European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2070

14.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2070

tat-13 ta’ Ottubru 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Litwan, bil-Malti, bis-Slovakk u bl-Ungeriż tal-Anness IV (Parti-147) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) fihom żbalji fit-Taqsima A, is-Sottoparti B, il-punt 147.A.135(b), fir-rigward tar-rekwiżiti organizattivi biex isiru l-eżamijiet. Dawk l-iżbalji jibdlu t-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni u għalhekk jaffettwaw is-sustanza tagħha.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Litwan, bil-Malti, bis-Slovakk u bl-Ungeriż tal-Anness IV (Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Taqsima A, is-Sottoparti B, il-punt 147.A.135(b), tal-Anness IV (Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kull student li matul eżami tal-għarfien jinqabad iqarraq jew ikollu fil-pussess tiegħu materjal marbut mas-suġġett tal-eżami minbarra l-karti tal-eżami u d-dokumentazzjoni awtorizzata assoċjata għandu jiġi skwalifikat milli jagħmel l-eżami u ma jista’ jagħmel l-ebda eżami qabel jgħaddu mill-inqas 12-il xahar wara d-data tal-inċident.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/216/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2070/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)