|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1802 |
27.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1802
tal-24 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1324 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Bacillus subtilis LMG S-27588 bħala addittiv tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Bacillus subtilis LMG S-27588 ġiet awtorizzata bħala addittiv tal-għalf (“addittiv tal-għalf ikkonċernat”) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1324 (2). |
|
(2) |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittiv tal-għalf ikkonċernat, Puratos, ippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta li isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-addittiv tal-għalf ikkonċernat jinbidel għal “EW Nutrition GmbH”. |
|
(3) |
Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tirrikjedix valutazzjoni ġdida tal-addittiv tal-għalf ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
|
(4) |
Biex EW Nutrition GmbH titħalla tisfrutta d-drittijiet biex tintroduċi dak l-addittiv fis-suq, huwa għaldaqstant xieraq li jkun hemm bidla fit-termini tal-awtorizzazzjoni kkonċernata. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1324 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li jagħmel dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittiv tal-għalf ikkonċernat. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1324
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1324 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, l-isem “Puratos” huwa sostitwit b’ “EW Nutrition GmbH”; |
|
(2) |
fit-tieni kolonna tal-Anness, l-isem “Puratos” huwa sostitwit b’ “EW Nutrition GmbH”; |
Artikolu 2
Miżura tranżizzjonali
L-addittiv tal-għalf ikkonċernat, prodott u ttikkettat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli applikabbli qabel dik id-data, jista’ jibqa’ jiġi introdott fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1324 tal-5 ta’ Awwissu 2019 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis LMG S-27588 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin jew imrobbija għall-bajd għad-dundjani għat-tismin jew imrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ispeċijiet porċini minuri (id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Puratos) (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1324/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1802/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)