24.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 387/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10338 — Galileo/M6/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 387/03)

1.   

Fit-13 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Galileo Global Education (“Galileo”, Franza),

—

Groupe M6 (“M6”, Franza),

—

JV (“Cible”, Franza).

Galileo u M6 jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt fuq Cible, impriża konġunta b’funzjoni sħiħa.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet ta’ negozju ta’ l-impriżi kkonċernati huma:

—

Galileo: grupp privat ta’ edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali li jopera istituzzjonijiet madwar id-dinja u prinċipalment fiż-ŻEE,

—

M6: direttament u permezz tas-sussidjarji tagħha twettaq attivitajiet f’diversi stadji tal-katina tal-valur awdjoviżiv, il-produzzjoni u l-akkwist ta’ drittijiet awdjoviżivi, il-pubblikazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva, il-kummerċjalizzazzjoni tal-ispazju tar-reklamar, l-iżvilupp ta’ prodotti derivati, eċċ., prinċipalment fi Franza,

—

Cible: impriża konġunta b’funzjoni sħiħa li toffri korsijiet ta’ tagħlim online biċ-ċertifikat u mhux biċ-ċertifikat (tagħlim diġitali) prinċipalment fl-oqsma kulinari, tas-sbuħija, tal-proprjetà immobbli, tas-servizzi personali, ta’ ġestjoni, tal-bejgħ u tal-ħolqien tan-negozji, diġitali, tan-netwerks u tal-kodiċi soċjali, DIY, u tas-saħħa u paramediċi, esklussivament fi Franza.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata:

M.10338 — Galileo/M6/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate General for Competition

Merger registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366 tal-14.12.2013, p. 5.