7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10433 – VIVENDI / LAGARDERE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 423/07)

1.   

Fl-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vivendi S.E. (“Vivendi”, Franza), ikkontrollata mill-grupp Bolloré;

—

Lagardère S.A. (“Lagardère”, Franza).

Vivendi jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Lagardère kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-21 ta’ Frar 2022.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Vivendi huwa grupp tal-media, prinċipalment attiv fis-setturi tal-pubblikazzjoni, televiżjoni bla ħlas u bi ħlas, il-forniment ta’ servizzi ta’ xiri ta’ spazju għar-reklamar u komunikazzjoni ta’ reklamar, l-istampa, il-forniment u l-ospitar ta’ kontenut vidjo fuq l-internet u l-ispettaklu dirett, prinċipalment fi Franza,

—

Lagardère huwa grupp attiv prinċipalment fis-setturi tal-pubblikazzjoni, tal-bejgħ ta’ vjaġġi lill-konsumaturi, tal-awdjoviżiv, tal-istampa u tal-media (inkluż ir-reklamar), tad-divertiment dirett u tad-divertiment, prinċipalment fi Franza.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.10433 – VIVENDI / LAGARDERE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).