|
17.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9201 — Siemens/TUTPL/SPC JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 454/07)
1.
Fl-4 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Siemens Aktiengesellschaft (il-Ġermanja), (“Siemens”) |
|
— |
TRIL Urban Transport Private Limited (l-Indja) (“TUTPL”), ikkontrollata minn Tata Sons Private Limited, |
|
— |
SPC (l-Indja), |
Siemens u TUTPL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SPC.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Siemens: elettrifikazzjoni, awtomatizzazzjoni, diġitalizzazzjoni, teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sistemi għall-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, u sistemi għal dijanjożi medika.
— TUTPL: l-iżvilupp tat-trasport urban, faċilitajiet tal-infrastruttura u proprjetà immobbli.
— SPC: kostruzzjoni, implimentazzjoni, tħaddim u manutenzjoni tas-sistema ferrovjarja (“il-Linja tal-Metro 3”) ta’ 23.33 km f’Pune, l-Indja li se tgħaqqad Hinjewadi ma’ Shivajinagar.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9201 — Siemens/TUTPL/SPC JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).