|
23.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/77 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1121/2014
tal-20 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2). |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies li hi eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokat, ittrasbordat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
53/TQ43 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk |
SOL/8AB. |
|
Speċi |
Lingwata komuni (solea solea) |
|
Żona |
Iż-żoni VIIIa u VIIIb |
|
Data tal-għeluq |
16.9.2014 |