|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IX
L-IMPJIEG
Artikolu 150
(ex Artikolu 130 TKE)
Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi Kumitat ta' l-Impjieg bi status ta' natura konsultattiva sabiex jipromwovi l-koordinament bejn l-Istati Membri dwar il-politika ta’ l-impjieg u tas-suq tax-xogħol. Il-kompiti tal-Kumitat għandhom ikunu:
|
— |
li jissorvelja l-qagħda ta' l-impjieg u l-politika ta' l-impjieg fl-Istati Membri u fl-Unjoni; |
|
— |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240, li jifformula opinjonijiet fuq talba jew tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew inkella fuq l-inizjattiva tiegħu stess, u sabiex jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tal-proċedimenti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 148. |
Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jikkonsulta lil min imexxi u lill-ħaddiema.
Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat.