|
18.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/45 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10339 —KKR/Landal)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 123/09)
1.
Fl-10 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sandy HoldCo B.V., (“Roompot”, in-Netherlands), ikkontrollata minn KKR &Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
Vacation Rental B.V. (“Landal”, in-Netherlands). |
Roompot takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Landal kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
KKR: ditta tal-investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assikurazzjoni, Roompot tiġġestixxi, topera u taġixxi bħala aġent tal-prenotazzjoni għal parks tal-vaganzi u postijiet tal-kampeġġ, |
|
— |
Landal: sid, maniġer u franchisor ta’ parks tal-vaganzi bil-marka tad-ditta Landal GreenParks. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10339 — KKR/Landal
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).