Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VII - Politika Ekonomika u Monetarja - Kapitolu 2 - Politika Monetarja - Artikolu 107
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0088 - 0088
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0076 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0221 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0037 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 107 1. S-SEBĊ għandha tkun magħmula mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali. 2. S-SEBĊ għandu ikollha personalità ġuridika. 3. S-SEBĊ għandha tkun regolata mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE li għandhom ikunu l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv. 4. L-Istatut tas-SEBĊ huwa stipulat f’Protokoll anness ma’ dan it-Trattat. 5. L-Artikoli 5.1, 5.2, 5.3, 17, 18, 19.1, 22, 23, 24, 26, 32.2, 32.3, 32.4, 32.6, 33.1(a) u 36 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi jew b'maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE u wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni jew unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsultata lill-BĊE. Fi kwalunkwe każ, ikun neċessarju il-kunsens tal-Parlament Ewropew. 6. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-BĊE jew fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kummisjoni, għandu jadotta id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 5.4, 19.2, 20, 28.1, 29.2, 30.4, u 34.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ. --------------------------------------------------