Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VII - Politika Ekonomika u Monetarja - Kapitolu 1 - Politika Ekonomika . - Artikolu 103
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0084 - 0084
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0073 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0217 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0034 - Consolidated version
Artikolu 103 1. Il-Komunità m’għandhiex tkun responsabbli għal, jew tassumi l-obbligazzjonijiet ta' gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali, jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew korpi oħra li huma regolati bid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi ta’ Stat Membru bla ħsara għall-għoti ta' garanziji finanzjarji reċiproċi għall-esekuzzjoni konġunta ta' proġett speċifiku. Stat Membru m’għandhux ikun responsabbli jew jassumi l-obbligazzjonjiet ta' gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew korpi oħra regolati bid-dritt pubbliku jew impriżi pubbliċi ta' Stat Membru ieħor, bla ħsara għall-għoti ta' garanziji finanzjarji reċiproċi għall-eżekuzzjoni konġunta ta' xi proġett speċifiku. 2. Jekk ikun neċessarju, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 252, jista' jiddefinixxi t-tifsiriet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 101 u f'dan l-Artikolu. --------------------------------------------------