European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5164

19.8.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11585 — EPR / UNIPER GROUP (TRADING ASSETS))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5164)

1.   

Fit-8 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi, il-kuntratti u l-assi li ġejjin:

—

EP Resources AG (“EPR”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Energetický a průmyslový holding, a.s. (“EPH”, iċ-Ċekja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mis-Sur Daniel Křetínský, li jikkontrolla impriżi ekonomiċi oħra,

—

il-mira ta’ akkwist tinkludi diversi kuntratti u assi ta’ Uniper Global Commodities SE (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Uniper SE (“Uniper”, il-Ġermanja), bħal ħażna ta’ faħam, ftehimiet ta’ provvista tal-faħam, u ftehimiet ta’ kiri għal żmien, li jintużaw biex jinkiseb il-faħam u jiġi fornut primarjament lill-impjanti tal-faħam ta’ Uniper li jinsabu fil-Ġermanja, fin-Netherlands, u fir-Renju Unit.

EPR takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-impriża fil-mira.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kombinazzjoni tax-xiri ta’ assi u mezzi kuntrattwali.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

L-EPR hija attiva fin-negozjar u t-tbaħħir tal-komoditajiet. Il-Grupp EPH huwa utilità tal-enerġija integrata vertikalment b’diversi attivitajiet li jinkludu l-estrazzjoni tal-linjite, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku u tas-sħana kif ukoll it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-provvista tal-gass,

—

il-mira tal-akkwist hija attiva fix-xiri tal-faħam termali, it-trasport tal-faħam u l-ħżin tal-faħam primarjament għall-provvista tal-impjanti tal-faħam ta’ Uniper li jinsabu fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:

M.11585 — EPR / UNIPER GROUP (TRADING ASSETS)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5164/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)