<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑249/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0249</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:472">EU:C:2017:472</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170615">15. 6.2017</DATE>– KAWŻA C-249/16</P><P>KAREDA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>materji kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ kuntratt ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-249/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160502">2 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Saale Kareda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stefan Benkö,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal S. Kareda, minn C. Függer, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal S. Benkö, minn S. Alessandro, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Stefan Benkö u Saale Kareda dwar ir-rimbors ta’ pagamenti mensili fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu komuni, imħallsa minn S. Benkö fin-nuqqas ta’ ħlas minn S. Kareda.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1215/2012</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-premessa 4 tar-Regolament Nru 1215/2012 jirriżulta li dan huwa intiż, fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, sabiex jintroduċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>dispożizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u sabiex jiżguraw għarfien u eżekuzzjoni malajr u sempliċi ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 15 u 16 tal-imsemmi regolament jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(15)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdzzjoni jinsabu fil-Kapitolu II tal-istess regolament. Dan il-kapitolu fih b’mod partikolari t-Taqsimiet 1, 2 u 4, rispettivament intitolati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ġurisdizzjoni fuq kuntratti tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jinsab fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament Nru 1215/2012, li jinsab fit-Taqsima 2 tal-imsemmi Kapitolu II, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettiq tal-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti ġew ikkonsenjati jew suppost li kienu kkonsenjati,</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti [provvista ta’ servizzi], il-post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti [is-servizzi] ġew ikkonsenjati [ipporvduti] jew suppost li kienu kkonsenjati [pprovduti];</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jekk il-punt (b) ma japplikax, japplika l-punt (a);</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 hija identika għal dik tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) li ġie abrogat bir-Regolament Nru 1215/2012. Barra minn hekk, dan l-Artikolu 7(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>) kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri ġodda għal din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jinsab fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ din, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jitqies lil hinn minn negozju jew professjoni tiegħu, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din it-Taqsima, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 u l-punt 5 tal-Artikolu 7, jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti li jitħallsu bin-nifs;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikun kuntratt għal self li jitħallas bin-nifs, jew għal xi għamla oħra ta’ kreditu, magħmula sabiex tiffinanzja l-bejgħ ta’ oġġetti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra kollha, il-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li tinvolvi ruħha f’attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, bi kwalunkwe mezzi, tidderieġi tali attivitajiet lejn dak l-Istat Membru jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u l-kuntratt jidħol fl-ambitu ta’ attivitajiet bħal dawk.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, li jinsab ukoll taħt din it-Taqsima 4, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Konsumatur jista’ jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra ta’ kuntratt fil-qrati tal-Istat Membru li fih tkun domiċiljata dik il-parti jew, irrispettivament mid-domiċilju tal-parti l-oħra, fil-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat il-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jistgħu jitressqu proċeduri kontra konsumatur mill-parti l-oħra tal-kuntratt biss fil-qrati tal-Istat Membru li fih ikun domiċiljat il-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament Nru 1215/2012 tikkorrispondi għal dik tal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>), jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(7)</NO.P><TXT>L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament [Nru 44/2001] u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) […].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Sa fejn tkun konċernata l-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>forniment [provvista] ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>bejgħ ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> għandhom jkunu interpretati bl-istess mod meta jiġi applikat l-Artikolu 5 tar-Regolament [Nru 44/2001] sa fejn il-bejgħ ta’ oġġetti u l-forniment ta’ servizzi ikunu koperti minn dak ir-Regolament. Għalkemm kuntratti ta’ konċessjoni u ta’ distribuzzjoni huma kuntratti għal servizzi, huma s-suġġett ta’ regoli speċifiċi.