<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0500387101.case.xml"><NO.CASE>C-102/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005O0102</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>3873</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>3882</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TA' L-<DATE ISO="20070510">10.5.2007</DATE> — KAWŻA C-102/05</LEFT><RIGHT>A u B</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (Ir-Raba' Awla)</P><P><DATE ISO="20070510">10 ta' Mejju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-kawża C-102/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mir-Regeringsràtten (l-Iżvezja), permezz ta' Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20041013">13 ta' Ottubru 2004</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20050228">28 ta' Frar 2005</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Skatteverket,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>A u B,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba' Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts (Relatur), President ta' l-Awla, E. Juhász, R. Silva de Lapuerta, G. Arestis u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-3874"?><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><P>peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproponi li tiddeċiedi permezz ta' digriet motivat skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,</P><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Digriet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 56 KE u 58 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn l-Iskatteverket (id-Dipartiment tat-Taxxa Żvediż) u A u B (aktar 'il quddiem, flimkien, ir-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>rikorrenti<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), azzjonisti u ħaddiema impjegati ta' X, kumpannija rreġistrata fl-Iżvezja, dwar ilkwistjoni li jsir magħruf jekk, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta' dividendi mqassma minn din il-kumpannija, is-salarji ta' l-impjegati tal-fergħa Russa ta' Y, sussidjarja Żvediża ta' X, tistax jew le tiġi integrata fil-bażi tal-kalkolu għall-għanjiet ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Żvediżi fuq ir-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>regola tas-salarju<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>, il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Löneregeln<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3875"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjona</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Din il-kawża tikkonċerna s-sistema legali ta' taxxa Żvediża ta' dividendi ta' ishma għal kumpannija privata (<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>fåmansföretag<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Dawn huma kumpanniji ta' responsabbiltà limitata żgħar, fejn aktar minn 50 % ta' l-ishma huma miżmuma minn inqas minn ħames persuni fiżiċi, li jeżerċitaw minn dan il-fatt influwenza determinanti fuq it-tmexxija tagħhom. Meta diversi azzjonisti ta kumpannija jeżerċitaw attività bsalarju fiha, dawn huma, skond l-Artikolu 3 tal-Kapitolu 57 tal-liġi Żvediża dwar it-taxxa fuq id-dħul (inkomstskattelagen, SFS 1999, Nru 1229, aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>liġi<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>), meqjusa li jikkostitwixxu persuna waħda, u dan jippermetti lil din il-kumpannija li titqies li hija kumpannija privata' minkejja nnumru għoli ta' azzjonisti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-Iżvezja, il-piż tat-taxxa fuq id-dħul mix-xogħol huwa akbar minn dak relattiv għad-dħul mill-kapital Sabiex tiddisswadi lill-azzjonisti ta' kumpannija privata' li huma wkoll impjegati ta' din il-kumpannija, milli jikkonvertu d-dħul tax-xogħol fi dħul kapitali, il-liġi tipprevedi li d-dividendi ta' ishma mqassma minn din il-kumpannija jkunu taxxabbli bħala dħul kapitali sa dħul fiss, magħruf bħala l-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>ammont limitu<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>, li huwa kkalkolat li jikkorrispondi għal dħul normali kapitali investit fl-istess kumpannija. L-eċċess ta' l-ammont ta' dawn id-dividendi b'relazzjoni ma' l-ammont limitu jkun, in kwantu għalih, taxxabbli bħala dħul mix-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Dan id-dħul fiss huwa kkalkolat b'applikazzjoni tal-perċentwali mogħtija għal bażi li tinkludi essenzjalment il-kapital illi l-azzjonista jkun investa fil-kumpannija <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="2018"/>privata<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="2019"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3876"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-bażi ta' kalkolu tista wkoll tinkludi, b'applikazzjoni tar-regola tas-salarju prevista mill-Artikolu 12 tal-Kapitolu 43 tal-liġi, ammont korrispondenti għal parti missalarju mħallas lill-impjegati ta' din il-kumpannija, li tinkludi fiha dawk tassussidjarji u l-fergħat tagħha. Konformement ma' din id-dispożizzjoni, dawn is-salarji ma jistgħux madankollu jidħlu fil-bilanċ ta' kont li hemm fil-bażi ta' kalkolu ta' l-ispejjeż tal-kumpannija jew tat-taxxa fuq is-salarji skond il-liġi Żvediża.