27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Lulju 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije

(BĊE/2021/28)

(2021/C 299/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banka Slovenije, Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o., intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2020. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021 ’il quddiem.

(3)

Banka Slovenije għażel lil PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d. o. o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d. o. o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Lulju 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE