<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑339/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0339</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:384">EU:C:2017:384</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170517">17.5.2017</DATE> – KAWŻA C 339/16 P</P><P>IL-PORTUGALL vs IL KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>FAEG u FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni lid-destinatarju</KEYWORD><KEYWORD>Rettifika sussegwenti tal-għamla tal-istampar tal-anness</KEYWORD><KEYWORD>Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> </KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-preżentata ta’ rikors</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza</KEYWORD><KEYWORD>Tardività</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑339/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża</HT>, irrappreżentata minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida kif ukoll minn P. Estêvão, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il</HT>-‑<HT TYPE="BOLD">Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn D. Triantafyllou u M. França, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, ir-Repubblika Portugiża titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, Il-Portugall vs Il‑Kummissjoni (T‑556/15, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>digriet appellat’<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:239">EU:T:2016:239</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li bih din ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 182, p. 39</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn hija tiċħad ċerti spejjeż magħmulin minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni inkwistjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni inkwistjoni li biha, b’mod partikolari, applikat korrezzjoni finanzjarja ta’ 137 miljun Euro għar-Repubblika Portugiża, fir-rigward tal-miżura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għajnuna diretta oħra – Superfiċje<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għas-snin finanzjarji 2010 sa 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni inkwistjoni jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata […] lir-Repubblika Portugiża.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, id-deċiżjoni inkwistjoni ġiet ikkomunikata lir-rappreżentanza permanenti tar-Repubblika Portugiża lill-Unjoni Ewropea, taħt in-numru C(2015) 4076.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>, id-deċiżjoni inkwistjoni ġiet ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-rappreżentanza permanenti tar-Repubblika Portugiża lill-Unjoni rċeviet komunikazzjoni, akkumpanjata mir-riferiment li ġej bl-Ingliż:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Minħabba żball tekniku, l-anness tad-[deċiżjoni inkwistjoni] tat-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE> u kkomunikat fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, jista’ jippreżenta problemi ta’ għamla tal-istampar. Għal din ir-raġuni, aħna qed nibagħtulkom l-anness mingħajr il-problemi kollha ta’ għamla tal-istampar. <QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-Repubblika Portugiża talbet l-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151008">8 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Fl-<DATE ISO="20151120">20 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-Repubblika Portugiża ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tal-miżura tal-organizzazzjoni tal-proċedura tal-<DATE ISO="20160204">4 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Qorti Ġenerali talbet lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-problemi ta’ għamla tal-istampar evokati fil-komunikazzjoni tagħha tal-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE>. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Kummissjoni għamlet id-domandi fuq talba tal-Qorti Ġenerali billi pprovdiet l-informazzjoni mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-rikors tar-Repubblika Portugiża kien ġie manifestament ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu previst u li kien, għaldaqstant, tardiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-terminu għall-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni inkwistjoni kien beda jiddekorri b’effett mill-komunikazzjoni tiegħu lir-Repubblika Portugiża, li intervjeniet fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>. Konformement mar-regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors, it-terminu tad-distanza inkluża, kien skada, skont il-Qorti Ġenerali, fit-<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE> f’nofsillejl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Portugiża bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bl-appell tagħha, ir-Repubblika Portugiża titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat sa fejn il-Qorti Ġenerali ġġudikat fondata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tiġġudika li r-rikors dirett kontra d-deċiżjoni inkwistjoni ġie validatament ippreżentat fit-terminu ffissat fl-Artikolu 263 TFUE, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara l-appell ippreżentat mir-Repubblika Portugiża inammissibbli jew, sussidjarjament, infondat, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, ir-Repubblika Portugiża tqajjem tliet aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-appell, minħabba li l-aggravji ppreżentati mir-Repubblika Portugiża huma inammissibbli, peress li dan l-Istat Membru jillimita ruħu li jikkontesta d-digriet appellat fuq il-bażi tal-istess argumenti bħal dawk li kien