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara l-adeżjoni tar-Renju ta' l-Iżvezja fl-Unjoni Ewropea, l-applikazzjoni tar-regola tas-salarju madankollu ġiet estiża, wara l-indikazzjonijiet mogħtija mill-gvern Żvediż, lis-salarji mħallsa lill-ħaddiema ta' kumpanniji privati' impjegati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>X, kumpannija Żvediża anonima, hija kumpannija ta' konsulenti proprjetà ta' diversi azzjonisti li jeżerċitaw attività bsalarju, fosthom ir-rikorrenti. Għalkemm in-numru ta' azzjonisti tagħha kienu, waqt il-perjodu kkunsidrat, relattivament għoli (78 b'kollox), X dejjem irrilevat il-kwalifika ta' <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>kumpannija privata<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 3 tal-Kapitolu 57 tal-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Meta bdiet taħdem fl-1991, X bdiet attività li qabel kienet eżerċitata taħt forma oħra fl-Iżvezja kif ukoll minn fergħa Russa. Fl-1997, din l-attività ħadet ħsiebha Y, kumpannija ta' responsabbiltà limitata Żvediża, sussidjarja ta' X. Fl-istess żmien, Y fetħet fergħa oħra fir-Russja. L-ewwel fergħa ġiet xolta fl-2000.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3877"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Irrikorrenti kull wieħed għandhom 1,7 % ta' l-ishma ta' X. A saret azzjonista ta' X fl-1991, u B fl-1996.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Huma rrikorrew għand is-Skatterättsnämnden (it-Tribunal tad-dritt fiskali) permezz ta talba ta' opinjoni preliminari dwar il-kwistjoni li jsir magħruf jekk, waqt il-kalkolu tat-taxxa fuq id-dividendi ta' ishma mqassam minn X, huma setgħux jieħdu in kunsiderazzjoni, għall-applikazzjoni tar-regola tas-salarju, is-salarji mħallsa lillimpjegati tal-fergħa Russa ta' Y, minkejja l-fatt illi dawn is-salarji ma jidħlux fil-bażi tal-kalkolu ta' l-ispejjeż tal-kumpannija fl-Iżvezja jew fit-taxxa Zvediża fuq is-salarji.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F'opinjoni nnotifikata lill-interessati fid-<DATE ISO="20030219">19 ta' Frar 2003</DATE>, l-Iskatterättsnämnden irrisponda għal din id-domanda fl-affermattiv. Peress li qies illi l-Artikolu 43 KE ma setax jiġi invokat f'din il-kawża għaliex ma jikkonċernax l-istabbilimenti sitwati f'pajjiżi terzi, huwa kkunsidra illi l-leġiżlazzjoni nazzjonali kontenzjuża kellha tiġi eżaminata fid-dawl ta' l-Artikolu 56(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, huwa qies illi d-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment ħieles ta' kapital jipprekludi l-fatt li, fis-sitwazzjoni bħal dik li jinsabu fiha rrikorrenti, id-dividendi li dawn ta' l-aħħar ikunu rċevew mingħand X ikunu suġġetti għal taxxa anqas favorevoli minħabba li s-sussidjarja ta' X teżerċita attività fir-Russja, u mhux fl-Iżvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-regola tas-salarju ilha mill-1994, b'mod li hija ma tistax titiqies li hija restrizzjoni li kienet teżisti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE>, fis-sens ta' l-Artikolu 57(1) KE. Barra dan, id-differenza ta' trattament magħmula minn din ir-regola mhijiex iġġustifikata mill-għan li tiggarantixxi l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, fid-dawl ta' l-eżistenza, fil-ftehim fiskali ffirmat bejn ir-Renju ta' l-Iżvezja u l-Federazzjoni Russa, ta' dispożizzjoni dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali kkonċernati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3878"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Mandankollu, wieħed mill-membri ta' l-Iskatteràttsnàmnden qies illi r-regola tassalarju kellha tiġi eżaminata fid-dawl ta' l-Artikolu 43 KE, u mhux fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment ħieles ta' kapitali. Fil-fatt, din ir-regola hija ta' natura li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta' attività ekonomika, u mhux il-moviment ta' kapitali. Għaldaqstant, peress illi l-Artikolu 43 KE mhuwiex applikabbli għal sitwazzjonijiet li jimplikaw pajjiżi terzi, huwa ma jikkostitwixxix restrizzjoni pprojbita minn dan l-Artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Riksskatteverket (id-Dipartiment tal-Kontribuzzjionijiet) ikkontesta l-opinjoni ta' l-Iskatteràttsnàmnden quddiem ir-Regeringsràtten.