<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-777/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0777</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:745">EU:C:2020:745</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200923">23.9.2020</DATE> – Kawża C‑777/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vas Megyei Kormányhivatal (Kura tas-saħħa transkonfinali)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni għall-mard</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20</KEYWORD><KEYWORD>Kura ppjanata</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Għoti obbligatorju</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Persuna assigurata prekluża milli titlob awtorizzazzjoni minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 987/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 26</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas tal-ispejjeż tal-kura ppjanata mitluba mill-persuna assigurata</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ rimbors</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Kura tas-saħħa transkonfinali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kura tas-saħħa li tista’ tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(3)</KEYWORD><KEYWORD>Trattament tat-talbiet għal kura tas-saħħa transkonfinali</KEYWORD><KEYWORD>Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Terminu raġonevoli</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 56 TFUE</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑777/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Szombathely, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20181128">28 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">WO</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Vas Megyei Kormányhivatal,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, S. Rodin, D. Šváby, K. Jürimäe u N. Piçarra (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Vas Megyei Kormányhivatal, minn Gy. Szele, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u M. M. Tátrai, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u H. S. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Havas, B.‑R. Killmann, L. Malferrari u A. Szmytkowska, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), tal-Artikolu 26(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20110309">9 ta’ Marzu 2011</DATE> dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 88, p. 45</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn WO u l-Vas Megyei Kormányhivatal (is-Servizzi Amministrattivi tad-Dipartiment ta’ Vas, l-Ungerija) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Servizzi Amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar ir-rifjut, minn dawn is-servizzi, li jirrimborsaw lil WO l-ispejjeż għall-kura tas-saħħa transkonfinali li ngħatatlu fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet statutorji oħra u kull miżuri ta’ implimentazzjoni oħra kollha marbutin mal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu 3(1);</TXT><P>Dan it-terminu ma jinkludix disposizzjonijiet kuntrattwali ħlief dawk li jservu biex jimplimentaw obbligu ta’ assigurazzjoni li joħroġ mil-liġijiet u mir-regolamenti msemmija fis-subparagrafu preċedenti jew li kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi li għamlithom obbligatorji jew li wessgħat l-ambitu tagħhom, sakemm l-Istat Membru konċernat jagħmel dikjarazzjoni dwar dan. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun innotifikata lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ippubblikata wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;</P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>m)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, il-Ministru, il-Ministri jew awtorità ekwivalenti oħra responsabbli għal skemi ta’ sigurtà soċjali fl-Istat Membru konċernat kollu jew f’xi parti minnu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>p)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, l-organu jew l-awtorità responsabbli mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni kollha jew ta’ parti minnha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>q)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>istituzzjoni kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni li l-persuna konċernat jkun assigurat magħha meta ssir l-applikazzjoni għal benefiċċju; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni li minnha l-persuna konċernata hija jew tkun intitolata għal benefiċċji jekk hija jew membru jew membri tal-familja tagħha jkollha jew ikollhom ir-residenza fl-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>r)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>istituzzjoni tal-post ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>istituzzjoni tal-post taż-żjara<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> jfissru, rispettivament, l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tagħti benefiċċji fil-post fejn il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha u l-istituzzjoni li hija kompetenti biex tagħti benefiċċji fil-post fejn il-persuna konċernata qiegħda toqgħod waqt iż-żjara, skond il-leġislazzjoni amministrata minn dik l-istituzzjoni jew, fejn ma teżistix istituzzjoni ta’ dan it-tip, l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin mal-mard;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Żjara barra l-Istat Membru kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm il-paragrafu 2 ma jgħidx mod ieħor, persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mogħtija in natura li jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi matul iż-żjara tagħhom. It-tip ta’ benefiċċji u t-tul maħsub taż-żjara għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw f’isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni li din l-istituzzjoni tapplika, bħallikieku il-persuni konċernati kienu assigurati taħt din il-leġislazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi lista ta’ benefiċċji mogħtija in natura li, sabiex jingħataw matul żjara fi Stat Membru ieħor u minħabba raġunijiet prattiċi, jeħtieġu ftehim minn qabel bejn il-persuna konċernata u l-istituzzjoni li tagħti l-għajnuna.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura – awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuna assigurata li tivjaġġa lejn Stat Membru ieħor bl-iskop li tirċievi benefiċċji mogħtija in natura waqt iż-żjara tagħha, għandha tikseb awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna assigurata litkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat Membru ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji mogħtija in natura mogħtija, f’isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet li dina tapplika, bħallikieku kienet assigurata taħt din il-leġislazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata fejn it-trattament konċernat huwa fost il-benefiċċji mogħtija mil-leġislazzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata jkollha l-post tar-residenza tagħha u fejn din il-persuna ma tistax tingħata dan it-trattament fi żmien li jista’ jkun ġustifikat fuq raġunijiet mediċi. L-istat preżenti tas-saħħa tal-persuna u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha għandha jittieħdu in konsiderazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 987/2009</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 16 u 17 tar-Regolament Nru 987/2009 jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(16)</NO.P><TXT>Fil-qafas speċifiku tar-Regolament [Nru 883/2004], iridu jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta’ adempiment fir-rigward tal-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji ta’ mard in natura fil-qafas ta’ ‘kura ppjanata’, jiġifieri kura li persuna assigurata se tieħu fi Stat Membru divers minn dak li fih tkun assigurata jew residenti. L-obbligi tal-persuna assigurata relatati mat-talba għal awtorizzazzjoni preliminari għandhom jiġu ppreċiżati, kif ukoll għandhom jiġu ppreċiżati l-obbligi tal-istituzzjoni lejn il-pazjent dwar il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Għandhom jiġu wkoll iċċarati l-konsegwenzi fir-rigward tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ kura riċevuta fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament implimentattiv, u b’mod speċjali d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żjara barra l-Istat Membru kompetenti u li jikkonċernaw il-kura ppjanata m’għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali aktar favorevoli b’mod partikolari fir-rigward tal-ħlas lura ta’ spejjeż fi Stat Membru ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 4 u 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-persuna assigurata fil-fatt tkun ġarrbet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas tal-Artikolu 19 tar-Regolament [Nru 883/2004] u jekk il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara tippermetti l-ħlas lura ta’ dawk l-ispejjeż lill-persuna assigurata, hija tista’ tindirizza talba sabiex titħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. F’dak il-każ, dik l-istituzzjoni għandha tħallas lura direttament lil dik il-persuna l-ammont tal-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż ma ntalabx direttament mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, l-ispejjeż għandhom jiġu mħallsa lura lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti abbażi tar-rati ta’ ħlas lura amministrati mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara […]</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha l-obbligu li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa kolla dwar dawn ir-rati jew ammonti.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament [Nru 883/2004], il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien.</ALINEA><ALINEA>F’dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tiċċertifika f’dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament [Nru 883/2004] humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza.</ALINEA><ALINEA>L-istituzzjoni kompetenti tista’ tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament [Nru 883/2004] ma jkunux sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista’ tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b’kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata.