Official Journal L 280 , 04/11/2000 P. 0063 - 0068
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw mir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(1998) 3066) (Test b’ relevanza għaż-ŻEE) (2000/675/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u għat-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 ta’ din, Billi: (1) Espert tal-Kummissjoni mexxa mawra ta’ spezzjoni fir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran sabiex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom isiru, jinħażnu u jintbagħtu prodotti tas-sajd lejn il-Komunità. (2) Id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tar-Repubblika Islamika ta’ l-Iran dwar spezzjoni ta’ saħħa u sorvelljanza ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk li jinsabu fid-Direttiva 91/493/KEE; (3) Fir-Repubblika islamika ta’ l-Iran, l-Organizzazzjoni Veterinarja Iranjana (OVI) tal-Ministeru ta’ Jihad-e-Sazandegi hija kapaċi tivverifika b’ mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ. (4) Il-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta’ saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE trid tkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, ir-rekwiżiti minimi li jirrigwardaw il-lingwa(i) li biha(hom) irid jiġi abbozzat u l-grad tal-persuna li għandha s-setgħa li tiffirmah. (5) Skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabiliment, il-bastiment fabbrika, il-maħżen kiesaħ jew il-bastiment friża ta’ oriġini; (6) Skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha ssir lista ta stabilimenti, bastimenti fabbriki u mħażen kiesħa approvati, u trid issir ukoll lista ta’ bastimenti bil-friża armati skond il-punti 1 sa 7 ta’ l-Anness II tad-Direttiva approvati, 92/48/EEC [3]. Dawn il-listi għandhom isiru fuq il-bażi ta’ komunikattiva mill-OVI lill-Kumissjoni. Huwa għalhekk ix-xogħol ta’ l OVI li tagħmel ċert li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati għal dawk il-finijiet fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE. (7) L-OVI provdiet assigurazzjonijeit uffiċjali li jirrigwardaw konformità mar-regoli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u li jirrigwardaw is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati minn dik id-Direttiva. (8) Il-miżuri provduti f’ din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI: Artikolu 1 L-Organizzazzjoni Veterinarja iranjana (OVI) tal-Ministeru tal-Jihad-e-Sazandegi għandha tkun l-awtorità kompetenti fir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran li tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE. Artikolu 2 Prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fir-repubblika Islamika ta’ l-Iran iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. kull kunsinna trid tkun akkumpanjata b’ ċertifikat tas-saħħa oriġinali u numerat, mimli, iffirmat u datat kif suppost u li jkun jikkonsisti f’ folja waħda skond il-mudell li jinsab fl-Anness A hawn isfel; 2. il-prodotti jridu jiġu minn stabilimenti, bastimenti fabbrika, mħażen kiesħa jew bastimenti friża approvati u elenkati fl-Anness B hawn isfel; 3. ħlief fil-kas ta’ prodotti tas-sajd friżati li jiġu bil-balk u li huma intenzjonati għall-manufattura ta’ ikel preservat, il-pakketti kollha jrid ikollhom il-kelma "IRAN" miktuba fuqhom kif ukoll in-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabiliment, tal-bastiment fabbrika, tal-maħżen kiesaħ jew tal-bastiment friża b’ ittri li ma jistgħux jitħassru. Artikolu 3 1. Iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 2(1) iridu jinkitbu f’ ta’ mill-inqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli. 2. Iċ-ċertifikati jridu juru l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappresentant ta’ l-OVI kif ukoll it-timbru uffiċjali ta’ din ta’ l-aħħar b’ kulur differenti minn dak ta’ firem jew timbri oħrajn. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ 60 jum wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Ottubru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.8.1993, p. 31. [3] ĠU L 187, tas-26.6.1999, p. 41. -------------------------------------------------- L-ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS B LISTA TA' STABILIMENTI U BASTIMENTI APPROVATI PP : Impjant ta' l-iproċessar ZV : Bastiment friża. Nru ta' Approvazzjoni | Isem | Belt Reġjun | Kategorija | 600 | Maħżen kiesaħ ta' Axoradeh | Golestan | PP | 601 | Maħżen kiesaħ ċentrali tax-Xilat Trade Co. | Tehran | PP | 602 | Maħżen ta' l-Istorjun f' Anzali | Gilan | PP | 603 | Maħżen kiesaħ ta' Babolsar | Mazandaran | PP | 604 | Ċentru ta' l-Iproċessar ta' l-Isturjun ta' Ċonċenan | Gilan | PP | 605 | Ċentru ta' l-Iproċessar ta' l-Isturjun ta' Naxtarod | Mazandaran | PP | 606 | Ċentru ta' l-Iproċessar ta' l-Isturjun ta' Ħosejnbad | Mazandaran | PP | 607 | Ċentru ta' l-Iproċessar ta' l-Isturjun ta' Iżadeh | Mazandaran | PP | 608 | Ċentru ta' l-Iproċessar ta' l-Isturjun ta' Xafarod | Gilan | PP | 609 | Ċentru t'a l-Iproċessar ta' Bandar Turkman | Golestan | PP | 610 | Ċentru ta' l-Iproċessar ta' l-Isturjun ta' Mirod | Mazandaran | PP | 700 | Mah Protein | Buxehr | PP | 701 | Abdaxt-e-Xargh | Hormozgan | PP | 703 | Produzzjoni Marittima Buxehr | Buxehr | PP | 704 | Industrija t'a l-Ikel tal-Golf Persjan | Hormozgan | PP | 705 | Ċanċo | Gilan | PP | 706 | Jahan Xill (Kumpless kolaki ta' 500t) | Hormozgan | PP | 709 | Morvarid Sayd | Buxehr | PP | 711 | Mostaan | Hormozgan | PP | 713 | Kumpless ta' 4000t Ċogadak | Buxehr | PP | 714 | Abzjan-e-mahtab | Buxehr | PP | 717 | Maħżen kiesaħ Ghasemi | Buxehr | PP | 718 | Djavan Food Industrial Co. (Proċessar u Ippakkjar ta' Gambli ta' l-Ilma Ħelu) | Tehran | PP | 720 | Xalu | Buxehr | PP | 721 | Pavereh | Buxehr | PP | 722 | Kext-o-sanat Buxer | Buxehr | PP | 723 | Tabrid Mohaseb | Khozestan | PP | 725 | Laħam mingħajr għadam u Ċanga ta' Hormozgan | Hormozgan | PP | Q-732 | Abdasht e Shargh Co. (Ipproċessar u ippakkjar ta' Ħut u Gambli) | Tehran | PP | 800 | Ferdos 1 | Hormozgan | ZV | 801 | Ferdos 2 | Hormozgan | ZV | 802 | Ferdos 3 | Hormozgan | ZV | 803 | Kasra | Hormozgan | ZV | 809 | Kavjan | Hormozgan | ZV | 810 | Afson | Hormozgan | ZV | --------------------------------------------------