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Regeringsràtten iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja ż-żewġ domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet [tat-Trattat] dwar il-moviment ħieles ta' kapitali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi jipprekludi l-fatt li, f'sitwazzjoni bħal dik preżenti, iddividendi li [r-rikorrenti] jiriċievu minn X ikunu suġġetti għal taxxa anqas favorevoli, għaliex Y, is-sussidjarja ta' X, teżerċita attività fir-Russja u mhux fl-Iżvezja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa rilevanti f'dan ir-rigward illi [r-rikorrenti] kienu akkwistaw il-parteċipaz-zjoni tagħhom f'X qabel jew wara l-bidu jew il-bidla ta' l-attività fir-Russja?<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3879"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li t-tweġiba għal domanda preliminari tkun tista kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tagħti deċiżjoni permezz ta' digriet motivat</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, fis-sustanza, jekk miżura nazzjonali illi, fil-kuntest ta' taxxa fuq dawn id-dividendi ta' ishma bħala dħul kapitali fil-limitu ta' dħul fiss ikkalkolat f'applikazzjoni ta' perċentwali ddeterminat fuq bażi li tinkludi, barra l-kapital investit mill-azzjonista, parti mis-salarji mħallsa lill-ħaddiema tal-kumpannija li tqassam, ma tawtorizzax li jittieħdu in kunsiderazzjoni s-salarji tal-ħaddiema impjegati f'fergħa ta' din il-kumpannija, jew minn sussidjarja ta' din ta' l-aħħar, f'pajjiż terz, hijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-moviment liberu ta' kapitali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fuq inizjattiva ta' wieħed mill-membri ta' l-Iskatteràttsnàmnden (ara l-punt 16 ta' dan id-digriet), il-gvern Olandiż u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej isostnu li d-dispożizzjoni nazzjonali in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi eżaminata ħlief taħt il-libertà ta' stabbiliment u mhux dak tal-moviment liberu ta' kapitali. Huma jsostnu, fis-sustanza, illi din id-dispożizzjoni teffettwa l-istabbiliment ta' fergħa fpajjiż terz u li, għalhekk, hija taqa' esklużivament fil-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-libertà ta' stabbiliment</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress illi l-eżami tas-sitwazzjoni in kwistjoni fil-kawża prinċipali taħt il-lenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-libertà ta' stabbiliment jista' jirrendi superfluwu eżami awtonomu ta' din l-imsemmija sitwazzjoni għal qies ta' dawk dwar il-moviment liberu ta' kapitali, għandu jiġi werifikat jekk din is-sitwazzjoni taqax taħt il-libertà ta' stabbiliment</TXT></NP><?PAGE NO="I-3880"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar illi, skond ġurisprudenza stabbilita, il-libertà ta' stabbiliment, irrikonoxxuta għaċ-ċittadini tiegħu stess mill-Artikolu 43 KE, tinkludi, skond l-Artikolu 48 KE, fir-rigward tal-kumpanniji stabbiliti skond il-liġijiet ta' Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat jew it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali tagħhom ġewwa l-Komunità Ewropea, id-dritt li jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat permezz ta' kumpannija sussidjarja, fergħa jew aġenzija (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19990921">21 ta' Settembru 1999</DATE>, Saint-Gobain ZN, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-307/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-6161">C-307/97, Ġabra p. I-6161, punt 35</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20051213">13 ta' Diċembru 2005</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10837">C-446/03, Ġabra p. I-10837, punt 29</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7995">C-196/04, Ġabra p. I-7995, punt 41</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Dejjem skond ġurisprduenza stabbilita sew, anki jekk, skond id-diċitura tagħhom, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta' stabbiliment huma intiżi li jassiguraw il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti, dawn xorta waħda jipprekludu li l-Istat Membru ta' oriġini jostakola l-istabbiliment fi Stat Membru ieħor ta' wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew ta' kumpannija stabbilita skond il-leġiżlazzjoni tiegħu (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19980716">16 ta' Lulju 1998</DATE>, ICI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-264/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-4695">C-264/96, Ġabra