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Surroga ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Fejn persuna (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>il-kreditur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) ikollha dritt kuntrattwali kontra oħra (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>id-debitur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) u persuna terza jkollha l-obbligu li tissodisfa lill-kreditur, jew fil-fatt issodisfat lill-kreditur fit-twettiq ta’ dak l-obbligu, il-liġi li tirregola l-obbligu tal-persuna terza li tissodisfa lill-kreditur għandha tiddetermina jekk u sa liema punt il-persuna terza jkollha l-jedd li teżerċita kontra d-debitur d-drittijiet li l-kreditur kellu kontra d-debitur taħt il-liġi li tirregola r-relazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Pluralità ta’ debituri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>Jekk kreditur ikollu pretensjoni kontra diversi debituri li jkunu marbuta mill-istess pretensjoni, u wieħed mid-debituri diġà ssodisfa l-pretensjoni fis-sħiħ jew parzjalment, il-liġi li tirregola l-obbligazzjoni tad-debitur lejn il-kreditur għandha tirregola ukoll id-dritt tad-debitur li jitlob adempiment mid-debituri l-oħra. Id-debituri l-oħra jistgħu jeċċepixxu d-difiżi li kellhom kontra l-kreditur sal-limitu permess mil-liġi li tirregola l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn il-kreditur”.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 896 tal-Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili ġenerali, iktar ’il quddiem l-“ABGB) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kodebitur <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> li jkun ħallas waħdu d-dejn kollu huwa awtorizzat, anki mingħajr ma kien hemm trasferiment ta’ drittijiet, jitlob lid-debituri l-oħra r-rimbors, u dan f’ammonti ugwali jekk ma jkun ġie miftiehem ebda ammont ieħor bejniethom.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel ma ġie emendat miż-Zahlungsverzugsgesetz (liġi dwar id-dewmien fil-ħlas, BGBl. I, 2013/50), l-Artikolu 905(2) tal-ABGB kien jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>f’każ ta’ dubju, id-debitur għandu jħallas lill-kreditur il-ħlasijiet fi flus kontanti għar-riskju u bi spejjeż tiegħu, fid-domiċilju (post ta’ stabbiliment) tal-kreditur.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 1042 tal-ABGB jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Kull persuna li ssostni spiża għal persuna oħra li kellha tiġi sostnuta minn din tal-aħħar stess skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi għandha d-dritt li titlob ir-rimbors tagħha<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>S. Benkö, ċittadin Awstrijak iddomiċiljat fl-Awstrija, ressaq azzjoni quddiem il-Landesgericht St. Pölten (qorti reġjonali ta’ St. Pölten, l-Awstrija) kontra l-ex sieħba tiegħu, S. Kareda, ċittadina Estonjana residenti f’indirizz mhux magħruf fl-Estonja, sabiex jikseb ir-rimbors tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">17145,41</FT>, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul l-2007, meta kienu jgħixu flimkien fl-Awstrija, S. Benkö u S. Kareda xtraw dar, għall-prezz ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">190000</FT>, li issa huma kull wieħed minnhom proprjetarju ta’ nofs indiviż. Fl-assenza ta’ fondi proprji, irrikorrew għal tliet selfiet, rispettivament ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">150000</FT>, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, miftiehma f’Marzu 2007 mingħand bank Awstrijak sabiex jiffinanzjaw dan ix-xiri u x-xogħlijiet fuq il-fond neċessarji. Kemm S. Benkö kif ukoll S. Kareda kellhom il-kwalità ta’ persuna li tissellef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-tmiem tas-sena 2011, S. Kareda kienet temmet il-ħajja komuni ma’ S. Benkö u reġgħet marret toqgħod fl-Estonja, f’post mhux magħruf f’dan il-pajjiż. Hija waqfet tipparteċipa għar-rimbors ta’ dan is-self minn Ġunju 2012, u għalhekk, minn dak iż-żmien, S. Benkö qiegħed jerfa’ waħdu l-oneru tar-rimbors ta’ dan is-self. L-azzjoni mressqa minn S. Benkö hija intiża għalhekk għall-kundanna ta’ S. Kareda sabiex tirrimborsalu, skont l-Artikolu 1042 tal-ABGB, is-somom korrispondenti għall-ħlas li huwa għamel għaliha sa Ġunju 2014 inkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza, il-Landesgericht St. Pölten (qorti reġjonali ta’ St. Pölten, l-Awstrija) ikkuntattjat l-ambaxxata tal-Estonja fl-Awstrija sabiex tikseb l-indirizz tad-domiċilju ta’ S. Kareda, iżda mingħajr l-ebda riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-mandatar maħtur sabiex jirċievi n-notifiki kollha għal S. Kareda qajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fejn sostna li din kellha d-domiċilju tagħha fl-Estonja. Skont dan, minn naħa, il-fatti deskritti minn S. Benkö ma jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, Taqsimiet 2 sa 7 tar-Regolament Nru 1215/2012. Min-naħa l-oħra, il-qorti adita ma għandhiex ġurisdizzjoni territorjali, peress li l-post fejn hija stabbilita s-sede soċjali tal-bank fejn ġie kkuntrattat is-self inkwistjoni, u li jikkorrispondi għall-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ rimbors ta’ dan is-self, ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni territorjali tal-Landesgericht St. Pölten (qorti reġjonali ta’ St. Pölten).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Filwaqt li laqgħet dan l-argument, din il-qorti kkonstatat li ma kellhiex ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tisma’ l-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Adita b’appell kontra din id-deċiżjoni minn S. Benkö, l-Oberlandesgericht Wien (qorti reġjonali superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija) iddeċidiet li l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 kienet determinata mill-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali ta’ rimbors, jiġifieri, skont din il-qorti, id-domiċilju ta’ debitur. Il-Landesgericht St. Pölten (qorti reġjonali ta’ St. Pölten) għandha għalhekk ġurisdizzjoni internazzjonali u territorjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-mandatarju ta’ S. Kareda ppreżenta rikors għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kontra din id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberster Gerichtshof, l-Awstrija), sabiex tikkonstata n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati Awstrijaċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal rimbors (azzjoni għal kumpens/azzjoni għal irkupru) li d-debitur li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu (komuni) ma’ bank, ikun ħa waħdu r-responsabbiltà tar-rimbors tal-kreditu, jeżerċita kontra d-debitur l-ieħor obbligat minn dan il-kuntratt ta’ kreditu, tikkostitwixxi azzjoni kuntrattwali (sekondarja) li tirriżulta mill-kuntratt ta’ kreditu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:</TXT><P>Fir-rigward tal-azzjoni għal rimbors (bħala azzjoni għal kumpens/azzjoni għal irkupru) ta’ debitur kontra d-debitur l-ieħor obbligat mill-kuntratt ta’ kreditu li jservi bħala bażi għat-talba, il-post ta’ eżekuzzjoni huwa stabbilit</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 ([<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>]) jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>skont il-lex causae, skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 7(1)(c) u (a) tar-Regolament Nru 1215/2012?