</ALINEA><ALINEA>L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bid-deċiżjoni tagħha.</ALINEA><ALINEA>Fl-assenza ta’ tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament [Nru 883/2004], l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza f’isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.</ALINEA><ALINEA>L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta’ kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta’ kura meħtieġa urġenti u vitali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) [ta’ dan ir-regolament] għandu japplika mutatis mutandis.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista’ jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessi 8 u 46 tad-Direttiva 2011/24 jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(8)</NO.P><TXT>Xi kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari r-rimborż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru għajr għal dak fejn ir-riċevitur tal-kura huwa residenti, diġà ġew indirizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Din id-direttiva hija maħsuba biex tilħaq applikazzjoni aktar ġenerali u anke effettiva tal-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-każ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(46)</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ kura fl-isptar jew kura speċjalizzata pprovduta fi Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż ta’ tali kura mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom ukoll jiġu rimborżati mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jitħallsu kieku l-istess kura tas-saħħa ġiet ipprovduta fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż reali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Madankollu, fejn il-kondizzjonijiet stipulati fir-[…] Regolament [Nru 883/2004] huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f’konformità mar-Regolament [Nru 883/2004] ħlief jekk ma jkunx mitlub mod ieħor mill-pazjent. Dan għandu japplika b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni tingħata wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u l-persuna kkonċernata tkun irċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F’dak il-każ, l-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Dan huwa f’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew rifjutati awtorizzazzjoni minn qabel, għal raġunijiet li sussegwentement instabu li kienu mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor rimborżata kollha skont id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Istat Membru tat-trattament.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 2(m) tagħha, din id-direttiva tapplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Prinċipji ġenerali għar-rimborż tal-ispejjeż [tal-kura tas-saħħa transkonfinali]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr ħsara għar-Regolament [Nru 883/2004] u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-ispejjeż magħmula mill-persuna assigurata li tirċievi kura tas-saħħa transkonfinali jiġu rimborżati, jekk il-kura tas-saħħa inkwistjoni tkun fost il-benefiċċji li l-persuna assigurata hija intitolata għalihom fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa f’idejn l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jiddetermina […] il-kura tas-saħħa li fir-rigward tagħha l-persuna assigurata hija intitolata biex ma tħallasx hi l-ispejjeż u l-livell ta’ dan il-ħlas ta’ dawk l-ispejjeż, irrispettivament minn fejn tkun ipprovduta il-kura tas-saħħa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali għandhom jiġu rimborżati jew imħallsa direttament mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jitħallsu mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni kieku din il-kura tas-saħħa kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż reali tal-kura tas-saħħa riċevuta.</ALINEA><ALINEA>Fejn l-ispiża sħiħa tal-kura tas-saħħa transkonfinali taqbeż il-livell tal-ispejjeż li kienu jitħallsu li kieku l-kura tas-saħħa kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ xorta waħda jiddeċiedi li jirrimborża l-ispiża sħiħa.</ALINEA><?PAGE NO="7"?><ALINEA>L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jiddeċiedi li jirrimborża spejjeż oħra relatati, bħalma huma l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ivvjaġġar, […] bil-kundizzjoni li jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti li tagħti spjegazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq persuna assigurata li tkun qed tipprova tikseb rimborż tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż il-kura tas-saħħa meħuda permezz tal-mezzi tat-telemediċina, l-istess kondizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi […] li timponi kieku din il-kura tas-saħħa kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Dan jista’ jinkludi valutazzjoni minn professjonist tas-saħħa jew amministratur tal-kura tas-saħħa li jipprovdu servizzi għas-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja jew is-sistema tas-saħħa nazzjonali tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, bħall-prattikant ġenerali jew il-prattikant tal-kura primarja ma’ min ikun reġistrat il-pazjent, jekk dan ikun neċessarju għad-determinazzjoni tad-dritt tal-pazjent individwali għall-kura tas-saħħa. Madankollu, l-ebda kondizzjoni, kriterju għall-eliġibbiltà u formalità regolatorja u amministrattiva imposti skont dan il-paragrafu ma jistgħu jkunu diskriminatorji jew jikkostitwixxu ostaklu għall-moviment liberu ta’ pazjenti, servizzi jew merkanzija, jekk kemm-il darba dan ma jkunx iġġustifikat oġġettivament mir-rekwiżiti tal-ippjanar marbuta mal-ħsieb li jiġi żgurat aċċess suffiċjenti u permanenti għal għażla bbilanċjata ta’ trattamenti ta’ kwalità għolja fl-Istat Membru kkonċernat jew max-xewqa li jiġu kkontrollati l-ispejjeż u tiġi evitata, kemm jista’ jkun possibbli, kull ħela ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni ma għandux jagħmel ir-rimborż tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel ħlief fil-każijiet imniżżla fl-Artikolu 8.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kura tas-saħħa li tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jipprevedi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimborż tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali, skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 9. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, inklużi l-kriterji u l-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji, u d-deċiżjonijiet individwali ta’ tiċħid tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, għandhom ikunu ristretti għal dak li hu meħtieġ u proporzjonali għall-objettiv li jrid jintlaħaq, u ma jistgħux jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ostaklu mhux iġġustifikat għall-moviment liberu tal-pazjenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kura tas-saħħa li tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun limitata għal kura tas-saħħa li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija soġġetta għar-rekwiżiti tal-ippjanar marbuta mal-ħsieb li jiġi żgurat aċċess suffiċjenti u permanenti għal għażla bbilanċjata ta’ trattamenti ta’ kwalità għolja fl-Istat Membru kkonċernat jew max-xewqa li jiġu kkontrollati l-ispejjeż u tiġi evitata, kemm jista’ jkun possibbli, kull ħela ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani u:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>tinvolvi akkomodazzjoni fi sptar mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati ħafna u għoljin ħafna;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kategoriji tal-kura tas-saħħa msemmija fil-punt (a).</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tat-talbiet għal awtorizzazzjoni minn qabel magħmula minn persuna assigurata bil-ħsieb li tirċievi kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jaċċerta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament [Nru 883/2004] jkunux ġew issodisfati. Fejn dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati, l-awtorizzazzjoni minn qabel għandha tingħata skont dak ir-Regolament sakemm il-pazjent ma jitlobx li jsir mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perijodi ta’ żmien raġonevoli li fihom iridu jiġu ttrattati t-talbiet għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jgħarrfu lill-pubbliku minn qabel b’dawn il-limiti stabbiliti. Meta jkunu qed jikkunsidraw talba għall-kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istati Membri għandhom iqisu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kundizzjoni medika speċifika,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-urġenza u ċ-ċirkostanzi individwali.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Ungeriż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(6) tal‑1997. évi LXXXIII. törvény a kötelező egészségbiztosítás ellátásairól (il-Liġi LXXXIII tal‑1997 dwar is-Servizzi tas-Sistema Obbligatorja ta’ Assigurazzjoni għall-Mard, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Mard<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali, il-persuna assigurata – li ma tinkludix il-persuni li jistgħu jitolbu kura medika taħt assigurazzjoni fakultattiva – li jirrikorru għall-kura medika ddefinita fit-Taqsimiet 1 sa 3 tal-Kapitolu II, tgawdi mill-istess drittijiet daqslikieku kienet ibbenefikat minn servizzi tas-saħħa fl-Ungerija f’sitwazzjoni analoga.</ALINEA><ALINEA>L-assiguratur tal-kura tas-saħħa għandu jirrimborsa l-ispiża reali tas-servizz, debitament iċċertifikata, mingħajr madankollu s-somma tar-rimbors dovut ma tista’ teċċedi l-ammont tal-prezz tal-kura mogħtija minn fornitur iffinanzjat minn fondi pubbliċi fl-Ungerija fid-data tal-imsemmija kura.</ALINEA><ALINEA>Il-persuna assigurata – li ma tinkludix il-persuni li jistgħu jitolbu servizzi tas-saħħa taħt assigurazzjoni fakultattiva – ma tistax tibbenefika minn servizzi li huma ffissati fid-digriet governattiv dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.</ALINEA><ALINEA>Jekk il-persuna assigurata tixtieq tibbenefika minn servizz li għalih id-dritt Ungeriż jeżiġi riċetta mingħand it-tabib li qiegħed jagħti l-kura, hija għandu jkollha wkoll, għall-finijiet tar-rimbors, riċetta relatata mas-servizz u stabbilita konformement mar-regoli tad-dritt.