10.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 6/112


DEĊIŻJONI (UE) 2020/14 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja, f’isem l-Istati Membri, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-pajjiżi u r-reġjuni Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, sa fejn dawn jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Ġunju 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi u r-reġjuni Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u adotta direttivi għal dawk in-negozjati.

(2)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata biex tinnegozja, f’isem l-Istati Membri, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-pajjiżi u r-reġjuni Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, sa fejn dawn jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri, abbażi ta’ direttivi ta’ negozjar emendati,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri b’dan jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem l-Istati Membri, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-pajjiżi u r-reġjuni Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, sa fejn dawn jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri.

2.   Fejn applikabbli, in-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi ta’ negozjar li huma stipulati fl-addendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/13 (1).

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet futuri tal-Istati Membri fir-rigward tad-deżinjazzjoni tar-rappreżentanti tagħhom dwar materji li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom.

Artikolu 3

In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-AKP. Il-Kumitat tal-Politika Kummerċjali għandu jiġi assoċjat fir-rigward ta’ materji speċifiċi relatati mal-kummerċ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri

Il-President

K. MIKKONEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/13 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-direttivi ta’ negozjar għan-negozjati ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi u r-reġjuni Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, sa fejn dawn jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni (Ara paġna 101 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).