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, parti (a):</TXT><P>L-għoti tal-kreditu mill-bank jikkostitwixxi l-provvista kuntrattwali li tikkaratterizza l-kuntratt ta’ kreditu u, konsegwentement, il-post ta’ eżekuzzjoni għall-provvista ta’ dan is-servizz huwa stabbilit, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, skont is-sede tal-bank, meta l-għoti tal-kreditu jkun sar esklużivment f’dan il-post?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, parti b):</TXT><P>Sabiex jiġi stabbilit, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, il-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali miksur, għandu jsir riferiment</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għad-data li fiha s-self ikun sar miż-żewġ debituri (Marzu 2007) jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għad-dati partikolari li fihom id-debitur tal-kreditu li għandu d-dritt li jeżerċita l-azzjoni għal irkupru jkun għamel lill-bank il-pagamenti li fuqhom huma bbażati t-talbiet tiegħu (Ġunju 2012 sa Ġunju 2014)?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ kuntratt ta’ kreditu taqa’ taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>materji kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, jaqbel li jsir riferiment għall-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 kif ukoll għall-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, li tapplika wkoll għall-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kkwalifikati bħala ekwivalenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>ÖFAB</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:490">EU:C:2013:490</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta, minn naħa, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>materji kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, li, sabiex taqa’ taħt<?PAGE NO="7"?> dawn il-materji, l-azzjoni tar-rikorrent għandha tkun dwar obbligu ġuridiku aċċettat liberament minn persuna fir-rigward ta’ persuna oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Česká spořitelna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-419/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:165">EU:C:2013:165</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kolassa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-375/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:37">EU:C:2015:37</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabelxejn, li l-kriterji tal-fatturi ta’ konnessjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom japplikaw għat-talbiet kollha bbażati fuq l-istess kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rehder</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-204/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:439">EU:C:2009:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li jaqgħu taħt il-materji kuntrattwali l-obbligi kollha li joriġinaw mill-kuntratt li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tiegħu tiġi invokata insostenn tal-azzjoni tar-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE>, <NAME.CASE>De Bloos</NAME.CASE>, <NO.CASE>14/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:134">EU:C:1976:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880308">8 ta’ Marzu 1988</DATE>, <NAME.CASE>Arcado</NAME.CASE>, <NO.CASE>9/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:127">EU:C:1988:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-obbligi li jirriżultaw bejn żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, bħall-partijiet fil-kawża prinċipali, u, b’mod partikolari, għall-possibbiltà għal kodebitur li jkun ħallas parti minn jew is-sehem kollu tal-kodebitur fid-dejn komuni li jirkupra l-ammont hekk imħallas billi jibda azzjoni ta’ rkupru (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kostanjevec</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-185/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:763">EU:C:2016:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjoni tiegħu, peress li r-raġuni għal din l-azzjoni hija hi stess marbuta mal-eżistenza ta’ dan il-kuntratt, ikun artifiċjali, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012, li jiġu sseparati dawn ir-relazzjonijiet legali mill-kuntratt minn fejn jirriżultaw u li jikkostitwixxi l-bażi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, anki jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati fid-dawl tas-sistema stabbilita minn dan kif ukoll tal-għanijiet li jsostnuh (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kainz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-45/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:7">EU:C:2014:7</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan ta’ koerenza fl-applikazzjoni, b’mod partikolari, ta’ dan l-aħħar regolament u tar-Regolament Ruma I (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>ERGO Insurance u Gjensidige Baltic</NAME.CASE> <NO.CASE>C-359/14 u C-475/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:40">EU:C:2016:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, l-interpretazzjoni li azzjoni ta’ rkupru, bħal dik fil-kawża prinċipali, għandha tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt materji kuntrattwali, fis-sens tar-Regolament Nru 1215/2012 taqbel ukoll ma’ dan l-għan ta’ koerenza. Fil-fatt, l-Artikolu 16 