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-a külföldön történő gyógykezelések részletes szabályairól szóló 340/2013. (IX. 25.) Korm. Rendelet (id-Digriet Governattiv 304/2013. (IX. 25) dwar il-modalitajiet tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Digriet Governattiv<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Il-persuna li tista’ titlob kura tas-saħħa barra mill-pajjiż tista’ tibbenefika minn din il-kura</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>konformement mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali u dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Regolamenti tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali msemmija fil-punt (sb) tal-Artikolu 5/B(s) tal-[Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Mard] (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kura tas-saħħa transkonfinali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), kif ukoll</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>għal raġunijiet ta’ ekwità msemmija fl-Artikolu 28(1) u fl-Artikolu 9 tal-[Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Mard].<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan id-digriet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Il-persuna li tista’ titlob kura tas-saħħa barra mill-pajjiż tista’, fir-rigward tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (c), kif ukoll, fil-każ tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b), tas-servizzi li jinsabu fl-Anness 1, tibbenefika mill-kura ppjanata mħallsa min-Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (il-Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni għall-Mard, l-Ungerija) (iktar ’il quddiem in-NEAK”) biss b’awtorizzazzjoni maħruġa minn qabel minnu.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) sa (3) tal-imsemmi digriet jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tiġi ppreżentata talba għal kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, in-NEAK għandu jeżamina f’terminu ta’ tmint ijiem minn meta jirċeviha jekk din tirrigwardax servizz magħruf u mħallas mis-sigurtà soċjali fl-Ungerija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk is-servizz huwa magħruf u mħallas mis-sigurtà soċjali, in-NEAK għandu jeżamina, f’terminu addizzjonali ta’ 15‑il jum, jekk il-pazjent jistax jiġi kkurat f’terminu aċċettabbli fuq il-livell mediku, indikat fit-talba, minn fornitur ta’ kura tas-saħħa ffinanzjat minn fondi pubbliċi. Jekk meħtieġ, in-NEAK għandu jagħmel riferiment għal espert sabiex jivverifika l-informazzjoni li tinsab fit-talba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk fornitur ta’ kura tas-saħħa ffinanzjata minn fondi pubbliċi jista’, f’terminu aċċettabbli fuq il-livell mediku indikat fit-talba, jikkura fl-Ungerija lill-persuna li tista’ titlob kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, in-NEAK għandu jiċħad it-talba u jipproponi fornitur ta’ kura tas-saħħa ffinanzjat minn fondi pubbliċi. In-NEAK għandu jindaga minn qabel fuq il-kapaċità ta’ akkomodazzjoni tal-fornitur nazzjonali ta’ kura tas-saħħa ffinanzjat minn fondi pubbliċi.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 7(1) tad-Digriet Governattiv:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Jekk il-persuna li tista’ titlob kura tas-saħħa barra mill-pajjiż tixtieq tibbenefika minn kura tas-saħħa barra mill-pajjiż minn fornitur ta’ kura li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni, jew għal kwalunkwe raġuni oħra mhux prevista mir-regolamenti tal-Unjoni, jew titlob awtorizzazzjoni li tagħtiha biss id-dritt li tibbenefika minn kura, mingħajr ma tippreċiża l-fornitur tal-kura tas-saħħa, hija għandha tippreċiża dan fit-talba tagħha. In-NEAK għandu jsegwi l-proċedura prevista fl-Artikolu 5(1) sa (3), billi jieħu inkunsiderazzjoni l-urġenza u ċ-ċirkustanzi partikolari. […]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-Anness 1 ta’ dan id-digriet isegwi li, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, kienu suġġetti għal awtorizzazzjoni:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ kura fi sptar li tinsab fl-Anness 3 tal-az egészségügyi szakellátás társadalombiztosítási finanszírozásának egyes kérdéseiről szóló 9/1993. (IV. 2.) NM rendelet (id-Digriet NM 9/1993. (IV. 2.) dwar ċerti kwistjonijiet ta’ ffinanzjar tal-kura tas-saħħa speċjalizzata mis-sigurtà soċjali, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Digriet Settorjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), is-servizzi kollha li jinkludu ospitalizzazzjoni, jew faċilitajiet u impjanti ta’ użu uniku relatati magħhom, irrimborsati bil-wieħed, li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness 1 tad-Digriet Settorjali, kif ukoll is-sustanzi attivi rrimborsati bil-waħda, li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness 1/A ta’ dan id-digriet;</P></ITEM><ITEM><P>il-kura ta’ ġurnata u l-kura amministrata fil-forma ta’ kura elenkata fl-Annessi 9, 10 u 10/A tal-imsemmi digriet;</P></ITEM><ITEM><P>il-proċeduri u interventi kirurġiċi elenkati fl-Anness 8 tal-istess digriet, ta’ valur għoli, mhux komuni fuq il-livell nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-kura marbuta ma’ trapjant ta’ organu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul is-sena 1987, WO, ċittadin Ungeriż, inqalgħatlu r-retina ta’ għajnu l-leminija u tilef il-vista minn din l-għajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Matul is-sena 2015, ġiet iddijanjostikata glawkoma fl-għajn tax-xellug ta’ WO. Il-kura li ngħatatlu f’diversi stabbilimenti mediċi Ungeriżi baqgħet mingħajr effett, u l-viżjoni tal-persuna kkonċernata baqgħet tmur lura u l-pressjoni intraokulari bdiet turi valuri għoljin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li, fid‑<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, WO għamel kuntatt ma’ tabib li jipprattika f’Recklinghausen (il-Ġermanja) u kiseb mingħandu appuntament għal eżami mediku fis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>. It-tabib informah li huwa kellu jtawwal iż-żjara tiegħu sat‑<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, data li fiha kien ikollu, jekk ikun il-każ, intervent oftalmoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sadanittant, eżami mediku li sar l-Ungerija fil‑<DATE ISO="20161015">15 ta’ Ottubru 2016</DATE> kien ivvaluta l-pressjoni intraokulari ta’ WO f’37 mmHG, jiġifieri rata tassew ogħla minn dik ta’ 21 mmHg li minnha pressjoni intraokulari titqies anormali. Wara l-eżami li WO kien għamel fis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE> fil-Ġermanja, it-tabib li jipprattika f’dan l-Istat Membru qies li l-intervent oftalmoloġiku kellu jsir b’urġenza sabiex tiġi ssalvagwardata l-vista ta’ WO. Huwa ġie operat fit‑<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE> b’suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>It-talba għar-rimbors tal-kura tas-saħħa transkonfinali ppreżentata minn WO ġiet miċħuda mis-Servizzi Amministrattivi u sussegwentement, wara rikors amministrattiv, mill-Budapest Főváros Kormányhivatala (is-Servizzi Amministrattivi tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija). Dawn is-servizzi tal-aħħar argumentaw li l-intervent oftalmoloġiku kien kura ppjanata li għaliha WO ma kienx kiseb l-awtorizzazzjoni minn qabel li jista’ jsir rimbors abbażi tagħha. Insostenn tad-deċiżjoni tagħhom, l-imsemmija servizzi invokaw l-Artikoli 4, 19, 20, u 27 tar-Regolament Nru 883/2004, l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament Nru 987/2009, kif ukoll l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Digriet Governattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>WO ppreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut tar-rimbors ta’ din il-kura tas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dik il-qorti tirrileva, fl-ewwel lok, li, fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Elchinov (C‑173/09, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Elchinov<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:581">EU:C:2010:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 49 KE (li sar l-Artikolu 56 TFUE) u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat‑<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="392" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 392, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru interpretata fis-sens li hija teskludi, fil-każijiet kollha, it-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlas ta’ kura fl-isptar mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, fid-dawl tax-xebh tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71, li ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Elchinov, ma’ dawk tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009 inkwistjoni f’din il-kawża, is-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dik is-sentenza tista’ tkun trasposta għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju għandha xi dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tissuġġetta, mingħajr kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi li jirriżultaw<?PAGE NO="11"?