invoka quddiem il-Qorti Ġenerali, mingħajr ma jindika l-elementi u l-motivi li għalihom il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji tal-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tar-Repubblika Portugiża li jgħid li l-Qorti Ġenerali kien imissha, fl-assenza ta’ raġunijiet kategoriċi li jgħidu l-kontra, tipprivileġġa interpretazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE li ma twassalx għad-dekadenza tar-rikors tagħha, hija inammissibbli wkoll, minħabba li ssemmi l-evalwazzjoni ta’ kwistjoni ta’ fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tikkontesta l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sa fejn il-Kummissjoni tikkontesta l-ammissibbiltà ta’ dan l-appell minħabba li r-Repubblika Portugiża titlob sempliċi eżaminazzjoni mill-ġdid tal-argumenti diġà invokati quddiem il-Qorti Ġenerali, għandu jitfakkar li mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(1)(d) u tal-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta b’mod partikolari li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba. Appell li jillimita ruħu għal repetizzjoni jew riproduzzjoni testwali tal-motivi u l-argumenti li kienu ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk li kienu bbażati fuq fatti espressament miċħuda minn dik il-Qorti, ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Total u Elf Aquitaine</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:27">EU:C:2017:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, ladarba appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid fl-appell. Fil-fatt, jekk dan iwassal sabiex appellant ma jkunx jista’ jibbaża l-appell tiegħu fuq motivi u argumenti li jkunu diġà ntużaw quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura tal-appell tkun imċaħħda minn parti mis-sens tagħha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Total u Elf Aquitaine</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:27">EU:C:2017:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appell tar-Repubblika Portugiża ma huwiex intiż li jikseb sempliċi eżaminazzjoni mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, iżda intiż, preċiżament, li jqiegħed fid-dubju l-interpretazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE magħmula mill-Qorti Ġenerali u r-raġunament legali li wassal lil din tal-aħħar li tikkunsidra li r-rikors ta’ dan l-Istat Membru kien ġie manifestament ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu preskritt u li kien, għaldaqstant, tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dan l-effett, ir-Repubblika Portugiża identifikat bi preċiżjoni suffiċjenti l-elementi kkritikati tad-digriet appellat kif ukoll l-argumenti invokati insostenn tal-konklużjonijiet tagħha għal annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-argument li jgħid li l-Qorti Ġenerali kien imissha, fl-assenza ta’ raġunijiet kategoriċi li jgħidu l-kontra, tipprivileġġa interpretazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE li ma twassalx għad-dekadenza tar-rikors tagħha, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument ma jikkonċernax <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>l-evalwazzjoni ta’ kwistjoni ta’ fatt<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, iżda jsemmi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-appell tar-Repubblika Portugiża huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet aggravji</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji differenti fl-interpretazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari fil-punt 31 tad-digriet appellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn naħa, mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-Ġurnal Uffiċjali hija determinanti fir-rigward tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors. Fil-fatt, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>skont il-każ<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] jindikaw li l-punt tat-tluq tat-terminu tal-preżentata tar-rikors għandu jiġi ddeterminat skont l-ordni tal-għamliet ta’ pubblikazzjoni li jidher f’din id-dispożizzjoni. Minn dan jirriżulta li l-komunikazzjoni hija sussidjarja meta mqabbla<?PAGE NO="5"?> mal-pubblikazzjoni, dan ukoll fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-pubblikazzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tippermetti li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ċertezza legali u li tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Repubblika Portugiża ssostni li l-Qorti Ġenerali kien imissha tipprivileġġa interpretazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE li ma twassalx għad-dekadenza tar-rikors tagħha u hija tirreferi, għal dan l-effett, għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑625/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:594">EU:C:2013:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan l-argument, ir-Repubblika Portugiża tinvoka wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970122">22 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Opel Austria vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑115/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:3">EU:T:1997:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) fejn jirriżulta li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jeħtieġ li kull att ikun miġjub għall-konjizzjoni tal-persuna kkonċernata b’tali mod li din tista’ tagħraf b’ċertezza l-mument li minnu l-att inkwistjoni jipproduċi l-effetti legali. Minn din l-istess sentenza jirriżulta li dan ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali huwa applikabbli b’mod partikolarment