|
25.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 50/2009
tal-24 ta’ April 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta’ tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Minħabba il-kooperazzjoni bilaterali mal-Iżvizzera dwar okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili fil-Liechtenstein, il-Liechtenstein se jittrata talbiet li jkun qed jirċievi skont ir-Regolament (KE) Nru 1330/2007 b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Iżvizzera, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66ga (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“66gb. |
32007 R 1330: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta’ tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7).” |
Artikolu 2
It-testi għar-Regolament (KE) Nru 1330/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-DeċIżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ April 2009, iżda li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ April 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 130, 28.5.2009, p. 29.
(2) ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.