> mill-kundizzjoni medika tal-pazjent, ir-rimbors tal-kura tas-saħħa mogħtija lill-persuna assigurata fi Stat Membru ieħor għal talba għal awtorizzazzjoni minn qabel u tikkostitwixxi għalhekk ostakolu mhux iġġustifikat għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna assigurata tmur fi Stat Membru ieħor sabiex tagħmel eżami mediku minn fornitur ta’ kura tas-saħħa stabbilit f’dan l-Istat Membru u fejn tiġi operata minn dan il-fornitur l-għada ta’ dan l-eżami, jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> rregolata bl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009, u li teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Szombathely, l-Ungerija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>1)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, teskludi l-possibbiltà li tiġi awtorizzata a posteriori l-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni preliminari, inkluż meta, fil-każ li kieku kellha tiġi mistennija l-awtorizzazzjoni preliminari, kien jeżisti riskju reali li l-istat ta’ saħħa tal-pazjent jiddeterjora b’mod irreversibbli, tikkostitwixxi restrizzjoni kuntrarja għall-Artikolu 56 [TFUE]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ Stat Membru li, fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, teskludi l-possibbiltà ta’ awtorizzazzjoni a posteriori, inkluż meta fil-każ li kieku kellha tiġi mistennija l-awtorizzazzjoni preliminari, kien jeżisti riskju reali li l-istat ta’ saħħa tal-pazjent jiddeterjora b’mod irreversibbli, hija konformi mal-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva [2011/24], kif ukoll mal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-pazjenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali li, indipendentement mill-istat ta’ saħħa tal-pazjent li jagħmel it-talba, tistabbilixxi terminu ta’ proċedura ta’ 31 ġurnata sabiex l-awtorità kompetenti tagħti l-awtorizzazzjoni preliminari u 23 ġurnata sabiex tiċħadha, hija konformi mar-rekwiżit ta’ terminu ta’ proċedura raġonevoli li jieħu inkunsiderazzjoni l-kundizzjoni speċifika u l-urġenza kif ukoll iċ-ċirkustanzi individwali, stabbilit fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva [2011/24]? L-awtorità tista’ teżamina, fir-rigward tat-talba, jekk l-għoti tal-kura huwiex kopert mis-sigurtà soċjali u, fl-affermattiv, jekk jistax jipprovdiha f’terminu ġustifikabbli mill-perspettiva medika fornitur ta’ assistenza finanzjarja ffinanzjat minn fondi pubbliċi, filwaqt li, fin-negattiv, teżamina l-kwalità, is-sigurtà u r-relazzjoni bejn il-prezz u l-effikaċja tal-kura li jipprovdi l-fornitur indikat mill-pazjent?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tar-Regolament [Nru 883/2004], għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali jista’ jintalab biss jekk il-pazjent jitlob awtorizzazzjoni preliminari mingħand l-istituzzjoni kompetenti jew inkella [din id-dispożizzjoni] ma [t]eskludix minn[ha] nnif[isha], f’każ bħal dan, il-possibbiltà li ssir talba għal awtorizzazzjoni a posteriori għar-rimbors tal-ispejjeż?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Jaqa’ fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament [Nru 883/2004], il-każ fejn il-pazjent jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor wara li jkun kiseb appuntament konkret għal viżta medika u appuntament provviżorju għal eventwali operazzjoni jew intervent mediku l-għada tal-viżta medika, u, fid-dawl tal-istat ta’ saħħa tal-pazjent, l-operazzjoni jew intervent mediku effettivament isiru? Huwa possibbli, f’dan il-każ, abbażi [ta’ din id-dispożizzjoni] li ssir talba ta’ awtorizzazzjoni a posteriori għar-rimbors tal-ispejjeż?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Jaqa’ taħt il-kunċett ta’ trattament ipprogrammat, fis-sens tal-Artikolu 26 tar-Regolament [Nru 987/2009], il-każ fejn il-pazjent jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor wara li jkun kiseb appuntament konkret għal viżta medika u appuntament provviżorju għal eventwali operazzjoni jew intervent mediku l-għada tal-viżta medika, u, fid-dawl tal-istat ta’ saħħa tal-pazjent, l-operazzjoni jew intervent mediku effettivament isiru? F’dan il-każ, huwa possibbli, abbażi [ta’ dan l-artikolu], li ssir talba ta’ awtorizzazzjoni a posteriori għar-rimbors tal-ispejjeż? Fil-każ tal-kura urġenti u tan-natura vitali li jirreferi għalihom l-Artikolu 26(3) [tar-Regolament Nru 987/2009], hija meħtieġa wkoll abbażi tal-leġiżlazzjoni awtoritazzazzjoni preliminari fis-sens tal-Artikolu 26(1) [ta’ dan ir-regolament]?<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni kemm tal-Artikolu 56 TFUE, li jistabbilixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004, l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009 kif ukoll l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-applikabbiltà tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 u tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009 għal sitwazzjoni ddeterminata ma teskludix li din tista’ taqa’ wkoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u li l-persuna kkonċernata jkun jista’ jkollha b’mod parallel, taħt dan l-artikolu tal-aħħar, id-dritt li taċċedi għal kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f’kundizzjonijiet ta’ ħlas u ta’ rimbors differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 u fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Vanbraekel <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑368/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:400">EU:C:2001:400</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060516">16 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Watts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑372/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:325">EU:C:2006:325</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest ġuridiku li għandhom jiġu eżaminati d-domandi preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-raba’, il-ħames, u s-sitt domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’, il-ħames u s-sitt domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 u/jew l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009, li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-ewwel regolament, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, kura medika rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza tal-persuna assigurata, fuq id-deċiżjoni tagħha biss, meħuda wara l-ineffettività pprovata tal-kura kollha li ngħatatilha f’diversi stabbilimenti mediċi tal-Istat Membru ta’ residenza tagħha, u jekk, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-persuna assigurata tista’ titlob ir-rimbors, mill-istituzzjoni kompetenti, tal-ispejjeż li hija sostniet għall-kura ppjanata rċevuta matul iż-żjara tagħha fl-Istat Membru l-ieħor, anki jekk hija ma talbitx minn qabel awtorizzazzjoni għal dan l-għan mill-imsemmija istituzzjoni, għall-inqas meta ċirkustanzi partikolari, relatati b’mod partikolari mal-istat tas-saħħa tagħha u mal-evoluzzjoni probabbli tal-marda tagħha, jistgħu jiġġustifikaw l-assenza ta’ tali awtorizzazzjoni u, għalhekk, jippermettu r-rimbors mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar qabelxejn li r-Regolament Nru 883/2004 japplika, konformement mad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(l) tiegħu u tal-Artikolu 3(1) tiegħu, għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet legali oħrajn kif ukoll għall-miżuri l-oħrajn kollha ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali li jirrigwardaw is-sezzjonijiet ta’ sigurtà soċjali<?PAGE NO="13"?> msemmija f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar, bl-eċċezzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali minbarra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(l) tal-imsemmi regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840315">15 ta’ Marzu 1984</DATE>, <NAME.CASE>Tiel-Utrecht Schadeverzekering</NAME.CASE>, <NO.CASE>313/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:107">EU:C:1984:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex il-kawża prinċipali tkun tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u tar-Regolament Nru 987/2009, il-kura medika inkwistjoni fil-kawża prinċipali trid tkun ingħatat lil WO mill-fornitur privat tal-Istat Membru li mar fih sabiex jirċeviha, skont il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-raba’, il-ħames u s-sitt domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju jkollhom jiġu eżaminati biss fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE u tad-Direttiva 2011/24.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u fuq il-kundizzjonijiet għall-ħlas ta’ tali kura</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward dwar jekk kura medika transkonfinali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 u tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009, għandu jiġi rrilevat li, minkejja li dan il-kunċett ma jinsabx b’mod letterali fl-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, mit-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, espressament intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, moqrija fid-dawl tal-premessa 16 tar-Regolament Nru 987/2009, isegwi li tali kunċett ikopri l-kura tas-saħħa li persuna assigurata ser tingħata fi Stat Membru differenti minn dak li fih hija assigurata jew residenti, u li tikkonsisti f’servizzi <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT> msemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 883/2004, li, barra minn hekk, l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009 jagħmel riferiment għalih espressament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija distinta minn dik imsemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 883/2004 u fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 987/2009, li hija kura mhux mistennija mogħtija lill-persuna assigurata fl-Istat Membru li din il-persuna marret fih għal raġunijiet, pereżempju, turistiċi jew edukattivi, u li rriżultaw neċessarji, mill-perspettiva medika, sabiex ma tkunx obbligata tmur lura, qabel it-tmiem taż-żmien previst taż-żjara tagħha, fl-Istat Membru kompetenti sabiex hemmhekk tirċievi t-trattament neċessarju (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:340">EU:C:2010:340</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 883/2004, persuna assigurata li tmur fi Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk tibbenefika minn kura ppjanata, skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan ir-regolament, għandha titlob awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament, min-naħa tagħha, tagħti lill-persuna assigurata li taqa’ taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li għandha awtorizzazzjoni mitluba konformement mal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament, dritt għall-kura ppjanata mogħtija, f’isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih tingħata din il-kura, daqslikieku l-persuna interessata kienet taqa’ taħt din l-istituzzjoni tal-aħħar (ara, b’analoġija, dwar l-Artikolu 22(1)(c)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, li ġie ssostitwit bl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004, is-sentenza Elchinov, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 883/2004, din tistipula żewġ kundizzjonijiet li l-issodisfar tagħhom jagħmel obbligatorju l-ħruġ, mill-istituzzjoni kompetenti, tal-awtorizzazzjoni mitluba abbażi tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament (ara, b’analoġija, dwar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1408/71, is-sentenza Elchinov, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ssodisfatta l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, il-kura inkwistjoni għandha tkun fost is-servizzi previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li l-persuna assigurata tirrisjedi fit-territorju tiegħu. It-tieni kundizzjoni hija ssodisfatta biss jekk il-kura ppjanata li l-persuna assigurata biħsiebha<?PAGE NO="14"?