European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/626

28.3.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/626

tal-25 ta’ Marzu 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2641 (EUNAVFOR MED IRINI/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(3)

Fl-1 ta’ Ottubru 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2641 (2) li taħtar il-Komodor Prokopios CHARITOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-4 ta’ Ottubru 2024.

(4)

Fid-29 ta’ Jannar 2025, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kaptan Alessandro DI BIASI biex jieħu post il-Komodor Prokopios CHARITOS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE (il-“ħatra proposta”). L-awtoritajiet militari Taljani indikaw li l-Kaptan Alessandro DI BIASI ser jiġi promoss għall-Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(5)

Fis-17 ta’ Frar 2025, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Fil-25 ta’ Frar 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Kaptan Alessandro DI BIASI jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-4 ta’ April 2025.

(7)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kaptan Alessandro DI BIASI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI.

(8)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2641 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Alessandro DI BIASI huwa maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-4 ta’ April 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2641 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ April 2025.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/472/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2641 tal-1 ta’ Ottubru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1014 (EUNAVFOR MED IRINI/5/2024) (ĠU L, 2024/2641, 4.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2641/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/626/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)