31990D0518



Official Journal L 291 , 23/10/1990 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-24 Settembru 1990

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi proċedura għall-iskambju ta' l-informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi

(90/518/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles li l-Komunità Ekonomika Ewropea kkonkludiet ma’, rispettivament, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja and Konfederazzjoni Svizzera jinkludu fost oħrajn l-għanijiet tat-tneħħija tal-barrieri għall-kummerċ;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tistabbilixxi ma’ l-Istati msemmija skambju ta' informazzjoni fl-oqsma tar-regolamenti tekniċi bil-għan li jkun evitat il-ħolqien ta' barrieri tekniċi għall-kummerċ;

Billi l-Kummissjoni kellha negozjati ma’ l-Istati msemmija, li rriżultaw fi Ftehim iffirmat fi Brussel fid-19 ta' Diċembru 1989.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim bejn il-Komunità, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-proċedura għall-iskambju ta' l-informazzjoni fl-oqsma tar-regolamenti tekniċi qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

2. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jista’ jagħmel, f'isem il-Komunità, in-notifika prevista fl-Artikolu 17 tal-Ftehim [1].

Magħmula fi Brussel, 24 Settembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Saccomandi

[1] Ara paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------