|
1.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 265/2009
tal-31 ta’ Marzu 2009
li jemenda għall-105 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-4 ta' Frar 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu erba' persuni mal-lista fid-dawl tal-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet dwar l-emendi ġew ipprovduti lill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-informazzjoni dwar l-identità fit-13 ta' Marzu 2009. |
|
(4) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq. |
|
(5) |
Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
|
(6) |
Ladarba l-lista tan-NU ma tipprovdix l-indirizz kurrenti għall-persuna naturali kkonċernata, għandu jiġi ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni tkun tista' sussegwentement tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament lill-persuna naturali kkonċernata, tipprovdih bl-opportunità li jikkummenta dwar dawn ir-raġunijiet u tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u tal-informazzjoni addizzjonali li tista' tingħata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
“Ibrahim Abdul Salam Mohamed Boyasseer (magħruf ukoll bħala (a) Abu Al-Banaan, (b) Ibrahim Bouisir, (c) Ibrahim Buisir). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Ċittadinanza: (a) Libjana, (b) Irlandiża. Tagħrif ieħor: jgħix l-Irlanda. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 4.2.2009.”