rigoruż fil-każ ta’ leġiżlazzjoni li tista’ tinvolvi piżijiet finanzjarji, sabiex jiġi permess lill-persuni kkonċernati jkunu jafu bi preċiżjoni l-estent tal-obbligi li hija timponi fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Portugiża ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret, fil-punt 37 tad-digriet appellat, il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-prassi kostanti tal-Kummissjoni li tikkonsisti li tippubblika, fil-Ġurnal Uffiċjali, id-deċiżjonijiet relatati mal-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri abbażi tal-FAEG u tal-FAEŻR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward jirriżulta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li r-Repubblika Portugiża setgħet leġittimament tistenna li d-deċiżjoni inkwistjoni kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u li d-data tal-pubblikazzjoni ddekorriet mit-terminu għall-preżentata tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-effetti legali li rriżultaw mill-fatt li l-Kummissjoni tippubblika id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni fis-Serje L tal-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża targumenta wkoll, billi tibbaża fuq id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071127">27 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Diy-Mar Insaat Sanayi ve Ticaret u Akar vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑163/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:717">EU:C:2007:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-Kummissjoni adottat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>aġir tali li joħloq konfużjoni ammissibbli f’moħħ individwu <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u li l-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jiġu mqabblin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ma’ każ mhux prevedibbli jew ta’ forza maġġuri b’tali mod li l-ebda invalidità bbażata fuq l-iskadenza tat-termini ta’ żmien ma tista’ tiġi invokata fil-konfront tal-persuni kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li t-tieni u t-tielet aggravju jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn, skont il-każ, mill-pubblikazzjoni tal-att, minn meta dan jiġi kkomunikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata minn meta dan ikun sar jaf bih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE jirriżulta li, bid-differenza ta’ atti li għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, b’mod partikolari d-deċiżjonijiet li jindikaw destinatarju għandhom jiġu kkomunikati lid-destinatarji tagħhom u jieħdu effett minn din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn qari flimkien ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jirriżulta li, fir-rigward tar-rikorsi għal annullament, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġi ddeterminat il-punt tat-tluq tat-terminu għall-preżentata tar-rikors hija dik tal-pubblikazzjoni, meta din il-pubblikazzjoni, li<?PAGE NO="6"?> tikkondizzjona d-dħul fis-seħħ tal-att, hija prevista għal dan it-trattat u dik tal-komunikazzjoni fil-każijiet l-oħra msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, li fost in-numru tagħhom tidher dik tad-deċiżjonijiet li jindikaw id-destinatarju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din l-interpretazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE billi kkonstatat li, fir-rigward ta’ att li jindika d-destinatarji tiegħu, huwa biss it-test ikkomunikat lil dawn tal-aħħar li huwa dak awtentiku, minkejja li dan l-att kien ġie ppubblikat ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19660713">13 ta’ Lulju 1966</DATE>, <NAME.CASE>Consten u Grundig vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>56/64 u 58/64</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1966:41">EU:C:1966:41</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 491).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Portugiża, il-komunikazzjoni ta’ att ma għandhiex karattru sussidjarju, meta mqabbel mal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali, għad-determinazzjoni tal-punt tat-tluq tat-terminu tal-preżentata tar-rikors li japplika għad-destinatarju ta’ dan l-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980310">10 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) ma tippermettix li sseħħ konklużjoni differenti. Fil-fatt, fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat li mill-kliem tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li l-kriterju tal-ġurnata li fiha r-rikorrent isir jaf bl-att ikkontestat bħala d-data li minnha jibda jiddekorri t-terminu tal-preżentata tar-rikors huwa sussidjarju għal kriterji tal-pubblikazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, għandu jiġi kkonstatat li huwa mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali ġġudikat, b’mod partikolari fil-punt 36 tad-digriet appellat, li kellha tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tat-terminu tal-preżentata tar-rikors, il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni lir-Repubblika Portugiża, u mhux il-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħrajn imqajma mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest tat-tieni u t-tielet aggravji tagħha ma jistgħux jinvalidaw din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk l-istess japplika għad-dikjarazzjoni tar-Repubblika Portugiża li tgħid li l-Qorti Ġenerali missha pprivileġġat interpretazzjoni tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE li ma twassalx għad-dekadenza tar-rikors tagħha, peress li, fi kwalunkwe każ, il-portata ta’ din id-dispożizzjoni, moqrija