tar-Regolament Ruma I jorbot ir-relazzjoni bejn diversi debituri espressament ma’ dik li teżisti bejn id-debitur u l-kreditur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ kuntratt ta’ kreditu taqa’ taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>materji kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn stabbiliment ta’ kreditu u żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, għandu jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>servizzi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, li l-formulazzjoni tiegħu hija identika għal dik tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, jimplika, tal-inqas, li l-parti li tipprovdihom twettaq attività determinata bħala kontroparti ta’ remunerazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Granarolo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-196/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:559">EU:C:2016:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 40 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn stabbiliment ta’ kreditu u persuna li tissellef, il-provvista ta’ servizzi tinsab fl-għoti lit-tieni ta’ somma ta’ flus minn tal-ewwel kontra remunerazzjoni mħallsa mill-persuna li tissellef, bħala regola fil-forma ta’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li tali kuntratt ta’ kreditu għandu jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn stabbiliment ta’ kreditu u żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, għandu jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta stabbiliment ta’ kreditu jagħti kreditu lil żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti [is-servizzi] ġew ikkonsenjati [ipporvduti] jew suppost li kienu kkonsenjati [pprovduti]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa ħlief jekk jiġi miftiehem kuntrarju, dak tas-sede ta’ dan l-istabbiliment, inkluż sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti adita sabiex tisma’ l-azzjoni ta’ rkupru bejn dawn il-kodebituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ddeterminat, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu karatteristiku tal-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Granarolo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-196/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:559">EU:C:2016:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kreditu, l-obbligu karatteristiku huwa l-għoti stess tas-somma mislufa, meta l-obbligu tal-persuna li tissellef li tirrimborsa l-imsemmija somma huwa biss il-konsegwenza tal-eżekuzzjoni tal-prestazzjoni tal-persuna li ssellef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li, ħlief fl-ipoteżi, invokata mill-qorti tar-rinviju fid-domanda tagħha, ta’ ftehim kuntrarju, il-post fejn is-servizzi ġew ipprovduti, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa, f’każ ta’ għoti ta’ kreditu minn stabbiliment ta’ kreditu, il-post fejn tinsab is-sede ta’ dan l-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk din il-kunsiderazzjoni hijiex ukoll rilevanti sabiex tiġi ddeterminata l-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-obbligu ta’ rimbors, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 31 ta’ din is-sentenza, tali azzjoni tikseb il-fondament tagħha fil-kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> u l-istabbiliment ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dak li jippreċedi kif ukoll mill-għanijiet ta’ prevedibbiltà, ta’ unifikazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja kif intiżi mir-Regolament Nru 1215/2012, skont il-premessi 15 u 16 ta’ dan tal-aħħar jirriżulta li t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ tali azzjoni hija dik tal-post tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede ta’ dan l-istabbiliment ta’ kreditu, bħala post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li jservi ta’ bażi għal tali azzjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-osservazzjoni magħmula minn kull waħda mill-partijiet, skont liema għandhom, it-tnejn li huma, il-kwalità ta’ konsumaturi u għandhom, konsegwentement, jibbenefikaw mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti, fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi, mill-Artikoli 17 u 18<?PAGE NO="9"?> tar-Regolament Nru 1215/2012, ma hijiex rilevanti. Fil-fatt, kif irrelevat il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 15 u 16 tar-Regolament Nru 44/2001, l-imsemmija regoli ma jistgħux japplikaw għar-relazzjonijiet bejn żewġ konsumaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Vapenik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-508/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:790">EU:C:2013:790</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta stabbiliment ta’ kreditu jkun ta kreditu lil żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti [is-servizzi] ġew ikkonsenjati [ipprovduti] jew suppost li kienu kkonsenjati [pprovduti]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa, ħlief ftehim kuntrarju, dak tas-sede ta’ dan l-istabbiliment, inkluż sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti adita bl-azzjoni ta’ rkupru bejn dawn il-kodebituri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda, ma hemmx għalfejn tingħata risposta għar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ kuntratt ta’ kreditu taqa’ taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>materji kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn stabbiliment ta’ kreditu u żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, għandu jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta stabbiliment ta’ kreditu jkun ta kreditu lil żewġ kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti [is-servizzi] ġew ikkonsenjati [ipprovduti] jew suppost li kienu kkonsenjati [pprovduti]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa, ħlief ftehim kuntrarju, dak tas-sede ta’ dan l-istabbiliment, inkluż sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti adita bl-azzjoni ta’ rkupru bejn dawn il-kodebituri.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>