|
26.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 476/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10521 — ORANGE / PUBLICIS / VOILA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 476/08)
1.
Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Orange Participations S.A. (Franza), proprjetà ta’ Orange S.A. (“Orange”, Franza), |
|
— |
Multi Market Services France Holdings S.A.S. (Franza), li tappartjeni għal Publicis Group S.A. (“Publicis”, Franza), |
|
— |
RAPP 85 S.A.S. (“Voila” ou “Entreprise commune”, Franza). |
Orange u Publicis jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Voila.
Il-konċentrazzjoni tinkiseb permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija preeżistenti li qatt ma kienet attiva biex tifforma impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Orange: operatur tat-telekomunikazzjonijiet attiva f’ħafna pajjiżi. B’mod partikolari, Orange tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, prinċipalment fil-qasam tat-telefonija fissa, l-Internet u t-telefonija ċellulari. Orange tipprovdi wkoll soluzzjonijiet tekniċi (network u media) ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi, istituzzjonali, professjonali jew tal-media permezz tal-Unità Kummerċjali tagħha Orange Events. |
|
— |
Publicis: operatur attiv fis-settur tal-komunikazzjoni u r-reklamar. Publicis taħdem ukoll bħala aġenzija tal-avvenimenti permezz tas-sussidjarja tagħha PublicisLive France, li hija stess hija 100 % proprjetà ta’ Multi Market Services France Holdings. |
|
— |
Voila: impriża bi sħab futura biex tikkummerċjalizza lill-professjonisti pjattaforma cloud għall-produzzjoni ta’ avvenimenti ibridi, aċċessibbli f’Software bħala servizz (software as a service, “SaaS”). |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10521 — Orange/Publicis/Voila
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24 du 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 ((ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).