p. I-4695, punt 21</REF.DOC.ECR>, kif ukoll Marks &amp; Spencer, iċċitata aktar 'il fuq, punt 31, kif ukoll Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata aktar 'il fuq, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif ukoll irrilevaw il-gvern Olandiż u l-Kummissjoni, miżura bħal dik tal-kawża prinċipali, li tipprojbixxi li jittieħed in kunsiderazzjoni, għall-finijiet ta' applikazzjoni tar-regola tas-salarju, ir-remunerazzjoni mħallsa lill-impjegati ta' fergħa stabbilita f'pajjiż terz, għandha bħala effett prinċipali li tirrendi anqas attraenti li tiġi stabbilita, għal kumpannija Żvediża, fergħa f'pajjiż terz, peress li dan l-istabbiliment huwa filfatt ta' natura li jqiegħed l-azzjonisti ta' din il-kumpannija f'pożizzjoni fiskali anqas favorevoli minn dak li jkunu jinsabu kieku l-fergħa tinsab fl-Iżvezja jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3881"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Billi tiddisswadi l-ħolqien ta' fergħat barra l-Unjoni Ewropea, il-miżura in kwistjoni fil-kawża prinċipali tolqot b'mod qawwi l-libertà ta' stabbiliment u taqa, għalhekk, fil-kamp ta' applikazzjoni materjali biss tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrigwardaw din il-libertà.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Jekk jiġi kkunsidrat li din il-leġiżlazzjoni għandha, kif isostnu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, effetti restrittivi fuq il-moviment liberu ta' kapitali, tali effetti huma lkonsegwenza inevitabbli ta' ostaklu eventwali għal-libertà ta' stabbiliment u ma jiġġustifikawx eżami ta' l-imsemmija miżura fid-dawl ta' l-Artikoli 56 KE sa 58 KE (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ta' Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitati aktar 'il fuq, punt 33; tat-<DATE ISO="20061003">3 ta' Ottubru 2006</DATE>, Fidium Finanz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-452/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-9521">C-452/04, Ġabra p. I-9521, punti 48 u 49</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20070313">13 ta' Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2107">C-524/04, Ġabra p. I-2107, punt 34</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, ma hemmx lok li tiġi eżaminata l-miżura nazzjonali in kwistjoni fil-kawża prinċipali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-riward tal-Kapitolu tat-Trattat dwar il-libertà ta' stabbiliment, dan m'għandu ebda dispożizzjoni li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu għal sitwazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' kumpannija ta' Stat Membru f 'pajjiż terz. Għalhekk, l-Artikoli 43 KE <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> ma jistgħux jiġu invokati f sitwazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ngħad qabel, għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula li miżura nazzjonali illi, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta' dividendi ta' ishma bħala dħul kapitali fil-limitu ta' dħul fiss ikkalkolat għall-applikazzjoni ta' perċentwali ddeterminata fuq bażi li tinkludi, barra l-kapital investit mill-azzjonista, parti missalarji mħallsa lill-ħaddiema tal-kumpannija li tqassam, ma tawtorizzax li jittieħdu in<?PAGE NO="I-3882"?> kunsiderazzjoni s-salarji tal-ħaddiema impjegati f'fergħa ta' din il-kumpannija, jew minn sussidjarja ta' din ta' l-aħħar, fpajjiż terz, teffettwa b'mod qawwi l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment fis-sens ta' l-Artikolu 43 KE <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> Dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jiġu invokati fsitwazzjoni li tikkonċerna l-istabbiliment ta' kumpannija ta Stat Membru f'pajjiż terz.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>Miżura nazzjonali illi, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta' dividendi ta' ishma bħala dħul kapitali fil-limitu ta' dħul fiss ikkalkolat għall-applikazzjoni ta' perċentwali ddeterminata fuq bażi li tinkludi, barra l-kapital investit millazzjonista, parti mis-salarji mħallsa lill-ħaddiema tal-kumpannija li tqassam, ma tawtorizzax li jittieħdu in kunsiderazzjoni s-salarji tal-ħaddiema impjegati f'fergħa ta' din il-kumpannija, jew minn sussidjarja ta' din ta' l-aħħar, f'pajjiż terz, teffettwa b'mod qawwi l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment fis-sens ta' l-Artikolu 43 KE <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> Dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jiġu invokati f'sitwazzjoni li tikkonċerna l-istabbiliment ta' kumpannija ta' Stat Membru f'pajjiż terz.</P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>