> tirċievi fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tagħha ma tistax tingħatalha f’terminu aċċettabbli fuq il-livell mediku, fid-dawl tal-istat attwali tas-saħħa tagħha u tal-evoluzzjoni probabbli tal-marda tagħha, fl-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan kollu preċedenti jirriżulta li l-kura medika rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak li fih tirrisjedi l-persuna assigurata, fuq ir-rieda tagħha biss, għar-raġuni li, skont hi, din il-kura jew kura li għandha l-istess livell ta’ effettività kienet indisponibbli fl-Istat Membru ta’ residenza f’terminu medikament aċċettabbli, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 moqri flimkien mal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-benefiċċju ta’ tali kura huwa suġġett, konformement mal-Artikolu 20(1) tal-ewwel regolament, għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dritt għar-rimbors tal-ispejjeż tal-kura ppjanata fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 u/jew l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-ispejjeż li l-persuna assigurata sostniet għall-kura ppjanata rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak li hija tirrisjedi fih jistgħu jiġu rrimborsati lilha, mill-istituzzjoni kompetenti, għall-inqas meta hemm ċirkustanzi partikolari, relatati b’mod partikolari mal-istat tas-saħħa tagħha u mal-evoluzzjoni probabbli tal-marda tagħha, jistgħu jiġġustifikaw l-assenza ta’ din l-awtorizzazzjoni, għandu jiġi rrilevat qabelxejn li l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009, sa fejn dan sempliċement jipprevedi r-regoli dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u ta’ ħlas għall-kura ppjanata mogħtija lill-persuna assigurata, ma jirregolax il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-imsemmija awtorizzazzjoni. Huwa għalhekk fir-rigward tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004, moqri fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE, li għandha tingħata risposta għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà identifikat żewġ sitwazzjonijiet li fihom il-persuna assigurata, anki fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni maħruġa debitament qabel tibda tingħata l-kura ppjanata fl-Istat Membru taż-żjara, tista’ tikseb direttament ir-rimbors, mill-istituzzjoni kompetenti, ta’ ammont ekwivalenti għal dak li normalment kienet tħallas din l-istituzzjoni li kieku l-persuna assigurata kellha tali awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-ewwel każ, il-persuna assigurata tista’ tikseb tali rimbors meta, wara li tkun ingħatat rifjut min-naħa tal-istituzzjoni kompetenti wara talba għal awtorizzazzjoni, in-natura mhux fondata ta’ tali rifjut tkun sussegwentement stabbilita, jew mill-istituzzjoni kompetenti nnifisha, jew b’deċiżjoni ġudizzjarja (ara, b’analoġija, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 22(1)(c) tar-Regolament Nru 1408/71, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Vanbraekel <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑368/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:400">EU:C:2001:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni każ, il-persuna assigurata għandha d-dritt tikseb direttament ir-rimbors, mill-istituzzjoni kompetenti, ta’ ammont ekwivalenti għal dak li normalment jitħallas minn din tal-aħħar kieku din il-persuna kellha tali awtorizzazzjoni, meta, għal raġunijiet relatati mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi kura b’urġenza fi sptar, hija kienet prekluża milli titlob tali awtorizzazzjoni jew ma setgħetx tistenna d-deċiżjoni tal-istituzzjoni kompetenti fuq it-talba għal awtorizzazzjoni ppreżentata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’dan ir-rigward li leġiżlazzjoni li teskludi, fil-każijiet kollha, il-ħlas tal-kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni, iċċaħħad lill-persuna assigurata mill-ħlas ta’ tali kura, għalkemm il-kundizzjonijiet għal tali ħlas ikunu ssodisfatti. Tali leġiżlazzjoni, li ma tistax tiġi ġġustifikata b’kunsiderazzjonijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u, fi kwalunkwe każ, ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, tikkostitwixxi, konsegwentement, restrizzjoni mhux iġġustifikata fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, b’analoġija, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 49 KE u r-Regolament Nru 1408/71, is-sentenza Elchinov, punti 45 sa 47, 51 u 75).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li ma huwiex ikkontestat li WO ma talabx awtorizzazzjoni minn qabel, taħt l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 883/2004, għall-kura ppjanata li ngħatatlu fil-Ġermanja u li r-rifjut mill-istituzzjoni kompetenti li tirrimborsa l-ispejjeż relatati magħha huwa bbażat fuq is-sempliċi fatt li huwa ma talabx awtorizzazzjoni qabel ingħata din il-kura, għandu jiġi ddeterminat jekk huwa madankollu għandux dritt, konformement mal-ġurisprudenza li ssegwi mis-sentenza Elchinov, għar-rimbors, mill-istituzzjoni kompetenti, tal-ispejjeż li huwa sostna għall-imsemmija kura. Għal dan l-għan, hija l-istituzzjoni kompetenti, taħt l-istħarriġ tal-qorti nazzjonali, li għandha teżamina jekk iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti minn dik is-sentenza humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn naħa, għandu jiġi evalwat jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari relatati mal-istat tas-saħħa jew in-neċessità li tirċievi kura b’urġenza fi sptar, il-persuna assigurata kinitx prekluża milli titlob awtorizzazzjoni għall-ħlas ta’ tali kura fi Stat Membru ieħor jew, jekk hija ppreżentat tali talba għal awtorizzazzjoni qabel il-bidu tal-kura, ma setgħetx tistenna d-deċiżjoni tal-istituzzjoni kompetenti fuq din it-talba (ara, b’analoġija, is-sentenza Elchinov, punti 45 sa 47 u 75 sa 77, kif ukoll id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Luca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:467">EU:C:2013:467</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa neċessarju jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet għall-ħlas, mill-istituzzjoni kompetenti, tal-kura ppjanata inkwistjoni, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 883/2004, kif imfakkar fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, humiex barra minn hekk issodisfatti (ara, b’analoġija, is-sentenza Elchinov, punt 45, u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Luca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:467">EU:C:2013:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tikkonstata li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet huma ssodisfatti, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jkollu d-dritt li jikseb direttament ir-rimbors, mill-istituzzjoni kompetenti, tal-ammont imsemmi fil-punt 46 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-evalwazzjoni li l-qorti tar-rinviju ser ikollha tagħmel f’dan ir-rigward, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rispettivi kollha tal-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat, fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, li, bejn id‑<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, data li fiha WO għamel kuntatt mat-tabib li jipprattika fil-Ġermanja, għall-finijiet ta’ eżami u ta’ eventwali trattament, u d-data tal-intervent oftalmoloġiku li sarlu b’suċċess f’dan l-Istat Membru, fit‑<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu, l-għada tal-appuntament li huwa kien għamel għal eżami mediku, għaddew 20 jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Ċertament ma jirriżultax mid-deċiżjoni tar-rinviju li, matul dan il-perijodu, WO kien jinsab f’sitwazzjoni li tipprekludih milli jintroduċi, mal-istituzzjoni kompetenti, talba għal awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 883/2004 għall-kura ppjanata li kienet ser issirlu fil-Ġermanja. Madankollu, l-eżami mwettaq fl-Ungerija fil‑<DATE ISO="20161015">15 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li r-riżultat tiegħu kkonferma l-urġenza tal-intervent oftalmoloġiku li effettivament sar lil WO fil-Ġermanja fit‑<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, jista’ jikkostitwixxi indikazzjoni fis-sens li, anki jekk jitqies li ma kienx prekluż milli jippreżenta talba għal awtorizzazzjoni minn qabel, huwa ma setax jistenna d-deċiżjoni tal-istituzzjoni kompetenti fuq din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għar-raba’, il-ħames u s-sitt domanda preliminari għandha tkun li d-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004 u tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 987/2009, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</TXT><P>il-kura medika rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak li fih tirrisjedi l-persuna assigurata, fuq ir-rieda tagħha biss, għar-raġuni li, skont hi, din il-kura jew kura li għandha l-istess livell ta’ effettività kienet indisponibbli fl-Istat Membru ta’ residenza f’terminu medikament aċċettabbli, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, b’tali mod li l-benefiċċju ta’ tali kura, skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 883/2004, huwa, bħala prinċipju, suġġett għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza;</P><?PAGE NO="16"?