25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 61/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/73/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal acetamiprid, atrazine, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin (3) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim:

“—

32007 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4),

—

32007 L 0073: Id-Direttiva 2007/73/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/62/KE u 2007/73/KE fil-lingwa Iżlandiza u dik Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 40.

(2)   ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4.

(3)   ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.