29.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/8


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż relatat mal-applikazzjonijiet għal permessi esklussivi għall-prospettar ta' minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis d'Herbsheim”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 92/06

Permezz ta' applikazzjoni li saret fid-19 ta' Ottubru 2011, l-impriża Bluebach Ressources Sarl, li għandha s-sede tagħha f'178, boulevard Haussman, 75008 Pariġi, Franza, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d'Herbsheim”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-dipartiment ta' Bas-Rhin.

Il-perimetru tal-firxa ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

5,90

53,90

B

6,00

53,90

C

L-intersezzjoni tal-meridjan 6,00 gradi Lvant mal-fruntiera bejn Franza u l-Ġermanja

D

L-intersezzjoni tal-meridjan 53,60 gradi Tramuntana mal-fruntiera bejn Franza u l-Ġermanja

E

5,60

53,60

F

5,60

53,70

G

5,70

53,70

H

5,70

53,80

I

5,90

53,80

Minn A sa B: fruntiera bejn Franza u l-Ġermanja

L-erja taż-żona ddefinita b'dan il-mod tkopri madwar 506 km2.

Tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-liċenzji

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet għall-imminar u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet għall-imminar għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, il-paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet emendat 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet għall-imminar u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jintbagħtu lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz ta' hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn minn meta tasal l-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mill-21 ta' Ottubru 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward il-prestazzjoni tal-attività u l-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi tal-Minjieri kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet tal-imminar, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-ministère de l'écologie, du développement durable, des transports et du logement (Il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli, it-Trasport u d-Djar):

Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l’énergie (id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u l-Klima, id-Direttorat tal-Enerġija), Sous-direction de la sécurité d’approvisionnement et nouveaux produits énergétiques (It-taqsima tas-sigurtà tal-provvista u tal-prodotti l-ġodda tal-enerġija), Grande Arche de la Défense — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France (numru tat-telefown: +33 140819529).

Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit elettroniku Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.