti tal-Awdituri, l-ammont trasferit jirrappreżenta aktar minn 55 % tal-approprjazzjonijiet (EUR 4 900 000) għas-sena finanzjarja 2008; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-Fondazzjoni li ssostni li hemm nuqqasijiet iżda li huma iżgħar (10 %) minn dawk indikati mill-Qorti tal-Awdituri, b'tali mod li diġà kien previst fil-programmazzjoni annwali tal-Fondazzjoni li jiġi trasferit ammont ta' 45 % tat-Titolu 3, min-naħa minħabba t-tul tal-kuntratti ta' studju u, min-naħa l-oħra, minħabba l-iskeda tal-ħlasijiet tal-Fondazzjoni; jenfasizza, madankollu, li din is-sitwazzjoni tindika nuqqasijiet li jeffetwaw l-ippjanar u l-ipprogrammar tal-attivitajiet operattivi tal-Fondazzjoni u tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità; jitlob għaldaqstant lill-Fondazzjoni biex tadotta miżuri biex tevita din is-sitwazzjoni fil-ġejjieni u biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwarhom; |
Trasferimenti baġitarji mingħajr dokumenti ġustifikattivi
|
6. |
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri nnotat li xi trasferimenti tal-baġit ma kinux ġustifikati kif meħtieġ, peress li l-ebda estimi tal-ħtiġijiet ma kienu ġew pprovduti u l-Bord Eżekuttiv ma kienx informat bihom; jifraħ lill-Fondazzjoni, madankollu, li issa rrimedjat għal dan in-nuqqas; |
Proċeduri tal-akkwisti
|
7. |
Jitlob lill-Fondazzjoni biex tiżgura li ttejjeb is-segwitu tal-kuntratti tagħha u l-ipprogrammar tal-proċeduri tal-akkwist tagħha, billi tniedi s-sejħiet għall-offerti ġodda ferm qabel mal-kuntratti korrispondenti jaslu għal tmiem; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri semmiet li, f'żewġ każijiet, il-Fondazzjoni estendiet b'mod irregolari kuntratt lil hinn mit-tul massimu awtorizzat u li, f'każ ieħor, ma ġġustifikatx l-użu ta' proċedura negozjata; |
Riżorsi umani
|
8. |
Jitlob lill-maniġment tal-Fondazzjoni biex jieħu passi sabiex, fil-qafas tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u fir-rispett tal-obbligi ta' eżekuzzjoni tal-baġit, jantiċipa aħjar it-tluq ta' membri ewlenin tal-persunal; |
|
9. |
Jitlob lill-Fondazzjoni biex fir-rapport tal-attività tagħha turi l-għadd tal-persunal b'mod trasparenti, inklużi l-impjegati kuntrattwali (87 membru tal-persunal); |
|
10. |
Jifraħ lill-Fondazzjoni li fl-2008 introduċiet proċeduri ta' reklutaġġ konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Qorti tal-Awdituri fl-aħħar sentejn; josserva, b'mod partikolari, li l-Qorti tal-Awdituri ma sabitx aktar nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ (pereżempju fil-kriterji ta' selezzjoni) li ma kinux jiggarantixxu t-trasparenza u n-natura mhux diskriminatorja ta' dawn il-proċeduri; |
Verifika interna
|
11. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni għas-sena 2008, li kienu inkonsistenti u mhux adegwati meta mqabbla mal-kontijiet tal-2007 u minħabba f'hekk ġew soġġetti għal korrezzjonijiet importanti matul il-verifika; jinnota li din is-sitwazzjoni tista' tiġi spjegata mill-fatt li l-Fondazzjoni kellha timpjega aġent temporanju għal perjodu qasir sabiex jingħalqu l-kontijiet tal-2008 u li, barra minn hekk, it-tranżizzjoni minn uffiċjal tal-kontabilità għall-ieħor ma kinitx adegwata; jistieden għalhekk lill-Fondazzjoni biex tevita li tirrepeti ruħha sitwazzjoni simili fil-futur; |
|
12. |
Jirrikonoxxi li 26 rakkomandazzjoni minn 54 magħmula mis-Servizz tal-Verifika Interna ġew implimentati matul l-2006; jinnota li, fost it-28 li għadhom iridu jiġu implimentati, 8 huma meqjusa “importanti ħafna”; iħeġġeġ, b'mod partikolari, lill-Fondazzjoni biex tapplika l-istandards ta' kontroll intern li fadal (i.e. delegazzjoni għal protagonisti finanzjarji), issegwi l-implimentazzjoni ta' standards ta' kontroll intern oħra, (i.e. koorodinazzjoni effettiva tas-sistema ta' kontroll intern u konformità tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku mar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu), u l-introduzzjoni ta' ppjanar effikaċi u sistema ta' monitoraġġ (pereżempju bit-tnehid ta' sistema ta' valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni, it-tqegħid fis-seħħ ta' metodoloġija bbażata fuq l-attività u strumenti tal-IT għall-monitoraġġ); |
|
13. |
Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 (6) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 142.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 190.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139 (Ara paġna 241 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).