Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta’ għajnuniet implementata mill-Italja li tieħu miżuri urġenti favur l-impjieg f’impriżi f’diffikultà, li huma s-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza u li jimpjegaw aktar minn elf persuna (Għajnuna Nru CR 62/2003, ex NN 7/2003 – Italja) (ĠU L 352, p. 10) – Nuqqas li jittieħdu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jinġabru lura għajnuniet li ġew iddikjarati inkompatibbli mas-suq komuni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi li ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji sabiex tiġbor lura mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, dwar is-sistema ta’ għajnuniet mill-Istat implementata mill-Italja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam ta’ l-impjiegi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

2) Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.