><P>il-persuna assigurata li rċeviet kura ppjanata fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tagħha, mingħajr madankollu ma tkun talbet awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti, konformement mal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament, għandha dritt għal rimbors, fil-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament, tal-ispejjeż ta’ din il-kura, jekk</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>minn naħa, bejn id-data ta’ meta sar l-appuntament, għall-finijiet ta’ eżami mediku u ta’ eventwali trattament fi Stat Membru ieħor, u d-data meta ngħatatilha l-kura kkonċernata f’dan l-Istat Membru, li hija kellha żżur, din il-persuna kienet tinsab, għal raġunijiet relatati b’mod partikolari mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi kura b’urġenza hemmhekk, f’sitwazzjoni li kienet tipprekludiha milli titlob mill-istituzzjoni kompetenti tali awtorizzazzjoni jew li tistenna d-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni fuq tali talba, u</P></ITEM><ITEM><P>min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet l-oħrajn għall-ħlas tas-servizzi <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) ta’ dan l-istess regolament, huma, barra minn hekk, issodisfatti.</P></ITEM></LIST></P><P>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel il-verifiki neċessarji f’dan ir-rigward.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/24 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, fil-każijiet kollha, ir-rimbors tal-ispejjeż tal-kura medika mogħtija lill-persuna assigurata fi Stat Membru ieħor għal awtorizzazzjoni minn qabel, inkluż meta jkun jeżisti, fl-istennija tal-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni, riskju reali li l-istat tas-saħħa ta’ din il-persuna jmur lura b’mod irriversibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn iż-żewġ domandi hija rilevanti biss għall-kawża prinċipali fl-ipoteżi li WO ma għandux id-dritt li jikseb rimbors tal-ispejjeż tal-kura li saritlu fil-Ġermanja abbażi tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 883/2004, moqri fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, fin-nuqqas li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 55 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-awtorizzazzjoni minn qabel fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel il-ħlas jew ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mill-persuna assigurata fi Stat Membru differenti minn dak tal-affiljazzjoni tagħha, minkejja li l-ħlas jew ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn din il-persuna f’dan l-Istat Membru tal-aħħar ma huwiex suġġett għall-imsemmija awtorizzazzjoni, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Kohll</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑158/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:171">EU:C:1998:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:695">EU:C:2011:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li fost l-għanijiet li jistgħu jiġġustifikaw tali restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi hemm dawk li jipprevjenu riskju li jiġi ppreġudikat serjament il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali, li jinżamm servizz mediku u ta’ sptar ibbilanċjat u aċċessibbli għal kulħadd, li tinżamm kapaċità ta’ kura jew ta’ kompetenza medika fit-territorju nazzjonali, kif ukoll li jkun hemm ippjanar intiż, minn naħa, li jiżgura li fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat ikun hemm aċċess suffiċjenti u permanenti għal firxa bbilanċjata ta’ kura ta’ kwalità fl-isptar u, min-naħa l-oħra, li jiġi żgurat kontroll tal-ispejjeż u sabiex jiġi evitat, sa fejn possibbli, kull ħela ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani (ara, b’analoġija, is-sentenza Elchinov, punti 42 u 43 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu stabbilixxiet, f’dan il-kuntest, distinzjoni bejn, minn naħa, is-servizzi mediċi pprovduti mill-prattikanti fl-uffiċċju tagħhom jew fid-dar tal-pazjent u, min-naħa l-oħra, il-kura fl-isptar jew il-kura li tinvolvi l-użu ta’ tagħmir mediku speċjalizzat ħafna u li jqum ħafna flus (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>kura mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Decker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:167">EU:C:1998:167</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Kohll</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑158/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:171">EU:C:1998:171</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Smits u Peerbooms</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑157/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:404">EU:C:2001:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑512/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:579">EU:C:2010:579</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar kura fl-isptar u kura mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija, li jidħlu f’qafas li għandu partikolaritajiet inkontestabbli, li l-Artikolu 56 TFUE ma jipprekludix, bħala prinċipju, li d-dritt ta’ pazjent li jirċievi tali servizzi fi Stat Membru ieħor, iffinanzjati mis-sistema li jagħmel parti minnha, ikun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑512/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:579">EU:C:2010:579</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenza Elchinov, punti 40 sa 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li huwa neċessarju li l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-ħruġ ta’ tali awtorizzazzjoni jkunu ġġustifikati fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet imperattivi kif imfakkar fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, li ma jeċċedux dak li huwa oġġettivament neċessarju għal dan l-għan u li l-istess riżultat ma jistax jinkiseb permezz ta’ regoli inqas restrittivi tal-libertajiet ikkonċernati. Barra minn hekk, tali sistema għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u li jkunu magħrufa minn qabel, b’tali mod li jiġi kkontrollat l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal‑awtoritajiet nazzjonali sabiex din ma tkunx eżerċitata b’mod arbitrarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Elchinov, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-persuni assigurati li jmorru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel fi Stat Membru differenti minn dak tal-affiljazzjoni tagħhom sabiex jirċievu kura hemmhekk jistgħu jitolbu l-ħlas tal-kura rċevuta biss fil-limiti tal-kopertura ggarantita mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Elchinov, punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata). Bl-istess mod, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kura medika, sa fejn dawn la jkunu diskriminatorji u lanqas jikkostitwixxu ostakolu għall-moviment liberu tal-persuni, jibqgħu infurzabbli fil-każ ta’ kura pprovduta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ affiljazzjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-eżiġenza ta’ konsultazzjoni minn qabel ta’ tabib tal-familja qabel wieħed jikkonsulta speċjalista (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030513">13 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Müller-Fauré u van Riet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:270">EU:C:2003:270</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li xejn ma jipprekludi li Stat Membru jiffissa l-ammonti tar-rimbors li l-pazjenti li jkunu rċevew kura fi Stat Membru ieħor jistgħu jitolbu, sakemm dawn l-ammonti jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji u trasparenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030513">13 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Müller-Fauré u van Riet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:270">EU:C:2003:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-awtorizzazzjoni minn qabel fid-dawl tad-Direttiva 2011/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/24, bħalma jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 8 tagħha, twettaq kodifikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ċerti aspetti relatati mal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru differenti minn dak fejn jirrisjedi l-benefiċjarju, b’mod partikolari r-rimbors ta’ din il-kura, sabiex wieħed jasal għal applikazzjoni iktar ġenerali u dejjem iktar effikaċi tal-prinċipji stabbiliti każ b’każ mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/24 tapplika, skont l-Artikolu 2(m) tagħha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 987/2009. Għaldaqstant, l-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>[f]ir-rigward tat-talbiet għal awtorizzazzjoni minn qabel magħmula minn persuna assigurata bil-ħsieb li tirċievi kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jaċċerta jekk<?PAGE NO="18"?