fid-dawl tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE, hija ċara u li l-formulazzjoni tagħha ma tagħtix lok għal dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għal dan l-istess motiv, ir-Repubblika Portugiża ma tistax issostni li l-Kummissjoni, billi ppubblikat id-deċiżjonijiet relatati mal-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri skont fondi agrikoli, adottat aġir tali li jipprovoka <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>konfużjoni ammissibbli f’moħħ individwu <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> li l-interpretazzjoni li għamlet tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE tikkostitwixxi żball skużabbli (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020517">17 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:304">EU:C:2002:304</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew ukoll li l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li fiha kienet involuta l-Qorti Ġenerali tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li hemm lok li t-tieni u t-tielet aggravji jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża targumenta li, wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni li saretilha fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li hija tikkwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>provviżorja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, l-imsemmija deċiżjoni ġiet ikkomunikata lilha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>definittivament<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fl-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Din id-data tal-aħħar tikkostitwixxi l-punt tat-tluq tat-terminu għall-preżentata tar-rikors, peress li, kuntrarjament għal dak li jirriżulta mill-punt 42 tad-digriet appellat, il-komunikazzjoni magħmula fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE> ma ppermettitilhiex li tieħu konjizzjoni bis-sħiħ tad-deċiżjoni inkwistjoni, liema fatt il-Kummissjoni kkonfermat billi aċċettat li din il-komunikazzjoni ma kinitx la perfetta u lanqas kompleta. Għaldaqstant, ir-rikors tagħha ġiet ippreżentata fit-termini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-ewwel aggravju jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regolarità tal-komunikazzjoni tal-atti tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tippreċiża li deċiżjoni hija debitament ikkomunikata, peress li hija kkomunikata lid-destinatarju tagħha u li dan jitqiegħed f’pożizzjoni li jieħu konjizzjoni tagħha (ara d-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Page Protective Services vs SEAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑501/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2259">EU:C:2014:2259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-punti 26 u 27 tad-digriet appellat jirriżulta li, fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, id-deċiżjoni inkwistjoni ġiet ikkomunikata lir-Repubblika Portugiża u li din kienet f’pożizzjoni li tieħu konjizzjoni tal-kontenut tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tal-motivi li fuqhom hija tibbaża. Barra minn hekk, fil-punt 42 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-komunikazzjoni sussegwenti tal-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE> kellha bħala l-uniku għan li tbiddel l-għamla tal-istampar tat-tabelli biċ-ċifri tal-anness tad-deċiżjoni inkwistjoni u li din ma kinitx tikkonċerna l-verżjoni bil-lingwa Portugiża, li, ma kinitx subita ebda modifika, la ta’ kontenut u lanqas ta’ preżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumentazzjoni tar-Repubblika Portugiża bbażata fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali, f’dan ir-rigward, żnaturat fatti u provi, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-elementi kollha li jidhru fid-deċiżjoni inkwistjoni u li jikkonċernaw ir-Repubblika Portugiża jirriżultaw ċarament mill-verżjoni ta’ din id-deċiżjoni kkomunikata fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li d-deċiżjoni inkwistjoni ġiet debitament ikkomunikata lir-Repubblika Portugiża fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE>, jirriżulta, fi kwalunkwe każ, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li deċiżjoni li tillimita ruħha, kif inhu manifestament il-każ f’dan il-każ, li tikkonferma deċiżjoni preċedenti ma għandhiex bħala effett li toħloq terminu għall-preżentata tar-rikors ġdid billi l-preżentazzjoni ta’ rikors għal annullament kontra deċiżjoni purament ta’ konfermazzjoni ta’ deċiżjoni preċedenti mhux ikkontestata fit-termini hija inammissibbli (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901121">21 ta’ Novembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Infortec vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:415">EU:C:1990:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi l-Qorti Ġenerali ġġudikat, fil-punt 27 tad-digriet appellat, li l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni magħmula fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE> kienet ippermettiet lir-Repubblika Portugiża li tieħu konjizzjoni tal-kontenut ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll il-motivi li fuqhom din kienet tibbaża u, fil-punt 44 tad-digriet appellat, li t-terminu għall-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni inkwistjoni kienet bdiet tiddekorri b’effett mill-komunikazzjoni tagħha lir-Repubblika Portugiża, li interveniet fit-<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, u mhux b’effett mill-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika Portugiża tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>