25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/195


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-5 ta’ Mejju 2010

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008

(2010/541/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0076/2010),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 304, 15.12.2009, p. 6.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.