> il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament [Nru 883/2004] jkunux ġew issodisfatti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> u jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>[f]ejn dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati, l-awtorizzazzjoni minn qabel għandha tingħata skont dak ir-Regolament sakemm il-pazjent ma jitlobx li jsir mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Il-premessa 46 tal-imsemmija direttiva tippreċiża li, meta l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ħlas stipulati fir-Regolament Nru 883/2004 huma ssodisfatti, din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u s-servizzi għandhom jiġu pprovduti konformement ma’ dan ir-regolament, għall-inqas sakemm il-pazjent ma jitlobx mod ieħor. L-istess japplika meta l-awtorizzazzjoni tingħata wara eżami mill-ġdid amministrattiv jew ġudizzjarju tat-talba u li l-persuna kkonċernata tkun ibbenefikat minnha sa mit-trattament fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-Artikolu 7, li jinsab fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2011/24, li jirregola r-rimbors tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali, huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Prinċipji ġenerali għar-rimborż tal-ispejjeż<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, u jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, il-prinċipju skont liema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[m]ingħajr ħsara għar-Regolament [Nru 883/2004] u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-ispejjeż magħmula mill-persuna assigurata li tirċievi kura tas-saħħa transkonfinali jiġu rimborżati, jekk il-kura tas-saħħa inkwistjoni tkun fost il-benefiċċji li l-persuna assigurata hija intitolata għalihom fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2011/24 jipprovdi li l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali għandhom jiġu rrimborsati jew imħallsa direttament mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jitħallsu kieku din il-kura tas-saħħa kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż reali tal-kura tas-saħħa rċevuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 7(7) ta’ din id-direttiva jsegwi li l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq persuna assigurata, li tixtieq tibbenefika mir-rimbors tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali, l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi – kemm jekk stabbiliti fuq il-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali – li jimponi kieku din il-kura tas-saħħa kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu, inkluża valutazzjoni minn professjonist tas-saħħa, sakemm dawn il-kundizzjonijiet, kriterji għall-eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi ma jkunux diskriminatorji jew ma jikkostitwixxux ostakolu għall-moviment liberu ta’ pazjenti, servizzi jew merkanzija, sakemm dan ma jkunx iġġustifikat oġġettivament mir-rekwiżiti imperattivi tal-ippjanar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-Artikolu 7(8) tad-Direttiva 2011/24 isegwi li l-Istat Membru ma għandux jagħmel ir-rimbors tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel, ħlief fil-każijiet imniżżla fl-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/24, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>[k]ura tas-saħħa li tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, filwaqt li jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jipprevedi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimbors tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u l-Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva, dan l-istess Artikolu 8(1) jippreċiża li din is-sistema, inklużi l-kriterji u l-applikazzjoni tagħhom, u d-deċiżjonijiet individwali ta’ rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, għandha tkun ristretta għal dak li hu neċessarju u proporzjonali għall-għan imfittex u ma tistax tikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ostakolu mhux iġġustifikat għall-moviment liberu tal-pazjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24, li jistabbilixxi lista eżawrjenti tal-kura tas-saħħa li tista’ tiġi suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, isemmi, fil-punt (a) tiegħu, il-kura li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>hija soġġetta għar-rekwiżiti tal-ippjanar marbuta mal-ħsieb li jiġi żgurat aċċess suffiċjenti u permanenti għal għażla bbilanċjata ta’ trattamenti ta’ kwalità għolja fl-Istat Membru kkonċernat jew max-xewqa li jiġu kkontrollati l-ispejjeż u tiġi evitata, kemm jista’ jkun possibbli, kull ħela ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>tinvolvi akkomodazzjoni fi sptar mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> (punt (i)) jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati ħafna u għoljin ħafna<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> (punt (ii)).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikazzjoni, f’dan il-każ, tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 56 TFUE u tad-Direttiva 2011/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Mill-punti għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li, minn naħa, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari tal-Artikolu 27(6) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Mard, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Digriet Governattiv u tad-digriet settorjali, il-ħlas u r-rimbors mill-istituzzjoni kompetenti tal-kura fl-isptar kif ukoll l-interventi outpatient ta’ ġurnata, meta dawn kienu saru fi Stat Membru ieħor, kienu jiddependu minn awtorizzazzjoni minn qabel. Min-naħa l-oħra, il-benefiċċju tas-servizzi <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT> disponibbli fil-kuntest tas-sigurtà soċjali Ungeriża li WO kien affiljat magħha ma kienx suġġett għal tali awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-talba ta’ WO intiża għar-rimbors tal-ispejjeż tal-kura medika li kienet ingħatatlu fil-Ġermanja ġiet miċħuda fit-totalità tagħha mill-istituzzjoni kompetenti, minħabba l-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel. Din iċ-ċaħda kienet tirrigwarda, bla ħsara għal verifiki li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel, kemm l-ispejjeż tal-intervent oftalmoloġiku li sar fit‑<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE> kif ukoll dawk tal-konsultazzjoni medika li saret fis‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>. Madankollu mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jsegwix li r-rimbors, għall-benefiċċju tal-persuna affiljata mas-sistema obbligatorja ta’ assigurazzjoni għall-mard Ungeriża, tal-ispejjeż relatati ma’ konsultazzjoni medika fl-Ungerija, kien suġġett għal tali awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 58 ta’ din is-sentenza jirriżulta li sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel bħal dik implimentata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġustifikazzjoni tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha xi dubji dwar in-natura proporzjonata tar-restrizzjoni li għandha s-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel implimentata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn ir-rimbors tal-ispejjeż tal-kura transkonfinali huwa suġġett, fil-każijiet kollha, għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, inkluż meta l-persuna assigurata, fid-dawl tal-kundizzjoni medika tagħha li teħtieġ kura b’urġenza ta’ natura vitali u tal-importanza ewlenija tal-proċedura applikabbli, ma tkunx talbet mill-istituzzjoni kompetenti awtorizzazzjoni qabel il-bidu tal-kura. Barra minn hekk, dik il-qorti tindika li, peress li l-introduzzjoni ta’ talba għal awtorizzazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ma hijiex prevista, ma huwiex possibbli li jiġi vverifikat, f’talba għal rimbors tal-ispejjeż ta’ kura transkonfinali, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan l-għan humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż jispjega, min-naħa tiegħu, li s-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ħlas u għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transkonfinali, implimentata mil-leġiżlazzjoni Ungeriża, hija intiża li tippermetti lis-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali taffaċċja l-isfidi eċċezzjonali, fis-sens ta’ ppjanar, li jqumu f’soċjetà li qiegħda tixjieħ. Dan il-gvern jargumenta li, kieku kienet miftuħa l-possibbiltà li tintalab awtorizzazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, din ma kinitx tħajjar iktar lill-pazjenti li jitolbu awtorizzazzjoni minn qabel u kienet tkun ta’ benefiċċju għal dawk informati aħjar u li għandhom il-mezzi sabiex jieħdu kura barra mill-pajjiż, bil-konsegwenza ta’ eżawriment tar-riżorsi finanzjarji tas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali. Din is-sistema, li huma affiljati magħha diversi miljuni ta’ persuni, maż-żmien tispiċċa tiddgħajjef, kemm finanzjarjament kif ukoll fuq il-livell tar-riżorsi umani.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ġustifikazzjoni invokata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-ġustifikazzjoni mqajma mill-Gvern Ungeriż taqa’, essenzjalment, taħt il-ħtieġa li jiġi żgurat fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat aċċess suffiċjenti u permanenti għal firxa bbilanċjata ta’ kura ta’ kwalità fl-isptar u, min-naħa l-oħra, li jiġi żgurat kontroll tal-ispejjeż u sabiex jiġi evitat, sa fejn possibbli, kull ħela ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani. Issa, bħalma jirriżulta mill-punti 59 u 72 ta’ din is-sentenza, tali għanijiet, bħala prinċipju, jistgħu jiġġustifikaw, fid-dawl kemm tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 56 TFUE, kif ukoll tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24, l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimbors tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa rċevuti fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Madankollu, bħalma jsegwi mill-punti 60, 61 u 72 ta’ din is-sentenza, din iċ-ċirkustanza imperattiva tista’ tiġi invokata biss, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 56 TFUE, fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24, f’ċerti sitwazzjonijiet biss li huma elenkati b’mod eżawrjenti f’din il-ġurisprudenza u fil-punti (i) u (ii) ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, u l-konsultazzjoni medika ma hijiex fost is-sitwazzjonijiet imsemmija. Minn dan isegwi li r-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li timponi l-awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ tali konsultazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor ma tistax tiġi ġġustifikata b’riferiment għall-għanijiet imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza u ma tosservax il-kundizzjonijiet previsti fl-inċiżi (i) u (ii) tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-intervent oftalmoloġiku li sar lil WO matul iż-żjara tiegħu fil-Ġermanja, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li dan huwa kura fl-isptar jew kura mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 60 ta’ din is-sentenza u fl-inċiżi (i) u (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24. Huwa biss f’tali ipoteżi li ċ-ċirkustanza imperattiva invokata mill-Gvern Ungeriż tkun, bħala prinċipju, ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proporzjonalità tas-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-każ li l-kura kkonċernata tkun tikkostitwixxi kura fl-isptar jew mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija, ikun irid ukoll jiġi vverifikat jekk is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel implimentata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ tali kura, irċevuta fi Stat Membru ieħor, tosservax il-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità, konformement mal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 62 ta’ din is-sentenza u fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, fil-każijiet kollha, il-ħlas ta’ kura fl-isptar mogħtija mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel iċċaħħad lill-persuna assigurata, li, għal raġunijiet marbuta mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi kura urġenti fi sptar, ġiet ostakolata milli titlob tali awtorizzazzjoni jew ma setgħetx tistenna t-tweġiba mill-istituzzjoni kompetenti, mill-ħlas, minn din l-istituzzjoni, ta’ tali kura, għalkemm il-kundizzjonijiet għal tali ħlas ikunu barra minn hekk issodisfatti (sentenza Elchinov, punt 45).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, f’sitwazzjonijiet bħal dawk deskritti fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, il-ħlas ta’ tali kura ma huwiex tali li jipperikola l-kisba ta’ għanijiet ta’ ppjanar ta’ sptar u lanqas ma jippreġudika serjament il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali, peress li tali ħlas ma jaffettwax iż-żamma ta’ servizz ta’ sptar ibbilanċjat u aċċessibbli għal kulħadd, u lanqas il-kapaċità ta’ kura u ta’ kompetenza medika fit-territorju nazzjonali (sentenza Elchinov, punt 46).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet li waslet għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dritt għall-ħlas, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, tal-kura fl-isptar fi Stat Membru ieħor, fil-kuntest tal-Artikolu 49 KE u tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1408/71, jistgħu jiġu trasposti għall-kuntest tal-Artikolu 56 TFUE u tad-Direttiva 2011/24, dwar id-dritt għal rimbors, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, tal-kura fl-isptar jew mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi r-rimbors, mill-istituzzjoni kompetenti, tal-ispejjeż relatati mal-kura fl-isptar jew mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija rċevuti fi Stat Membru ieħor, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, inkluż fis-sitwazzjonijiet partikolari li fihom il-persuna assigurata kienet prekluża milli titlob tali awtorizzazzjoni jew ma setgħetx tistenna d-deċiżjoni tal-istituzzjoni kompetenti fuq it-talba għal awtorizzazzjoni ppreżentata, għal raġunijiet marbuta mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi tali kura b’urġenza, anki jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ħlas ikunu barra minn hekk issodisfatti, ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità mfakkar fil-punti 62 u 71 ta’ din is-sentenza. Għaldaqstant, din il-leġiżlazzjoni tinkludi restrizzjoni sproporzjonata għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilita fl-Artikolu 56 TFUE u tikser l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u t-tieni domanda għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 56 TFUE u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, ir-rimbors, fil-limiti tal-kopertura żgurata mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat ta’ affiljazzjoni, spejjeż ta’ konsultazzjoni medika sostnuti fi Stat Membru ieħor;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/24 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ li l-persuna assigurata kienet prekluża milli titlob awtorizzazzjoni jew ma setgħetx tistenna d-deċiżjoni tal-istituzzjoni kompetenti fuq it-talba ppreżentata, għal raġunijiet marbuta mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi kura b’urġenza fl-isptar jew mhux fl-isptar ta’ importanza ewlenija, anki jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ħlas ikunu barra minn hekk issodisfatti, teskludi, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, ir-rimbors, fil-limiti tal-kopertura żgurata mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat ta’ affiljazzjoni, spejjeż ta’ tali kura li ngħatatilha fi Stat Membru ieħor.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24, li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiffissaw termini raġonevoli għat-trattament tat-talbiet għal kura tas-saħħa transkonfinali, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, indipendentement mill-kundizzjoni medika tal-pazjent li jkun talab awtorizzazzjoni minn qabel għall-ħlas tal-kura transkonfinali, jipprevedi terminu ta’ 31 jum għall-ħruġ ta’ tali awtorizzazzjoni u ta’ 23 jum għar-rifjut tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24 jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiffissaw termini raġonevoli li t-talbiet għal kura tas-saħħa transkonfinali għandhom jiġu ttrattati fihom, kif ukoll li jieħdu inkunsiderazzjoni, għall-eżami ta’ dawn it-talbiet, konformement mal-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>il-kundizzjoni medika speċifika<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>l-urġenza u ċ-ċirkostanzi individwali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Filwaqt li l-qorti tar-rinviju tindika li t-terminu għat-trattament tat-talbiet għal awtorizzazzjoni minn qabel għall-ħlas tal-kura tas-saħħa transkonfinali huwa ffissat mil-leġiżlazzjoni Ungeriża indipendentement mill-kundizzjoni medika tal-pazjent li jkun talab tali awtorizzazzjoni, mill-osservazzjonijiet bil-miktub kemm tal-Gvern Ungeriż kif ukoll tal-Kummissjoni jirriżulta li<?PAGE NO="22"?> l-Artikolu 7(1) tad-Digriet Governattiv, li ttraspona l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24 fl-ordinament ġuridiku Ungeriż, jippermetti lill-istituzzjoni kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari u l-urġenza tal-każ inkwistjoni fil-kuntest ta’ awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 5 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ebda dokument fil-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jsegwi li, matul it-trattament tat-talbiet għal awtorizzazzjoni minn qabel għall-kura tas-saħħa transkonfinali, l-istituzzjonijiet kompetenti ma jiħdux inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari u l-urġenza tal-każ konkret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għalhekk ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ 31 jum għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ħlas ta’ kura transkonfinali u ta’ 23 jum għar-rifjut tagħha, filwaqt li tippermetti lill-istituzzjoni kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari u l-urġenza tal-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, u tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">il-kura medika rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak li fih tirrisjedi l-persuna assigurata, fuq ir-rieda tagħha biss, għar-raġuni li, skont hi, din il-kura jew kura li għandha l-istess livell ta’ effettività kienet indisponibbli fl-Istat Membru ta’ residenza f’terminu medikament aċċettabbli, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>kura ppjanata<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, b’tali mod li l-benefiċċju ta’ tali kura, skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 883/2004, huwa, bħala prinċipju, suġġett għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza;</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">il-persuna assigurata li rċeviet kura ppjanata fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tagħha, mingħajr madankollu ma tkun talbet awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni kompetenti, konformement mal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament, għandha dritt għal rimbors, fil-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament, tal-ispejjeż ta’ din il-kura, jekk:</HT></P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">minn naħa, bejn id-data ta’ meta sar l-appuntament, għall-finijiet ta’ eżami mediku u ta’ eventwali trattament fi Stat Membru ieħor, u d-data meta ngħatatilha l-kura kkonċernata f’dan l-Istat Membru, li hija kellha żżur, din il-persuna kienet tinsab, għal raġunijiet relatati b’mod partikolari mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi kura b’urġenza hemmhekk, f’sitwazzjoni li kienet tipprekludiha milli titlob mill-istituzzjoni kompetenti tali awtorizzazzjoni jew li tistenna d-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni fuq tali talba, u</HT></P></ITEM><?PAGE NO="23"?><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet l-oħrajn għall-ħlas tas-servizzi <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) ta’ dan l-istess regolament, huma, barra minn hekk, issodisfatti.</HT></P></ITEM></LIST></P><P><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel il-verifiki neċessarji f’dan ir-rigward.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 56 TFUE u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20110309">9 ta’ Marzu 2011</DATE> dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, ir-rimbors, fil-limiti tal-kopertura żgurata mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat ta’ affiljazzjoni, spejjeż tal-konsultazzjoni medika sostnuti fi Stat Membru ieħor.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/24 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ li l-persuna assigurata kienet prekluża milli titlob awtorizzazzjoni jew ma setgħetx tistenna d-deċiżjoni tal-istituzzjoni kompetenti fuq it-talba ppreżentata, għal raġunijiet marbuta mal-istat tas-saħħa tagħha jew man-neċessità li tirċievi kura b’urġenza fl-isptar jew kura b’urġenza li tinvolvi l-użu ta’ tagħmir mediku speċjalizzat ħafna u li jqum ħafna flus, anki jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ħlas ikunu barra minn hekk issodisfatti, teskludi, fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, ir-rimbors, fil-limiti tal-kopertura żgurata mis-sistema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat ta’ affiljazzjoni, spejjeż ta’ tali kura li ngħatatilha fi Stat Membru ieħor.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ 31 jum għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ħlas ta’ kura transkonfinali u ta’ 23 jum għar-rifjut tagħha, filwaqt li tippermetti lill-istituzzjoni kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari u l-urġenza tal-każ inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>